EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32012D0028(01)

2013/20/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 7 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (BĊE/2012/28)

ĠU L 9, 15.1.2013, p. 11–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 015 P. 305 - 307

Status legali tad-dokument M’għadux fis-seħħ, Data tat-tmiem tal-validitàà: 28/12/2014; Imħassar b' 32014D0062(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/20(1)/oj

15.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 9/11


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Diċembru 2012

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2009/4 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8)

(BĊE/2012/28)

(2013/20/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 958/2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Lulju 2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kategoriji ta’ fondi ta’ investiment (FI) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom id-diskrezzjoni li jagħtuhom derogi skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 958/2007 huma stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 tas-6 ta’ Marzu 2009 dwar id-derogi li jistgħu jingħataw skont ir-Regolament (KE) Nru 958/2007 dwar statistika fir-rigward tal-attiv u l-passiv ta’ fondi ta’ investiment (BĊE/2007/8) (2),

(2)

Waqt illi l-kategoriji ta’ FI stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 jibqgħu mhux mibdulin, l-Anness għandu jkun emendat sabiex ċerti referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali jiġu aġġornati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni BĊE/2009/4 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 211, 11.8.2007, p. 8.

(2)  ĠU L 72, 18.3.2009, p. 21.


ANNESS

“ANNESS

Kategoriji ta’ fondi ta’ investiment li għalihom jistgħu jingħataw derogi skont l-artikolu 3(2) tar-regolament (KE) Nru 958/2007

Stat Membru

Isem tl-kategorija tal-FI

Att legali fir-rigward tal-kategorija

Att legali li jiddetermina l-frekwenza tal-valutazzjoni

Frekwenza tal-valutazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet relevanti

Titolu tal-att legali

Numru/data tal-att legali

Dispożizzjonijiet relevanti

Il-Greċja

Εταιρίες επενδύσεων σε ακίνητη περιουσία

(Kumpaniji ta’ investiment fil-bini)

Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας – Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις

(Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra)

Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999

Artikolu 21

Αμοιβαία Κεφάλαια Ακίνητης Περιουσίας – Εταιρίες Επενδύσεων σε Ακίνητη Περιουσία και άλλες διατάξεις

(Liġi dwar fondi komuni fil-bini – kumpaniji ta’ investiment fil-bini u dispożizzjonijiet legali oħra)

Nru 2778 tat-30 ta’ Diċembru 1999

Artikoli 22(7) u 27(3) u (4)

Annwali

Franza

Fonds commun de placement à risque

(Fondi komuni ta’ kapital ta’ riskju)

Code monétaire et financier

(Kodiċi monetarju u finanzjarju)

 

Kapitolu IV, Taqsima 1, sub-taqsima 2, L214-28 sa L214-32

Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers

(Regolament ġenerali tal-Awtorità tas-Swieq Finanzjarji)

 

Ktieb IV, Artikolu 412-42

Darbtejn fis-sena

Franza

Sociétés civiles de placement immobilier

(Kumpaniji ta’ investiment fil-bini)

Code monétaire et financier

 

Kapitolu IV, Taqsima 3 L214-50 sa L214-84

Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers

 

Ktieb IV, Artikolu 422-44

Annwali

Franza

Organismes de placement collectif immobilier

(Impriżi ta’ investiment kollettiv fil-bini)

Code monétaire et financier

 

Kapitolu IV, Taqsima 5 L214-89 sa L214-146

Règlement général de l’Autorité des Marchés Financiers

 

Ktieb IV, Artikolu 424-66

Darbtejn fis-sena

L-Italja

Fondi chiusi

(Fondi magħluqa)

Decreto legislativo – Testo unico delle disposizioni in materia di intermediazione finanziaria

(Digriet leġiżlattiv – id-dispożizzjonijiet kollha fil-qasam tal-intermedjazzjoni finanzjarja)

Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998

Parti I, Artikolu 1

Parti II, Artikoli 36, 37 u 39

Provvedimento della Banca d'Italia – Regolamento sulla gestione collettiva del risparmio

(Att tal-Banca d’Italia – Regolament dwar l-immaniġġjar kollettiv tat-tfaddil)

8 ta’ Mejju 2012

Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima II, paragrafu 4.6

Darbtejn fis-sena

Decreto ministeriale –Regolamento attuativo dell’articolo 37 del Decreto legislativo di 24 febbraio 1998, nr. 58

(Digriet ministerjali – Regolament li jimplimenta l-Artikolu 37 tad-digriet leġiżlattiv Nru 58 tal-24 ta’ Frar 1998)

Nru 228 tal-24 ta’ Mejju 1999

Kapitolu II, Artikolu 12

Il-Portugall

Fundos de capital de risco

(Fondi tal-kapital tar-riskju)

Decreto-Lei

(Digriet)

Nru 375/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007

Artikolu 18

Regulamento da Comissão do Mercado de Valores Mobiliários

(Regolament tal-Kummissjoni għas-Suq tat-Titoli)

Nru 1/2008 tal-14 ta’ Frar 2008

Artikoli 4 u 11

Darbtejn fis-sena”


Fuq