EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32005O0017

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 30 ta’ Diċembru, 2005 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (BĊE/2005/17)

ĠU L 30, 2.2.2006, p. 26–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Bulgaru: Kapitolu 10 Volum 007 P. 243 - 246
Edizzjoni Speċjali bir-Rumen: Kapitolu 10 Volum 007 P. 243 - 246

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 31/12/2011; Imħassar b' 32011O0014

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2006/44/oj

2.2.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

26


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ Diċembru, 2005

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema

(BĊE/2005/17)

(2006/44/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, partikolarment l-ewwel subinċiż ta’ l-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien ma’ l-ewwel subinċinż ta’ l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Biex tintlaħaq politika monetarja waħdanija jinħtieġ definizzjoni ta’ l-Istrumenti u l-proċeduri li se jintużaw mill-Ewrosistema, li tikkonsisti fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ’l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), biex b’hekk din il-politika tkun tista’ tiġi implimentata b’manjiera uniformi fl-Istati Membri parteċipanti kollha.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorità li jistabbilixxi l-linji ta’ gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħdanija ta’ l-Ewrosistema, u l-BĊNi għandhom l-obbligu li jaġixxu skond dawn il-linji ta’ gwida.

(3)

Il-Kapitolu 6 ta’ l-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu, 2000 dwar l-Istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Ewrosistema (1) għandu bżonn ikun emendat f’żewġ aspetti. L-ewwel, il-kriterju ta’ l-eliġibilità għall-assi tat-tier one u tier two għandhom isiru aktar speċifiċi fir-rigward ta’ titoli sostnuti mill-assi (asset-backed securities). It-titoli sostnuti mill-assi li bħalissa huma eliġibbli imma li ma jissodisfawx il-kriterji ġodda ta’ l-eliġibilità, ser jibqgħu eliġibbli għal-perjodu tranżitorju. It-tieni, fil-każ ta’ ħruġ strutturat, ir-regola li taħtha l-Istrumenti ta’ debitu subordinat huma esklużi mit-tier one għandha bżonn tkun irfinata mill-ġdid.

(4)

Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta’ l-Istatut, il-linji ta’ gwida tal-BĊE jagħmlu parti integrali mil-liġi tal-Komunità.

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

L-Anness I tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat skond l-Anness ta’ din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Il-BĊNi ta’ l-Istati membri parteċipanti għandhom jgħaddu lill-BĊE d-dettalji tat-testi u l-mezzi li permezz tagħhom huma bi ħsiebhom ikunu konformi ma’ din il-Linja ta’ Gwida, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu, 2006.

Artikolu 3

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fIs-seħħ jumejn wara li tiġi adottata. L-Artikolu 1 għandu jibda japplika mill-1 ta’ Mejju, 2006.

Artikolu 4

Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fit-30 ta’ Diċembru, 2005.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, tal-11.12.2000, p. 1. Il-Linja ta’ Gwida kif emendata l-aħħar bil-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/2 (ĠU L 111, tat-2.5.2005, p. 1).


ANNESS

L-Anness 1 huwa emendat kif ġej (1):

1.

Fit-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 6.2 l-ewwel punt jinbidel b’li ġej:

“—

Għandhom ikunu strumenti ta’ dejn li jkollhom (a) ammont kapitali fIss, bla kondizzjoni; u (b) kupun li ma jistax jirriżulta fi fluss tal-kontanti negattiv. Barra minn dan, il-kupun għandu jkun wieħed minn dawn: (i) kupun żero; (ii) kupun ta’ rata fIssa; jew (iii) kupun b’rata mhux fissa marbut mar-rata ta’ l-imgħax ta’ referenza. Il-kupun jista’ jintrabat ma’ bidla fir-rating ta’ min joħorġu nnifsu. Barra minn dan, il-bonds indiċjati ma’ l-inflazzjoni huma eliġibbli wkoll. Dawn il-karatteristiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu (*).

Ir-rekwiżit (a) ma japplikax għal titoli sostnuti mill-assi bl-eċċezzjoni ta’ bonds maħruġin minn Istituzzjoni ta’ kreditu skond il-kriterji stabbilti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva ta’ l-UCITS (**) (‘bonds tal-banek koperti’). L-Ewrosistema tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi ħlief għall-bonds tal-banek koperti skond il-kriterji li ġejjin.

L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-kontanti għandhom:

(a)

jinkisbu legalment, skond il-liġijiet ta’ xi Stat Membru, mill-oriġinatur jew intermedjarju permezz ta’ securitisation special purpose vehicle, b’mod li l-Ewrosistema tikkonsidra bħala ‘bejgħ effettiv’ eżegwibbli kontra kull terza parti, u li ma jintlaħqux mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, inkluż fil-każ tal-falliment ta’ l-oriġinatur;

u

(b)

ma jikkonsistux — kollha kemm huma jew parti minnhom, attwalment jew potenzjalment — min-noti ta’ kreditu jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu.

L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li titlob minn xi terza parti rilevanti (bħal min jagħmel il-ħruġ, l-oriġinatur jew min jirranġa) kull kjarifika u/jew konferma legali li hi tqis meħtieġa biex tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi.

It-titoli sostnuti mill-assi li huma eliġibbli bis-saħħa tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/2 imma li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ hawn fuq jibqgħu eliġibbli għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Ottubru, 2006.

(*)  Strumenti ta’ debitu li jagħtu drittijiet lill-kapital u/jew lill-imgħax li huma subordinati għad-drittijiet ta’ detenturi ta’ strumenti oħra ta’ debitu, ta’ l-istess persuna li tkun għamlet il-ħruġ (Issue) (jew, ġewwa ħarġa strutturata (structured Issue), subordinati għal tranches oħra ta’ l-istess ħarġa) huma esklużi mit-tier one. Tranche (jew sub-tranche) hija kkunsidrata li mhix subordinata fir-rigward ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) ta’ l-istess ħarġa u hija ‘senior’ jekk — skond il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara l-kunsinna ta’ avviż ta’ eżekuzzjoni, kif stabbilit fiċ-ċirkulari ta’ l-offerta — dik it-tranche (jew sub-tranche) tirċievi l-ħlas (kapital u imgħax) bi prijorità għal tranches jew sub-tranches oħra jew hija l-aħħar f'li ssofri telf fir-rigward ta' l-assi sottostanti."

(**)  Id-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE ta’ l-20 ta’ Diċembru, 1985 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dIspożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta’ l-impriżi għall-investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, tal-31.12.1985, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/1/KE (ĠU L 79, ta’ l-24.3.2005, p. 9).”"

2.

Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tas-sitt punt tat-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 6.2:

“It-titoli sostnuti mill-assi maħruġin mill-entitajiet mhux taż-ŻEE tal-G10 m’humiex eliġibbli.”

3.

Fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6.3 l-ewwel punt jinbidel b’li ġej:

“—

Għandhom ikunu strumenti ta’ dejn (negozjabbli jew mhux negozzjabbli) li jkollhom (a) ammont ta’ kapital fIss, bla kondizzjoni; u (b) kupun li ma jistax jirriżulta fi fluss negattiv ta’ kontanti. Barra minn dan, il-kupun għandu jkun wieħed minn dawn: (i) kupun żero; (ii) kupun ta’ rata fissa; jew (iii) kupun b’rata mhux fissa marbut mar-rata ta’ l-imgħax ta’ referenza. Il-kupun jista’ jintrabat ma’ bidla fir-rati ta’ min joħorġu nnifsu. Barra minn dan, il-bonds indiċjati ma’ l-inflazzjoni huma eliġibbli wkoll. Dawn il-karatterisitiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu.

Ir-rekwiżit (a) ma japplikax għal titoli sostnuti mill-assi bl-eċċezzjoni ta’ bonds maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu skond il-kriterji stabbilti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva ta’ l-UCITS (‘bonds tal-banek koperti’). L-Ewrosistema tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi ħlief għall-bonds tal-banek koperti skond il-kriterji li ġejjin.

L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-kontanti għandhom:

(a)

jinkisbu legalment skond il-liġijiet ta’ xi Stat Membru mill-oriġinatur jew intermedjarju permezz ta’ securitisation special purpose vehicle, b’mod li l-Ewrosistema tikkonsidra bħala ‘bejgħ effettiv’ eżegwibbli kontra kull terza parti, u li ma jintlaħaqx mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, inkluż fil-każ tal-falliment ta’ l-oriġinatur;

u

(b)

ma jikkonsistux - kollha kemm huma jew parti minnhom, attwalment jew potenzjalment – min-noti ta’ kreditu jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu.

L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li titlob minn xi terza parti rilevanti (bħal min jagħmel il-ħruġ, l-oriġinatur jew min jirranġa) kull kjarifika u/jew konferma legali li hi tqis meħtieġa biex tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi.

It-titoli sostnuti mill-assi li huma eliġibbli bis-saħħa tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/2 imma li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ hawn fuq jibqgħu eliġibbli għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Ottubru, 2006.”

4.

In-noti f’qiegħ il-paġna 1 u 2 fit-Tabella 4 fil-Kapitolu 6 jinbidlu b’li ġej:

“(1)

Għandhom ikollhom it-tnejn (a) ammont kapitali fiss, bla kundizzjoni; u (b) kupun li ma jistax jirriżulta fi fluss tal-kontanti negattiv. Barra minn dan, il-kupun għandu jkun wieħed minn dawn: (i) kupun żero; (ii) kupun ta’ rata fissa; jew (iii) kupun b’rata mhux fissa marbut mar-rata ta’ l-imgħax ta’ referenza. Il-kupun jista’ jintrabat ma’ bidla fir-rating ta’ min joħorġu nnifsu. Barra minn dan, il-bonds indiċjati ma’ l-inflazzjoni huma eliġibbli. Dawn il-karatteristiċi għandhom jinżammu sakemm jinfeda l-obbligu.

Ir-rekwiżit (a) ma japplikax għal titoli sostnuti mill-assi bl-eċċezzjoni ta’ bonds maħruġin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu skond il-kriterji stabbilti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva ta’ l-UCITS (‘bonds tal-banek koperti’). L-Ewrosistema tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi ħlief għall-bonds tal-banek koperti skond il-kriterji li ġejjin.

L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-kontanti għandhom:

(a)

jinkisbu legalment, skond il-liġijiet ta’ xi Stat Membru, mill-oriġinatur jew intermedjarju permezz ta’ securitIsation special purpose vehicle, b’mod li l-Ewrosistema tikkonsidra bħala ‘bejgħ effettiv’ eżegwibbli kontra kull terza parti, u li ma jintlaħqux mill-oriġinatur u l-kredituri tiegħu, inkluż fil-każ tal-falliment ta’ l-oriġinatur;

u

(b)

ma jikkonsistux — kollha kemm huma jew parti minnhom, attwalment jew potenzjalment — min-noti ta’ kreditu jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz tad-derivattivi ta’ kreditu.

L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li titlob minn xi terza parti rilevanti (bħal min jagħmel il-ħruġ, l-oriġinatur jew min jirranġa) kull kjarifika u/jew konferma legali li hi tqIs meħtieġa biex tivvaluta l-eliġibilità ta’ titoli sostnuti mill-assi.

It-titoli sostnuti mill-assi li huma eliġibbli bis-saħħa tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2005/2 imma li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ hawn fuq jibqgħu eliġibbli għal perijodu tranżitorju sal-15 ta’ Ottubru, 2006.

(2)

Strumenti ta’ debitu li jagħtu drittijiet lill-kapital u/jew lill-imgħax li huma subordinati għad-drittijiet ta’ detenturi ta’ strumenti oħra ta’ debitu, ta’ l-istess persuna li tkun għamlet il-ħruġ (issue) (jew, ġewwa ħarġa strutturata (structured issue), subordinati għal tranches oħra ta’ l-istess ħarġa) huma esklużi mit-tier one. Tranche (jew sub-tranche) hija kkunsidrata li mhix subordinata fir-rigward ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) ta’ l-istess ħarġa u hija ‘senior’ jekk — skond il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara l-kunsinna ta’ avviż ta’ eżekuzzjoni, kif stabbilit fiċ-ċirkulari ta’ l-offerta — dik it-tranche (jew sub-tranche) tirċievi l-ħlas (kapital u imgħax) bi prijorità għal tranches jew sub-tranches oħra, jew hija l-aħħar f’li ssofri telf fir-rigward ta’ l-assi sottostanti.”


(1)  L-emendi jsegwu l-format u n-numri tan-noti f’qiegħ il-paġna fl-Anness I kif adottat mill-Kunsill Governattiv tat-3 ta’ Frar, 2005 u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE.


Fuq