EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52020HB0014

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Marzu 2020 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14) 2020/C 98/01

ĠU C 98, 25.3.2020, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Marzu 2020

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2020/14)

(2020/C 98/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Latvijas Banka ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2019. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2020.

(3)

Latvijas Banka għażel lil SIA Ernst & Young Baltic bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2020 sa 2024,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi SIA Ernst & Young Baltic għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-snin finanzjarji 2020 sal-2024.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Marzu 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


Fuq