EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52019HB0006

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Frar 2019 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg (BĊE/2019/6)

ĠU C 67, 20.2.2019, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Frar 2019

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banque centrale du Luxembourg

(BĊE/2019/6)

(2019/C 67/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Banque centrale du Luxembourg, Deloitte Audit sarl, intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2018. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2019.

(3)

Il-Banque centrale du Luxembourg għażel lil Ernst & Young S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Ernst & Young S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Banque centrale du Luxembourg għas-snin finanzjarji 2019 sa 2023.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Frar 2019.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq