EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52014AB0001

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Jannar 2014 dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (CON/2014/1)

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


OPINJONI TAL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-8 ta’ Jannar 2014

dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(CON/2014/1)

2014/C 244/03

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-8 ta’ Jannar 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-President tal-Kunsill Ewropew għal opinjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Jannar 2014 (1) dwar il-ħatra ta’ membru ta’ Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-kompetenza tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Osservazzjonijiet ġenerali

1.

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill, li ġiet ippreżentata lill-Kunsill Ewropew, u li fuqha qed jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tirrakkomanda illi s-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għal mandat ta’ tmien snin.

2.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE huwa tal-opinjoni illi l-kandidata proposta hija persuna ta’ statura rikonoxxuta u b’esperjenza professjonali fi kwistjonijiet monetarji jew bankarji kif mitlub mill-Artikolu 283(2) tat-Trattat.

3.

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE m’għandu l-ebda oġġezzjoni għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex jaħtar lis-Sinjura Sabine LAUTENSCHLÄGER bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Jannar 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Fuq