EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52017HB0043
Recommendation of the European Central Bank of 19 December 2017 to the Council of the European Union on the external auditors of the Central Bank of Cyprus (ECB/2017/43)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2017/43)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus (BĊE/2017/43)
ĠU C 2, 5.1.2018, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-19 ta’ Diċembru 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus
(BĊE/2017/43)
(2018/C 2/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tas-Central Bank of Cyprus, KPMG Limited, ser jintemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2017. Huwa għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2018. |
(3) |
Is-Central Bank of Cyprus għażel lil PricewaterhouseCoopers Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tas-Central Bank of Cyprus għas-snin finanzjarji 2018 sa 2022.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI