EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32012D0015(01)
2012/458/EU: Decision of the European Central Bank of 17 July 2012 on the sub-delegation of powers to grant, renew or extend accreditations (ECB/2012/15)
2012/458/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Lulju 2012 dwar is-subdelega ta’ setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet (BĊE/2012/15)
2012/458/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 17 ta’ Lulju 2012 dwar is-subdelega ta’ setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet (BĊE/2012/15)
ĠU L 209, 4.8.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 11/11/2016; Imħassar b' 32016D0039
4.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/17 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ Lulju 2012
dwar is-subdelega ta’ setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi l-akkreditazzjonijiet
(BĊE/2012/15)
(2012/458/UE)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2011/8 tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar il-proċeduri għall-akkreditazjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2010/22 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar il-proċedura għall-akkreditazjoni tal-kwalità għall-manifatturi ta’ karti tal-flus tal-euro (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bord Eżekuttiv huwa kompetenti biex jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-akkreditazzjoni ambjentali u tas-saħħa u sigurtà ta’ manifattur skont l-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8 u mal-akkreditazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22 (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa l-“akkreditazzjonijiet”) kif ukoll biex jissubdelega s-setgħat biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi akkreditazzjonijiet lil wieħed jew aktar mill-membri tiegħu, |
(2) |
Hemm numru kbir ta’ akkreditazzjonijiet individwali li huma mogħtija jew imġedda fuq bażi annwali li huma suġġetti għal Deċiżjonijiet BĊE/2011/8 u BĊE/2010/22. Għaldaqstant, sabiex tiġi mtejba aktar il-proċedura ta’ akkreditazzjoni, il-Bord Eżekuttiv iqis illu huwa neċessarju u xieraq illi jissubddelega is-setgħa biex biex jingħataw, jiġġeddu jew jiġu estiżi akkreditazzjonjiet lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus. |
(3) |
Biex tiġi salvagwardjata r-responsabbiltà kollettiva tal-Bord Eżekuttiv, il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu tingħata s-subdelega għandu jagħti rapport annwali fuq id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni lill-Bord Eżekuttiv, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Subdelega ta’ setgħat
Il-Bord Eżekuttiv għandu jissubdelega s-setgħat tiegħu biex iwettaq il-kompiti li ġejjin lill-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus:
(a) |
li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tal-kwalità skont l-Artikolu 3(4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22; |
(b) |
li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tal-kwalità temporanja skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/22; |
(c) |
li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni ambjentali skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8; |
(d) |
li jagħti jew iġedded akkreditazzjoni tas-saħħa u sigurtà skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni BĊE/2011/8. |
Artikolu 2
Obbligu ta’ rappurtar
Il-membru tal-Bord Eżekuttiv li lilu jirrapporta d-Direttorat tal-Karti tal-Flus għandu jippreżenta rapport annwali lill-Bord Eżekuttiv fuq id-deċiżjonijiet dwar l-akkreditazzjoni meħudin skont l-Artikolu 1.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 176, 5.7.2011, p. 52.
(2) ĠU L 330, 15.12.2010, p. 14.