EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013D0017(01)

2013/359/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 21 ta’ Ġunju 2013 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/17)

ĠU L 187, 6.7.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2013; Imħassar b' 32013D0028(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/359/oj

6.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/15


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta’ Ġunju 2013

dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2013/17)

(2013/359/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikoli 29.4 u l-Artikolu 48.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-SEBĊ,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (1) stabbilixxiet, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar assenjat lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Jannar 2009 fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn hawn ‘il quddiem ‘l-ippeżar fl-iskema tal-kapital’ u ‘l-iskema tal-kapital’ rispettivament).

(2)

Minħabba d-dħul tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea u li l-BĊN tagħha, Hrvatska narodna banka, jingħaqad fis-SEBĊ fl-1 ta’ Lulju 2013, il-kapital sottoskritt tal-BĊE għandu jiżdied b’mod awtomatiku bis-saħħa tal-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ. Din iż-żieda teħtieġ il-kalkolazzjoni tal-ippeżar tal-iskema tal-kapital ta’ kull BĊN illi ser ikun membru tas-SEBĊ fl-1 ta’ Lulju 2013 b’analoġija mal-Artikolu 29.1 u b’konformità mal-Artikolu 29.2 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(3)

B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar id-data statistika li għandha tintuża għal l-aġġustament tal-formula għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), il-Kummissjoni Ewropea forniet lill-BĊE bid-dejta statistika li trid tintuża meta tiġi stabbilita l-iskema tal-kapital aġġustata.

(4)

B’analoġija mal-Artikoli 3.5 u 6.6 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (3), u minħabba l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali għal din id-Deċiżjoni, il-Gvernatur tal-Hrvatska narodna banka kellu l-opportunità jissottometti oservazzjonijiet fir-rigward ta’ din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Aġġustament

Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi dejta statistika reveduta sabiex tintuża fl-aġġustament tal-iskema tal-kapital u l-figuri ma jlaħħqux il-100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun ta’ anqas minn 100 %, billi jizdied 0,0001 ta’ punt perċentwali mal-izgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % ezatt, jew (ii) jekk it-total ikun ogħla minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt perċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % ezatti.

Artikolu 2

L-ippeżar fl-iskema tal-kapital

L-ippeżar assenjat lil kull BĊN fl-iskema tal-kapital deskritta fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ u jkun kif ġejn b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013:

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2,4176  %

Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru

0,8644  %

Česká národní banka

1,4539  %

Danmarks Nationalbank

1,4754  %

Deutsche Bundesbank

18,7603  %

Eesti Pank

0,1780  %

Central Bank of Ireland

1,1111  %

Bank of Greece

1,9483  %

Banco de España

8,2533  %

Banque de France

14,1342  %

Hrvatska narodna banka

0,5945  %

Banca d’Italia

12,4570  %

Central Bank of Cyprus

0,1333  %

Latvijas Banka

0,2742  %

Lietuvos bankas

0,4093  %

Banque centrale du Lussemburgu

0,1739  %

Magyar Nemzeti Bank

1,3740  %

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0635  %

De Nederlandsche Bank

3,9663  %

Oesterreichische Nationalbank

1,9370  %

Narodowy Bank Polski

4,8581  %

Banco de Portugal

1,7636  %

Banca Națională a României

2,4449  %

Banka Slovenije

0,3270  %

Národná banka Slovenska

0,6881  %

Suomen Pankki

1,2456  %

Sveriges riksbank

2,2612  %

Bank of England

14,4320  %

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u tħassir

1.   Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013.

2.   Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Lulju 2013.

3.   Ir-referenzi għal Deċiżjoni BĊE/2008/23 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.

(2)  ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.

(3)  Deċiżjoni BĊE/2004/12 tas-17 ta’ Ġunju 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 230, 30.6.2004, p. 61).


Fuq