Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32013O0049

    2014/54/UE: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 18 ta’ Diċembru 2013 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (BĊE/2013/49)

    ĠU L 32, 1.2.2014, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2014; Imħassar b' 32014O0044

    ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2014/54(1)/oj

    1.2.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 32/36


    LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tat-18 ta’ Diċembru 2013

    li temenda l-Linja Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro

    (BĊE/2013/49)

    (2014/54/UE)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 tas-16 ta’ Settembru 2004 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (1) stipula illi proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti tal-Eurosistema (SETP) għandha tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2012.

    (2)

    L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 ġie emendat mil-Linja Gwida BĊE/2011/3 tat-18 ta’ Marzu 2011 li emendat il-Linja Gwida BĊE/2004/18 dwar l-akkwist tal-karti tal-flus euro (2), sabiex l-SETP tibda sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014, sakemm il-Kunsill Governattiv ma jiddeċidix fuq data tal-bidu differenti.

    (3)

    Skont l-Artikolu 21 tal-Linja Gwida BĊE/2004/18, il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-Linja Gwida BĊE/2004/18 fil-bidu tal-2008 u ta’ kull sentejn minn hemm ’il quddiem.

    (4)

    Fil-kuntest tal-aktar reviżjoni riċenti tiegħu tal-Linja Gwida BĊE/2004/18, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi għal data aktar tard għall-bidu tal-SETP minħabba bidla fl-assunzjonijiet li fuqhom kienet ibbażata d-data mistennija għall-bidu tal-SETP.

    (5)

    Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2004/18 għandha tiġi emendata f’dan is-sens,

    ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

    Artikolu 1

    Emenda

    L-Artikolu 2(1) tal-Linja Gwida BĊE/2004/18 huwa sostitwit b’li ġej:

    “1.   Il-proċedura waħdanija ta’ sejħa għall-offerti ta l-Eurosistema għandha tibda f’data deċiża mill-Kunsill Governattiv.”.

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ

    Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Artikolu 3

    Destinatarji

    Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU L 320, 21.10.2004, p. 21.

    (2)  ĠU L 86, 1.4.2011, p. 77.


    Fuq