EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32010R0674
Regulation (EU) No 674/2010 of the European Central Bank of 23 July 2010 amending Regulation (EC) No 63/2002 (ECB/2001/18) concerning statistics on interest rates applied by monetary financial institutions to deposits and loans vis-à-vis households and non-financial corporations (ECB/2010/7)
Regolament (UE) Nru 674/2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2010/7)
Regolament (UE) Nru 674/2010 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 23 ta’ Lulju 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2010/7)
ĠU L 196, 28.7.2010, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 17 Volum 002 P. 177 - 177
M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32013R1072
28.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 196/23 |
REGOLAMENT (UE) Nru 674/2010 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-23 ta’ Lulju 2010
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji
(BĊE/2010/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 6(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kwalità tad-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali determinata mill-kriterji definiti trid tiġi vvalutata aktar u għalhekk hija meħtieġa estensjoni tal-perijodu transizzjonali relevanti sabiex din il-kwistjoni tiġi studjata. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Diċembru 2001 dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (2) għandu għalhekk jiġi emendat, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sentenza introduttorja tal-ewwel paragrafu tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) hija sostitwita b’li ġej:
“Sa u inkluż ix-xahar ta’ referenza ta’ Diċembru 2013, paragrafu 10 ta’ Anness I jinqara kif ġej:”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Done at Frankfurt am Main, it-23 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(2) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 24.