EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52016HB0020

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-14 ta’ Lulju 2016 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank (BĊE/2016/20)

ĠU C 266, 22.7.2016, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 266/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-14 ta’ Lulju 2016

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Eesti Pank

(BĊE/2016/20)

(2016/C 266/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Eesti Pank, AS Deloitte Audit Eesti, intemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2015. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2016.

(3)

Eesti Pank għażel lil KPMG Baltics OÜ bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Baltics OÜ għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Eesti Pank għas-snin finanzjarji 2016 sa 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-14 ta’ Lulju 2016.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq