EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52018HB0022
Recommendation of the European Central Bank of 6 September 2018 to the Council of the European Union on the external auditors of Banco de España (ECB/2018/22)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Settembru 2018 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2018/22)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Settembru 2018 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2018/22)
ĠU C 325, 14.9.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 325/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-6 ta’ Settembru 2018
tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España
(BĊE/2018/22)
(2018/C 325/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de España, KPMG Auditores, S.L., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(3) |
Banco de España għażel l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li l-assoċjazzjoni temporanja ta’ impriżi Mazars Auditores, S.L.P. - Mazars, S.A. jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2018 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Settembru 2018.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI