EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52014HB0020
Recommendation of the European Central Bank of 17 April 2014 to the Council of the European Union on the external auditors of the Central Bank of Malta (ECB/2014/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ April 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊE/2014/20)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ April 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta (BĊE/2014/20)
25.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 122/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta’ April 2014
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
(BĊE/2014/20)
(2014/C 122/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni li għandu bħalissa l-Bank Ċentrali ta’ Malta ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2013. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2014. |
(3) |
Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għażel lil PricewaterhouseCoopers bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi PricewaterhouseCoopers għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-snin finanzjarji 2014 sa 2018.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ April 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI