EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32006O0006

Linja ta' gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew ta' l- 20 ta’ April 2006 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2006/6)

ĠU L 115, 28.4.2006, p. 46–48 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 652–654 (MT)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 252 - 254
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 252 - 254
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 17 Volum 002 P. 90 - 92

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/08/2014; Imħassar b' 32013O0024

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2006/312/oj

8.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

652


LINJA TA' GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta' l-20 ta’ April 2006

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali

(BĊE/2006/6)

(2006/312/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1 u 5.2, 12.1 u 14.3,

Billi:

(1)

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru, 2002 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1) kienet ġiet emendata bil-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 (2). Il-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 kien fiha derogi aġġornati mill-obbligi ta' rappurtar ta' data għal għadd ta' Stati Membri. Wara reviżjoni ta' dawn id-derogi, ser jiddaħħlu aktar derogi fir-rigward ta' Stat Membru wieħed.

(2)

Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta' l-Istatut, il-Linji ta' Gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA' GWIDA:

Artikolu 1

L-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7, kif mibdul bl-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13, qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din il-Linja ta' Gwida.

Artikolu 2

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fil-jum wara li tiġi nnotifikata.

Artikolu 3

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta' l-Istati Membri li jipparteċipaw.

Magħmul fi Frankfurt am Main, nhar l-20 ta'April, 2006.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24.

(2)  Linja ta' Gwida BĊE/2005/13 tas-17 ta' Novembru, 2005 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7 dwar l-obbligi ta' rappurtar ta' l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (ĠU L 30, 2.2.2006, p. 1).


ANNESS

Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2002/7, kif mibdul bl-Anness III tal-Linja ta' Gwida BĊE/2005/13, huwa emendat skond kif ġej:

Fit-Tabella 1 (Data kurrenti), it-taqsima li ġejja għandha tiddaħħal bejn it-taqsimijiet bl-ismijiet “Italja” u l-“Olanda”:

IL-LUSSEMBURGU

1/3/B, D, G, H, M

Valuta miżmuma mill-NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs

Ir-raba' trimestru 2008

1/4, 5, 7, 8/A, B, D, G, H, M

Depożiti, strument totali, depożiti miżmuma minn residenti, depożiti miżmuma ma' non-MFIs u depożiti miżmuma ma' non-residenti, mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

1/9, 14/B, D, G, M

Titoli ta’ dejn għal żmien qasir u għal żmien twil miżmuma minn NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

1/19/A, B, C, D, G, M, N

Derivattivi finanzjarja bħala attiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

1/20, 24/A, B, D, G, M

Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

1/33-36/A, B, C, D, G, H, M, N

Ishma kkwotati, ishma mhux ikkwotati u ishma oħra, ishma ta’ mutual funds u ishma f'fondi tas-suq monetarju maħruġa minn MFIs taż-żona ta’ l-euro miżmuma mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, GG, HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

1/37-39/M, N

Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja u f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni (AF.61, AF.611, AF.612) miżmuma in minn HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

1/40/A, B, C, D, G, H, M, N

Ħlasijiet minn qabel ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni u riżervi għal klejms pendenti miżmuma mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, GG, HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

1/41/A, B, D, G, M

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli bħala attiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

2/3/A, D, G

Depożiti miżmuma ma' l-ekonomija totali, OFIFAs u ICPFs

Ir-raba’ trimestru 2008

2/6/A, B, C, D, G, M, N

Derivattivi finanzjarji bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/7, 13/A, B, D, G, M

Self għal żmien qasir u għal żmien twil (totali ta’ strumenti) mogħtija lill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

2/8, 10, 14, 16/A, B, D, G, H, M

Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija minn residenti u minn non-MFIs lill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

2/20/N

Ishma kkwotati maħruġa minn RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/21/A, B, C, D, G, N

Ishma mhux ikkwotati u ishma azzjonarji oħrajn maħruġa mill-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/22/N

Ishma fi mutual funds maħruġa minn RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/23-24/A, G, N

Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja u f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni (AF.61) u ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi ta’ l-assigurazjoni fuq il-ħajja (AF.611) bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, ICPFs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/25/A, B, C, D, G, M, N

Ishma azzjonarji netti tad-djar f'riżervi tal-fondi tal-pensjoni bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs, HHs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/26/A, G, N

Ħlasijiet minn qabel ta’ premiums ta’ l-assigurazzjoni u riżervi għal klejms pendenti bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, ICPFs u RoW

Ir-raba’ trimestru 2008

2/27/A, B, D, G, M

Kontijiet oħra riċevibbli/pagabbli bħala passiv ta’ l-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

2/28/B, C, D, G, M

Assi finanzjarji netti (għal ammonti pendenti) u għoti ta’ self nett/teħid ta’ self nett (għal transazzjonijiet) ta’ NFCs, MFIs, OFIFAs, ICPFs u HHs

Ir-raba’ trimestru 2008

3/1, 4-8/B-U

Depożiti miżmuma ma' l-ekonomija totali, OFIFAs, OFIs, FAs, ICPFs u GG, mqassma skond is-settur u l-qasam kontroparti

Ir-raba’ trimestru 2008

4, 5/2-21/A, B, D, G, H, I

Self għal żmien qasir u għal żmien twil mogħtija mill-ekonomija totali, NFCs, OFIFAs, ICPFs, GG u HHs lil residenti u non-residenti, mqassma skond is-settur u l-qasam kontroparti

Ir-raba’ trimestru 2008


Fuq