EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011O0003

2011/206/UE: Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta' Marzu 2011 li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (BĊE/2011/3)

ĠU L 86, 1.4.2011, p. 77–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 06 Volum 007 P. 184 - 184

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32014O0044

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2011/206/oj

1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/77


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-18 ta' Marzu 2011

li temenda l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro

(BĊE/2011/3)

(2011/206/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u partikolarment l-Artiklu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 21 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta' Settembru 2004 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (1), il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 fil-bidu tal-2008 u ta' kull sentejn minn hemm ’il quddiem.

(2)

Artikolu 2(10) tal-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 jistipula illi l-proċedura waħdanija għas-sejħa għall-offerti tal-Eurosistema (SETP) għandha tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2012. L-assunzjonijiet li fuqhom hija bbażata d-data tal-bidu tas-SETP inbidlu; għalhekk huwa neċessarju li l-Artikolu 2 tal-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 jiġi emendat sabiex jirrifletti d-data tal-bidu l-ġdida tas-SETP.

(3)

Id-data tal-bidu tas-SETP mistennija tista’ tinbidel minn deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18, b’mod partikolari fejn aktar minn nofs il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li jirrappreżentaw aktar minn nofs it-talba totali għall-istampar ta' karti tal-flus tal-Eurosistema għażlu li ma jipparteċipawx fis-SETP.

(4)

Minħabba l-emenda għad-data tal-bidu tal-SETP mistennija, hija ukoll neċessarja emenda għad-definizzjoni tal-perijodu transizzjonali,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Emenda għal Linja ta' Gwida BĊE/2004/18

Il-Linja ta' Gwida BĊE/2004/18 hija emendata kif ġej:

(a)

L-Artikolu 1(12) huwa sostitwit b’li ġej:

“12.

‘perijodu transizzjonali’ tfisser il-perijodu li jibda mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2008 jew f’data wara dik deċiża mill-Kunsill Governattiv wara li jkun żgura, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Ezekuttiv, illi l-produzzjoni ta' mill-anqas nofs ir-rekwiżit totali annwali tal-produzzjoni ta' karti tal-flus euro tal-Eurosistema ssir b’sejħa għall-offerti u li mill-anqas nofs il-BĊNi kollha ser jagħmlu sejħa għall-offerti għall-produzzjoni tal-karti tal-flus euro allokati lilhom. Il-perijodu transizzjonali għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-jum qabel id-data tal-bidu tal-proċedura waħdanija għas-sejħa għall-offerti tal-Eurosistema stabbilita fl-Artikolu 2(1).”.

(b)

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Il-proċedura waħdanija ta' sejħa għall-offerti tal-Eurosistema għandha tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix fuq data tal-bidu differenti.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta' Gwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 320, 21.10.2004, p. 21.


Fuq