EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32010D0034
2011/23/EU: Decision of the European Central Bank of 31 December 2010 on the paying-up of capital, transfer of foreign reserve assets and contributions by Eesti Pank to the European Central Bank’s reserves and provisions (ECB/2010/34)
2011/23/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/34)
2011/23/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 31 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/34)
ĠU L 11, 15.1.2011, p. 58–61
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 005 P. 287 - 290
Fis-seħħ
15.1.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 11/58 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Diċembru 2010
dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin u kontribuzzjonjiet minn Eesti Pank lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2010/34)
(2011/23/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u partikolarment l-Artikoli 30.1, 30.3, 48.1 u 48.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (1) l-Estonja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lilha taħt l-Artikolu 4 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 (2) ser jitħassru b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. |
(2) |
L-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jħallas sehmu fil-kapital sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) daqs il-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. L-ippeżar ta’ Eesti Pank fl-iskema kapitali tal-BĊE huwa ta’ 0,1790 %, skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar il-persentaġġ tal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). Eesti Pank diġà ħallas parti minn sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, skont Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/28 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona euro (4). |
(3) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/26 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (5) il-kapital tal-BĊE żdied b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 sa EUR 10 760 652 402,58 b’effett mid-29 ta’ Diċembru 2010. Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2010/27 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħlas taż-żieda tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (6) l-kapital miżjud għandu jitħallas fi tliet rati annwali ugwali. |
(4) |
Bl-istess mod, Eesti Pank għandu jħallas il-partijiet rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrispondi għal EUR 18 539 259,01 kif ġej: fit-3 ta’ Jannar 2011 ammont ta’ EUR 9 589 259,01 li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE fit-28 ta’ Diċembru 2010 (EUR 5 760 652 402,58) bl-ippeżar tal-iskema kapitali ta’ Eesti Pank (0,1790 %), bit-tnaqqis tal-parti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li diġa tħallas skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/27 u ammont ulterjuri ta’ EUR 8 950 000,00 li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont taż-żieda tal-kapital sottoskrittt al-BĊE (EUR 5 000 000 000) bl-ippeżar tal-iskema kapitali ta’ Eesti Pank. Eesti Pank għandu jħallas dan l-ammont tal-aħħar fi tliet rati ugwali. L-ewwel rata għandha titħallas flimkien mal-ammont ta’ EUR 9 589 259,01 u ż-żewġ rati l-oħra ta’ EUR 2 983 333,33 għandhom jitħallsu kull waħda jumejn ta’ xogħol qabel l-ahhar jum operattiv tat-TARGET2 għall-2011 u l-2012. |
(5) |
L-Artikolu 48.1, flimkien mal-Artikolu 30.1, tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jittrasferixxi ukoll assi ta’ riżervi barrani lill-BĊE. Skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, is-somma li għandha tiġi ttrasferita tiġi determinata billi l-valur f’euro bir-rati tal-kambju kurrenti tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, tiġi mmultiplikata bil-proporzjon bejn in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro. Meta jkunu qed jiġu determinati l-‘assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE skont l-Artikolu 30.1’, għandha tingħata d-debita kunsiderazzjoni lill-aġġustamenti preċedenti tal-iskema kapitali (7) skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjoni tal-iskema kapitali tal-BĊE skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ (8). Bħala riżultat ta’ dan, skont Deċiżjoni BĊE/2008/27 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur proprjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti (9), l-ekwivalenti f’euro tal-assi ta’ riżervi barranin li diġà ġew ittrasferiti lill-BĊE taħt l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ huwa ta’ EUR 145 853 596,60. |
(6) |
L-assi ta’ riżervi barranin li għandhom jiġu ttrasferiti minn Eesti Pank għandhom ikunu fi jew iddenominati f’yen Ġappuniż u deheb. |
(7) |
L-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊE għandu jikkredita lil kull BĊN ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro bi klejm ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin illi ttrasferixxa lill-BĊE. Id-dispożizzjonijiet dwar id-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li diġà ġew ikkreditati lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (10) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms ta’ Eesti Pank. |
(8) |
l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jistipula illi l-BĊN ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu ġiet imħassra għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi approprjat fir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ fil-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru tas-sena li tippreċedi t-tħassir tad-deroga. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni hija determinata skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
(9) |
B’analoġija mal-Artikolu 3.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (11), il-Gvernatur ta’ Eesti Pank kellu l-opportunità jagħmel osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
‘assi ta’ riżervi barranin’ tfisser deheb jew flus kontanti; |
(b) |
‘deheb’ tfisser uqiji sħaħ ta’ deheb fin fil-forma ta’ ingotti tat-tip London Good Delivery, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association; |
(ċ) |
‘flus kontanti’ tfisser il-valuta legali tal-Ġappun (yen Ġappuniż). |
Artikolu 2
Limitu u forma tal-kapital imħallas
1. Eesti Pank għandu jħallas il-partijiet rimanenti ta’ sehmu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrispondu għal EUR 18 539 259,01.
2. Eesti Pank għandu jħallas lill-BĊE fit-3 ta’ Jannar 2011, l-ewwel rata ta’ EUR 12 572 592,35 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). Eesti Pank għandu jħallas żewġ rati ulterjuri ta’ EUR 2 983 333,33 kull waħda jumejn ta’ xogħol qabel l-aħħar jum operattiv tat-TARGET2 għall-2011 u l-2012.
3. Eesti Pank għandu jħallas lill-BĊE fit-3 ta’ Jannar 2011, permezz ta’ trasferiment TARGET2 separat, l-imgħax akkumulat fl-1 ta’ Jannar u fit-2 ta’ Jannar 2011 fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt l-ewwel sentenza ta’ paragrafu 2. Dan l-imgħax għandu jkun ikkalkulat ta’ kuljum, billi jintuża l-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċènti tiegħu.
Artikolu 3
Trasferiment ta’ assi ta’ riżervi barranin
1. Eesti Pank għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u skont dan l-Artikolu u l-arranġamenti meħudin bis-saħħa tiegħu, ammont ta’ assi ta’ riżervi barranin denominati f’yen Ġappuniż u deheb li huwa ekwivalenti għal EUR 145 853 596,60 kif ġej:
Ammont ta’ yen Ġappuniż ekwivalenti f’euro fi flus kontanti |
Ammont ekwivalenti f’euro ta’ deheb |
Ammont totali ekwivalenti f’euro |
123 975 557,11 |
21 878 039,49 |
145 853 596,60 |
2. L-ammont ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżervi barranin li għandhom jiġu ttrasferiti minn Eesti Pank taħt il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati fuq il-bażi tar-rati tal-kambju bejn l-euro u l-yen Ġappuniż stabbiliti bħala riżultat tal-proċedura ta’ konsultazzjoni f’24 siegħa tal-31 ta’ Diċembru 2010 bejn l-Eurosistema u Eesti Pank u, fil-każ tad-deheb, fuq il-bażi tal-prezz ta’ kull uqija sħiħa ta’ deheb fin bid-dollaru Amerikan stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb f’Londra fl-10.30 a.m., ħin ta’ Londra, fil-31 ta’ Diċembru 2010.
3. Il-BĊE għandu jikkonferma lil Eesti Pank mill-aktar fis possibbli l-ammont ikkalkulat skont il-paragrafu 2.
4. Eesti Pank għandu jittrasferixxi lill-BĊE il-yen Ġappuniż fi flus kontanti.
5. It-trasferiment ta’ flus kontanti għandu jsir lil dawk il-kontijiet speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex il-flus kontanti jiġu ttrasferiti lill-BĊE għandha tkun l-4 ta’ Jannar 2011. Eesti Pank għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment jiġi eżegwit lill-BĊE.
6. Il-valur tad-deheb li Eesti Pank jittrasferixxi lill-BĊE skont paragrafu 1 għandu jkun kemm jista’ jkun viċin ta’, iżda mhux aktar minn, EUR 21 878 039,49.
7. Eesti Pank għandu jittrasferixxi d-deheb imsemmi fil-paragrafu 1 f’forma mhux investita lill-kontijiet u l-postijiet kif speċifikat mill-BĊE. Id-data tas-saldu biex id-deheb jiġi ttrasferit lill-BĊE għandha tkun is-6 ta’ Jannar 2011. Eesti Pank għandu jagħti struzzjonijiet sabiex dan it-trasferiment isir lill-BĊE.
8. Jekk Eesti Pank jittrasferixxi deheb lill-BĊE b’valur ta’ anqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, fis-6 ta’ Jannar 2011, huwa għandu mbagħad jittrasferixxi ammont ta’ yen Ġappuniż fi flus kontanti ekwivalenti għad-defiċit lil kont tal-BĊE kif speċifikat mill-BĊE. Dawn il-yen Ġappuniżi fi flus kontanti m’għandhomx jifformaw parti mill-assi ta’ riżervi barranin denominati fil-yen Ġappuniż li Eesti Pank jittrasferixxi lill-BĊE skont il-kolonna tax-xellug tat-tabella inkluża fil-paragrafu 1.
9. Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammont totali ekwivalenti f’euro msemmi fil-paragrafi 1 u l-ammont imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandha tiġi mħallsa skont il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2010 bejn Eesti Pank u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lil Eesti Pank mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. (12)
Artikolu 4
Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejms ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet
1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011, u bla ħsara għall-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 dwar id-dati għas-saldu tat-trasferimenti tal-assi ta’ riżervi barranin, il-BĊE għandu jikkredita lil Eesti Pank bi klejm denominata f’euro, ekwivalenti għall-amont totali f’euro tal-kontribuzzjoni tiegħu ta’ assi ta’ riżervi barranin. Din il-klejm tikkorrispondi għal EUR 103 115 678,01.
2. Il-klejm ikkreditata mill-BĊE għal Eesti Pank għandha tiġi rremunerata sa mid-data tas-saldu. L-imgħax akkumulat għandu jinħadem ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.
3. Il-klejm għandha tiġi rremunerata fl-aħħar ta’ kull sena finanzjarja. Kull trimestru l-BĊE għandu jinforma lil Eesti Pank bl-ammont kumulattiv.
4. Il-klejm m’għandhiex tkun tista’ tiġi mifdija.
Artikolu 5
Kontribuzzjonijiet għar-rizervi u l-provvedimenti tal-BĊE
1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 u skont l-Artikolu 3(5) u (6), Eesti Pank għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvedimenti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad irid jiġi assenjat lir-riżervi u l-provvisti korrispondenti għall-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2010.
2. L-ammonti li għandhom jiġu kkontribwiti minn Eesti Pank għandhom jiġu ddeterminati skont Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. Ir-riferenzi fl-Artikolu 48.2 għal ‘in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat’ u ‘in-numru ta’ ishma li diġà tħallsu mill-banek ċentrali l-oħra’ għandhom jirreferu għall-ippeżar ta’ Eesti Pank, u l-BĊNi tal-Istati Membri l-oħra li l-munita tagħhom hija l-euro fl-iskema kapitali, skont Deċiżjoni BĊE/2008/23.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, ‘ir-riżervi tal-BĊE’ u ‘provvisti ekwivalenti għal riżervi’ għandhom jinkludu l-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, bilanċi fuq kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti għar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax, kreditu, prezz tas-suq u riskji tal-prezz tad-deheb.
4. Mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2010, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lil Eesti Pank l-ammont li għandu jiġi kkontribwit minn Eesti Pank taħt il-paragrafu 1.
5. Fit-tieni jum tax-xogħol li jsegwi l-approvazzjoni mill-Kunsill Ġenerali tar-rendikont annwali tal-BĊE għas-sena 2010, Eesti Pank għandu, permezz ta’ TARGET2, iħallas lill-BĊE:
(a) |
l-ammont dovut lill-BĊE taħt paragrafu 4; u |
(b) |
l-imgħax akkumulat mill-1 ta’ Jannar 2011 sad-data tal-ħlas fuq l-ammont dovut lill-BĊE taħt paragrafu 4. |
6. Kull imgħax li jakkumula taħt il-paragrafu 5(b) għandu jiġi maħdum ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.
Artikolu 6
Kompetenzi
1. Sa fejn huwa meħtieġ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu joħroġ struzzjonijiet lil Eesti Pank sabiex jispeċifika aktar u jdaħħal fis-seħħ kull dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u jipprovdi għal rimedji xierqa sabiex jiġu indirizzati kull problemi li jistgħu jinqalgħu.
2. Kull struzzjoni maħruġa mill-Bord Eżekuttiv taħt il-paragrafu 1 għandha tiġi nnotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv, u l-Bord Eżekuttiv għandu jimxi ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv f’dak ir-rigward.
Artikolu 7
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2011.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.
(2) Att dwar il-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti fit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(3) ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66.
(4) Ara paġna 56 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) Ara paġna 53 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 54 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 3 p. 327 sa 328), u Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar il-persentaġġ tal-ishma tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 66).
(8) Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 15.1.2004, p. 5), u Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 24, 24.1.2009, p. 1).
(10) Skont il-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/15 tat-3 ta’ Novembru 1998 kif emendata bil-Linja Gwida tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-komposizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizzjali ta’ assi ta’ valuta estera, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ pretensjonijiet ekwivalenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1 p. 275 sa 278).
(11) Adottati minn Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
(12) Għadu mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali.