Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52018HB0001

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Jannar 2018 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank (BĊE/2018/1)

    ĠU C 37, 1.2.2018, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 37/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tas-26 ta’ Jannar 2018

    lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Oesterreichische Nationalbank

    (BĊE/2018/1)

    (2018/C 37/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    (2)

    L-Artikolu 37(1) tal-Att Federali Awstrijakk dwar l-Oesterreichische Nationalbank jistipula illi l-Laqgħa Ġenerali tal-Oesterreichische Nationalbank teleġġi awditur estern alternattiv għal perijodu pluriennali ta' massimu ta' ħames snin. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika.

    (3)

    Il-mandati kemm tal-awdituri esterni kurrenti kif ukoll tal-awdituri esterni alternattivi kurrenti tal-Oesterreichische Nationalbank intemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018.

    (4)

    L-Oesterreichische Nationalbank għażel lil Ernst & Young Wirtschaftsprüfungsgesellschaft m.b.H. bħala l-awditur estern tiegħu u lil Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH bħala l-awditur estern alternattiv għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    1.

    Huwa rrakkomandat illi Ernst & Young GmbH Wirtschaftsprüfungsgesellschaft għandhom jinħatru bħala l-awditur estern tal-BĊE għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022.

    2.

    Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit Wirtschaftsprüfungs GmbH għandhom jinħatru bħala l-awditur estern alternattiv tal-Oesterreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Jannar 2018.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    Fuq