EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32010D0026

2011/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 13 ta Diċembru 2010 dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2010/26)

ĠU L 11, 15.1.2011, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 014 P. 116 - 116

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/20(1)/oj

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/53


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-13 ta Diċembru 2010

dwar iż-żieda fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2010/26)

(2011/20/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem l-‘Istatut tas-SEBĊ’), u b’mod partikolari l-Artikolu 28.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1009/2000 tat-8 ta’ Mejju 2000 li jikkonċerna żidiet kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ il-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa ta’ EUR 5 000 miljun. Il-kapital tal-BĊE ġie miżjud għal EUR 5 760 652 402,58 b’mod konformi mal-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ bħala konsegwenza tal-adeżjoni ta’ Stati Membri mal-Unjoni u l-isħubija tal-banek ċentrali nazzjonali tagħhom mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.

(2)

Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 28.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-kapital tal-BĊE jista’ jiġi miżjud b’tali ammont li jista’ jiġi deċiż mill-Kunsill Governattiv li jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata pprovduta fl-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont il-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stipulati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(3)

Skont l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jżid il-kapital tal-BĊE lil hinn mill-ammont speċifikat fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(1) tal-Istatut tas-SEBĊ b’ammont addizzjonali sa EUR 5 000 miljun.

(4)

Skont ir-raba’ premessa tar-Regolament (KE) Nru 1009/2000, ir-Regolament jistabbilixxi limitu għal żidiet fil-futur fil-kapital tal-BĊE, u b’hekk jippermetti lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE jiddeċiedi dwar żieda attwali f’xi punt fil-futur sabiex isostni l-adegwatezza tal-bażi kapitali meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE.

(5)

Meta titqies iż-żieda fit-total tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE matul dawn l-aħħar snin, huwa kkunsidrat neċessarju li jiżdied il-kapital tal-BĊE b’EUR 5 000 miljun sabiex tiġi sostnuta l-adegwatezza tal-bażi ta’ kapital meħtieġa biex jiġu appoġġati l-operazzjonijiet tal-BĊE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Żieda tal-kapital tal-BĊE

Il-kapital tal-BĊE ser jiżdied b’EUR 5 000 miljun minn EUR 5 760 652 402,58 għal EUR 10 760 652 402,58.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 2010.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-13 ta’ Diċembru 2010.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 115, 16.5.2000, p. 1.


Fuq