EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52018AB0014

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Marzu 2018 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2018/14)

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/2


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Marzu 2018

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2018/14)

(2018/C 93/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-23 ta’ Frar 2018 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2018 (1) dwar il-ħatra tal-Viċi-President tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet Ġenerali

1.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li se tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew u li dwarha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi Luis DE GUINDOS JURADO jinħatar bħala l-Viċi-President tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2018.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-fehma illi l-kandidat propost huwa persuna ta’ pożizzjoni rikonoxxuta u li għandu esperjenza professjonali f’affarijiet monetarji u bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lil Luis DE GUINDOS JURADO bħala l-Viċi-President tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Marzu 2018.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU C 67, 22.2.2018, p. 1.


Fuq