EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020D0637

Deċiżjoni (UE) 2020/637 Tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ April 2020 dwar proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro u elementi tal-euro (BĊE/2020/24) (riformulazzjoni)

ĠU L 149, 12.5.2020, p. 12–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ: Danl-attinbidel. Verżjoni kkonsolidata kurrenti: 16/11/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/637/oj

12.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 149/12


DEĊIŻJONI (UE) 2020/637 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ April 2020

dwar proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro u elementi tal-euro (BĊE/2020/24)

(riformulazzjoni)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-iStatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 16 u l-Artikolu 34.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta’ Novembru 1998, dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 (2) ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi (3). Peress li jridu jsiru emendi ulterjuri, id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Wara l-esperjenza miksuba mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni BĊE/2013/54, is-sistema ta’ akkreditazzjoni għandha tiġi ssimplifikata billi jiġi eliminata l-fażi tal-evalwazzjoni tal-akkreditazzjoni provviżorja u tiġi stabbilita proċedura ta’ valutazzjoni ta’ stadju wieħed.

(3)

Il-BĊE jagħti l-akbar importanza lit-tmexxija etika tan-negozju minn manifatturi akkreditati u l-entitajiet li jikkontrollawhom, li kollha jridu jwettqu l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom skont l-ogħla standards ta’ etika professjonali. Għaldaqstant, l-imġiba etika tan-negozju għandha tkun parti mir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni, minbarra r-rekwiżiti dwar is-sigurtà, il-kwalità, l-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà.

(4)

Ir-rekwiżiti ta’ sigurtà huma wkoll parti mir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, l-ispezzjonijiet u l-kontrolli tas-sigurtà speċifiċi mill-bank ċentrali nazzjonali relatati mar-rekwiżiti tas-sigurtà għandhom jiġu integrati f’deċiżjoni separata u ma jibqgħux parti minn din id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-rekwiżiti relatati mal-ambjent u mas-saħħa u s-sigurtà huma wkoll parti mir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni. Għal raġunijiet ta’ ċertezza u ċarezza legali, ir-rekwiżit għal stamperiji akkreditati biex jitwettaq u jiġi rrapportat lill-BĊE l-eżitu ta’ analiżijiet dwar sustanzi kimiċi u elementi ta’ karti tal-flus tal-euro lesti għandu jkun integrat f’deċiżjoni separata u ma għandux jibqa’ parti minn din id-Deċiżjoni.

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 jeħtieġ li titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni bla xkiel mill-proċeduri ta’ akkreditazzjoni preċedenti għal dawk f’din id-Deċiżjoni, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju ta’ tnax-il xahar. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar il-kondotta etika tan-negozju, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju ta’ tletin xhur. Dan se jippermetti lill-manifatturi akkreditati jdaħħlu fis-seħħ il-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-obbligi ta’ akkreditazzjoni rilevanti skont din id-Deċiżjoni ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(1)

“oriġinazzjoni” tfisser it-trasformazzjoni tad-disinn bażiku tal-karti tal-flus tal-euro f’format, separazzjoni ta’ lwien, line work u pjanċi tal-istampar u t-tħejjija ta’ formati u prototipi għall-komponenti proposti f’dawk id-disinni bażiċi;

(2)

“manifattur” tfisser entità ġuridika li jista’ jkollha l-kapaċità li twettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro, bl-eċċezzjoni ta’ entitajiet ġuridiċi li huma involuti biss fit-trasport jew id-distruzzjoni ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro;

(3)

“attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin: l-oriġinazzjoni, il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-qerda, il-ħżin, l-analiżi, iċ-ċaqlieq intern ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro fi ħdan sit tal-manifattura jew it-trasport ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro;

(4)

“attività relatata ma' element tal-euro” tfisser il-produzzjoni ta’ elementi tal-euro;

(5)

“sit ta’ manifattura” tfisser fond li manifattur juża jew li jista’ juża biex iwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro;

(6)

“element ta' sigurtà tal-euro” tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin: (a) karta tal-flus tal-euro lesta; (b) karta tal-flus tal-euro stampata parzjalment; (c) karta tal-karta tal-flus tal-euro lesta; (d) karta tal-karta tal-flus tal-euro parzjalment lesta; (e) linka tas-sigurtà użata biex jiġu prodotti karti tal-flus tal-euro jew karta tal-karti tal-flus tal-euro; (f) ħajt u fojl użati biex tiġi prodotta karta tal-karti tal-flus tal-euro; (g) pigment ta’ sigurtà; (h) senser ta’ sigurtà; (i) karta tal-flus tal-euro li qiegħda tiġi żviluppata biex tissostitwixxi karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jew irtirati miċ-ċirkolazzjoni; (j) kull komponent jew informazzjoni relatata li hija stipulata separatament mill-BĊE; li lkoll jeħtieġu l-protezzjoni tas-sigurtà minħabba li t-telf, is-serq jew il-pubblikazzjoni mhux awtorizzata tagħhom tista’ tkun ta’ ħsara għall-integrità ta’ karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas;

(7)

“element tal-euro” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin: (a) karta tal-flus tal-euro lesta; (b) karta tal-flus tal-euro stampata parzjalment; (c) karta tal-karti tal-flus tal-euro lesta; (d) karta tal-karti tal-flus tal-euro lesta parzjalment; (e) linka użata għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro jew karta tal-karti tal-flus tal-euro; (f) ħajt u fojl użati biex tiġi prodotta karta tal-karti tal-flus tal-euro;

(8)

“akkreditazzjoni” tfisser il-permess, mogħti lil manifattur permezz ta’ deċiżjoni tal-BĊE, biex titwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro f’sit ta’ manifattura speċifiku;

(9)

“manifattur akkreditat” tfisser manifattur li kiseb l-akkreditazzjoni skont din id-Deċiżjoni;

(10)

"bank ċentrali nazzjonali" (BĊN) tfisser bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

(11)

“bank ċentrali nazzjonali responsabbli (BĊN)” tfisser BĊN li jkun għamel ordni għall-produzzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro.

(12)

“rekwiżit ta’ akkreditazzjoni” tfisser kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti relatati mas-sigurtà, il-kwalità, l-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà, kwalunkwe rekwiżit etiku jew rekwiżit tal-lok u kwalunkwe obbligu ieħor, stabbilit jew f’din id-Deċiżjoni jew fi kwalunkwe strument legali ieħor relatat, li l-BĊE jeħtieġ li l-manifattur jikkonforma magħhom sabiex iwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro;

(13)

“informazzjoni kunfidenzjali tal-BĊE” tfisser kull rekwiżit ta’ akkreditazzjoni, kwalunkwe rekord relatat, irrispettivament mill-mezz ta’ ħżin tiegħu jew kwalunkwe informazzjoni li tikkonsisti f’informazzjoni proprjetarja teknika u/jew informazzjoni dwar negozju u li hija kklassifikata bħala “ECB-Confidential” (“BĊE-Kunfidenzjali”);

(14)

“proċedura ta’ akkreditazzjoni” tfisser proċedura li taħtha l-konformità tal-manifatturi mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni, kif stipulata f’din id-Deċiżjoni, tiġi vvalutata, li sseħħ meta l-manifatturi jitolbu akkreditazzjoni u waqt li jkunu qegħdin jiġu akkreditati, u li jista’ jwassal għal sanzjonijiet, inklużi penali finanzjarji, f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti;

(15)

“rekwiżit etiku” tfisser kwalunkwe obbligu stabbilit fl-Artikolu 4 ta’ din id-Deċiżjoni;

(16)

“rekwiżit ta’ lok” tfisser kwalunkwe obbligu stabbilit fl-Artikolu 3(1)(c) ta’ din id-Deċiżjoni;

(17)

“ċertifikazzjoni” tfisser dokument maħruġ minn entità ta’ ċertifikazzjoni indipendenti akkreditat minn awtorità nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, li ċ-ċertifikazzjonijiet tagħha huma rikonoxxuti fl-Istat Membru fejn jinsab il-manifattur;

(18)

“sistema ta’ ġestjoni” tfisser il-qafas ta’ politiki, proċessi u proċeduri li manifattur jistabbilixxi biex jiżgura li l-manifattur jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni kollha;

(19)

“miżura” tfisser azzjoni mwettqa minn manifattur sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni;

(20)

“extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE” tfisser sistema tal-IT imwaqqfa u operata mill-BĊE biex tipprovdi informazzjoni relatata mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni, li hija aċċessibbli għal manifatturi akkreditati;

(21)

“qerda” tfisser azzjoni jew proċess sabiex element ta' sigurtà tal-euro ma jkollu l-ebda użu prattiku għall-falsifikaturi;

(22)

“entità ta’ kontroll” tfisser kwalunkwe wieħed minn korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju ta’ manifattur jew kwalunkwe persuna ġuridika skont it-tifsira tal-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (4) li tista’ tirrappreżenta, tieħu deċiżjonijiet f’isem, jew teżerċita kontroll fuq il-manifattur;

(23)

“organizzazzjoni kriminali” tfisser organizzazzjoni kriminali kif iddefinita fil-punt (1) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżijoni Kwadru 2008/841/ĠAI;

(24)

“korruzzjoni attiva u passiva” għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI (5);

(25)

“frodi” tfisser: (a) l-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li jkollu, bħala effett, il-miżapproprjazzjoni jew iż-żamma illeċita ta’ fondi, in-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku, bl-istess effett, l-użu ħażin ta’ tali fondi għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom kienu ngħataw oriġinarjament; (b) fir-rigward ta’ dħul, kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, li għandhom bħala effett it-tnaqqis illegali ta’ riżorsi, in-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku, bl-istess effett, l-użu ħażin ta’ benefiċċju miksub legalment, bl-istess effett;

(26)

“reati terroristiċi” għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(27)

“ħasil tal-flus” għandha l-istess tifsira bħal fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

(28)

“traffikar tal-bnedmin” għandha l-istess tifsira bħal dik fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(29)

“produzzjoni ta’ linka” tfisser il-preparazzjoni ta’ linka li, permezz ta’ taħlit u tħin ta’ materja prima u/jew linka bażi, ikunu lesti biex jintużaw fl-istampar ta’ karti ta’ flus tal-euro. Din il-preparazzjoni ma tinkludix iż-żieda ta’ komponenti speċifiċi ma’ linka minn stampaturi jew manifatturi tal-karta tal-karti tal-flus tal-euro, meta dawn ikunu jammontaw għal inqas minn 12 % tal-piż tal-linka oriġinali u meta l-għan waħdieni taż-żieda tagħhom huwa jew li jippermettu l-ikkurar tal-linka skont formulazzjoni predefinita, li jadatta r-reoloġija tiegħu jew l-isfumatura tiegħu jew itejjeb it-tnixxif tiegħu;

(30)

“identifikatur ta' entità ġuridika (LEI)” tfisser kodiċi ta' referenza alfanumeriku skont l-istandard ISO17442 mogħti lil entità ġuridika;

(31)

“awditur indipendenti” tfisser jew id-dipartiment intern rilevanti ta’ BĊN jew entità rikonoxxuta li hija kompetenti biex tivvaluta u tiddikjara li programm ta’ konformità korporattiva ta’ manifattur ikun konformi mal-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri dwar il-kondotta etika tan-negozju, it-tnejn indipendenti mill-manifattur akkreditat;

(32)

“spezzjoni” tfisser proċedura li tivvaluta l-konformità ta’ manifattur mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni, li tieħu l-forma jew ta' spezzjoni fuq il-post jew ta’ spezzjoni mhux fuq il-post, u li tispiċċa b’rapport fuq is-sejbiet ta’ din l-evalwazzjoni;

(33)

“spezzjoni fuq il-post” tfisser spezzjoni mwettqa mill-BĊE f’sit tal-manifattura;

(34)

“spezzjoni mhux fuq il-post” tfisser spezzjoni mwettqa mill-BĊE billi tiġi vvalutata d-dokumentazzjoni mitluba minn manifattur li sseħħ barra mis-sit ta’ manifattura rilevanti;

(35)

“jum ta’ negozju” tfisser kull jum eskluż is-Sibt u l-Ħadd, u kwalunkwe btala pubblika tal-BĊE, kif ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-BĊE;

(36)

“każ ewlieni ta’ nuqqas ta’ konformità” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

każ ta’ nuqqas ta’ konformità li kellu jew kellu l-potenzjal li jkollu, jew li għandu jew għandu l-potenzjal li jkollu, impatt immedjat, serju u negattiv fuq it-twettiq mill-manifattur akkreditat tar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni għal attività relatata ma' element tal-euro jew attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro;

(b)

diversi każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità li ma jkunux, waħedhom, jitqiesu bħala ewlenin, iżda li meta jseħħu simultanjament jew b’mod rikorrenti għal proċess speċifiku, jirriżulta jew irriżulta f’impatt immedjat, serju u negattiv.

Artikolu 2

Prinċipji ta’ akkreditazzjoni

1.   Manifattur għandu jwettaq biss attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro f’sit ta’ manifattura li għaliha l-BĊE tah akkreditazzjoni skont l-Artikolu 7.

2.   Manifattur akkreditat jista’ jipproduċi jew jipprovdi biss elementi ta’ sigurtà tal-euro jew elementi tal-euro jekk ikun awtorizzat li jagħmel dan mill-BĊE jew għall-fini biex jissodisfa ordni mqiegħda minn wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

manifattur akkreditat ieħor li jeħtieġ l-elementi ta’ sigurtà tal-euro jew l-elementi tal-euro għall-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro tiegħu stess;

(b)

BĊN responsabbli;

(c)

suġġett għal deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv, BĊN futur tal-Eurosistema;

(d)

il-BĊE.

3.   Manifattur akkreditat jista’ jwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro f’sit ta’ manifattura ieħor, soġġett għall-valutazzjoni minn qabel tal-BĊE tal-konformità tal-manifattur akkreditat mar-rekwiżiti kollha ta’ akkreditazzjoni fis-sit ieħor ta’ manifattura u l-akkreditazzjoni tal-BĊE tal-manifattur għal attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro fis-sit l-ieħor tal-manifattura.

4.   Meta jivvaluta t-talbiet għall-akkreditazzjoni tal-manifatturi jew meta jivvaluta l-konformità ta’ manifattur akkreditat mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni, il-BĊE għandu jirrispetta l-prinċipji ta’ trattament indaqs u ta’ trasparenza. B’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-BĊE m’għandha twassal għal ebda trattament preferenzjali u lanqas m’għandha tagħti vantaġġ kompetittiv lil xi manifattur.

5.   Il-BĊE għandu jinforma lill-manifatturi akkreditati permezz tal-extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE ta’ kwalunkwe aġġornament għar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni li jikkonċernaw l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro li għalih ikunu ngħataw akkreditazzjoni.

6.   Il-manifatturi akkreditati għandhom jittrattaw l-informazzjoni kunfidenzjali tal-BĊE skont ir-reġim dwar il-kunfidenzjalità tal-BĊE, li hija disponibbli fuq l-extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE.

7.   Il-BĊE jista’ jaqsam mal-BĊNi kwalunkwe informazzjoni rilevanti li jirċievi mingħand il-manifatturi akkreditati.

8.   Huma l-manifatturi akkreditati biss li għandhom ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’sejħiet għall-offerti għal elementi ta’ sigurtà tal-euro jew elementi tal-euro.

9.   Il-manifatturi akkreditati ma għandhomx, mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-BĊE, jittrasferixxu jew jassenjaw l-akkreditazzjoni tagħhom lil kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħhom, kumpanija assoċjata jew parti terza.

10.   Il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għandhom isiru bl-Ingliż ħlief jekk ikun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali marbuta mal-proċedura jew mas-suġġett tal-kuntratt li jkunu jeħtieġu l-użu ta' lingwa differenti.

11.   Il-manifatturi għandhom ibatu kwalunkwe spejjeż u telf assoċjat imġarrba b’rabta mal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni

1.   Manifattur akkreditat għandu jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni kollha li ġejjin:

(a)

ir-rekwiżiti relatati mas-sigurtà, il-kwalità, l-ambjent u s-saħħa u s-sigurtà, stabbiliti jew f’din id-Deċiżjoni jew fi kwalunkwe strument legali ieħor relatat, li l-BĊE jeħtieġ li l-manifattur jikkonforma magħhom sabiex iwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro;

(b)

ir-rekwiżiti etiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 4;

(c)

ir-rekwiżiti li ġejjin dwar il-lok:

(i)

fejn manifattur m’huwiex stamperija, is-sit tal-manifattura għandu jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni jew fi Stat Membru tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA); jew

(ii)

fejn il-manifattur huwa stamperija, is-sit ta’ manifattura għandu jinsab fi Stat Membru tal-Unjoni;

(d)

il-pussess ta’ ċertifikazzjoni li tiddikjara li, fis-sit ta’ manifattura rilevanti għall-attività rilevanti relatata mas-sigurtà ta’ element tal-euro jew attività relatata ma’ element tal-euro, is-sistemi ta’ ġestjoni tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards kollha li ġejjin:

(i)

l-istandard ISO 9001;

(ii)

l-istandard ISO 14001;

(iii)

jew l-istandard ISO 45001 jew l-istandard 18001 tas-Serje tal-Valutazzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà Okkupazzjonali (OHSAS) sal-11 ta’ Marzu 2021, u l-istandard ISO 45001 biss minn hemm ’il quddiem.

2.   Il-manifatturi jistgħu jadottaw u jimplimentaw rekwiżiti aktar stretti fir-rigward tar-rekwiżiti fil-paragrafu 1(a) u (b).

3.   Fejn manifattur jissodisfa r-rekwiżiti tal-lok tal-paragrafu 1(c), iżda n-negozju tiegħu jkun ikkontrollat minn entità ġuridika stabbilita barra minn Stat Membru tal-Unjoni jew tal-EFTA, il-BĊE, meta jkun qed jikkunsidra li jirrifjuta t-talba għall-akkreditazzjoni skont l-Artikolu 6 jew li jagħti l-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-BĊE skont il-punt (7)(b) tal-Artikolu 9 biex jipproteġi l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro, għandu jikkunsidra kif xieraq dawn kollha li ġejjin:

(a)

deċiżjoni jew regolament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar sanzjonijiet ekonomiċi fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni li diġà japplika jew li l-Kunsill biħsiebu jadotta;

(b)

obbligu fuq l-Istati Membri u kwalunkwe dispożizzjoni jew miżura jew obbligu li jitnisslu minnhom li hija prevista f’atti legali tal-Unjoni direttament applikabbli biex jiġu implimentati sanzjonijiet ekonomiċi fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni;

(c)

ftehim internazzjonali u kwalunkwe dispożizzjoni jew miżura jew obbligu li jsegwu/li jitnisslu minnhom li jkunu ġew approvati mill-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jew mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro.

4.   Il-BĊE jista’, fejn dan huwa ġġustifikat miċ-ċirkostanzi, jagħti eżenzjoni mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1(c).

Artikolu 4

Rekwiżiti etiċi

1.   Manifattur akkreditat jew kwalunkwe mill-entitajiet li jikkontrollawh m’għandux ikun ġie kkundannat b’sentenza finali sa massimu ta’ ħames snin qabel id-data tat-talba tiegħu għall-applikazzjoni għall-akkreditazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;

(b)

korruzzjoni attiva u passiva;

(c)

frodi;

(d)

reati terroristiċi;

(e)

ħasil ta’ flus;

(f)

traffikar tal-bnedmin;

(g)

kwalunkwe attività illegali oħra li hija ta’ detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-BĊE jew il-BĊNi.

2.   Għall-finijiet tal-akkreditazzjoni, manifattur akkreditat jew kwalunkwe mill-entitajiet li jikkontrollawh m’għandhomx:

(a)

ikunu qed jiksru l-obbligi tagħhom relatati mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn ikunu stabbiliti jew fejn titwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro;

(b)

ikunu falluti jew soġġetti għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi ikunu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, ikollhom ftehim ma’ kredituri, fejn l-attivitajiet kummerċjali ikunu ġew sospiżi jew jiffaċċjaw kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(c)

ikunu ħatja ta' kondotta professjonali serjament skorretta, li twassal biex l-integrità tagħhom issir dubjuża;

(d)

jidħlu fi ftehimiet ma’ manifatturi oħra bil-għan li jfixklu l-kompetizzjoni;

(e)

ikunu soġġetti għal kunflitt ta’ interess li ma jistax jiġi rrimedjat b’mezzi inqas intrużivi;

(f)

jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jagħmlu ħsara lill-integrità jew lir-reputazzjoni tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas.

3.   Manifattur akkreditat għandu jkollu fis-seħħ programm ta’ konformità korporattiva implimentat u operattiv bis-sħiħ li jkun fih standards xierqa u adatti li għandhom jiġu segwiti biex iżomm lilu u lill-entità li tikkontrollah milli jkunu involuti f’xi sitwazzjoni jew parteċipazzjoni fl-attivitajiet elenkati fil-paragrafi 1 u 2. Dan il-programm ta’ konformità korporattiva għandu, bħala minimu, jirrispetta l-prinċipji, ir-regoli u l-proċeduri rilevanti kif deskritti fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 10 tar-Regoli dwar il-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (International Chamber of Commerce Rules on Combating Corruption) (9);

(b)

l-Inizjattiva tal-Etika tal-Karti tal-Flus (10);

(c)

l-istandard ISO 37001;

(d)

kwalunkwe programm ekwivalenti ieħor.

TAQSIMA II

PROĊEDURA TA’ AKKREDITAZZJONI

Artikolu 5

Talba għal akkreditazzjoni

1.   Manifattur li jixtieq li jkun akkreditat biex iwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro f’sit ta’ manifattura speċifiku għandu jissottometti talba bil-miktub lill-BĊE biex jibda l-proċedura ta’ akkreditazzjoni. Dan japplika wkoll għall-manifatturi involuti fil-produzzjoni tal-linka kif iddefinit fl-Artikolu 1(29).

2.   It-talba għall-akkreditazzjoni għandha tinkludi kull waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni tal-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro u l-elementi ta’ sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro u l-elementi tal-euro;

(b)

l-isem tal-manifattur u, fejn applikabbli, l-entità ġuridika li titlob l-akkreditazzjoni f’isem il-manifattur u l-LEI tiegħu, fejn disponibbli;

(c)

il-post u l-indirizz eżatti tas-sit tal-manifattura fejn il-manifattur bi ħsiebu jwettaq l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro;

(d)

dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata mir-rappreżentanti legali tal-manifattur li tikkonferma li l-manifattur ser iżomm ir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni kunfidenzjali;

(e)

deskrizzjoni tan-negozju tal-manifattur li jelenka l-entitajiet ta’ kontroll kif ukoll il-post fejn jinsabu;

(f)

dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata mir-rappreżentanti legali tal-manifattur, li tikkonferma li l-manifattur jikkonforma mar-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Deċiżjoni u li ma tikser l-ebda dispożizzjoni msemmija f’dawn l-Artikoli;

(g)

dikjarazzjoni bil-miktub maħruġa u ffirmata minn awditur indipendenti li tikkonferma l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti etiċi stipulati fl-Artikolu 4;

(h)

kopji taċ-ċertifikazzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(1)(d);

(I)

deskrizzjoni tas-sussidjarji tal-manifattur jew tal-kumpaniji assoċjati li jkun beħsiebu jinvolvi fl-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew fl-attività relatata ma' element tal-euro;

(j)

deskrizzjoni tal-partijiet terzi, inkluż kwalunkwe waħda mis-sussidjarji jew il-kumpaniji assoċjati tal-manifattur, li għalihom il-manifattur għandu l-intenzjoni li jissottokuntratta jew li l-manifattur ikun beħsiebu jinvolvi għat-twettiq tal-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro;

(k)

sommarju tar-raġuni tal-manifattur biex jitlob akkreditazzjoni u l-vantaġġi potenzjali għall-Eurosistema kieku l-akkreditazzjoni kellha tingħata.

3.   Manifattur akkreditat li jitlob akkreditazzjoni għal kull attività oħra relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro jew attività relatata ma’ element tal-euro għandu jissottometti talba bil-miktub lill-BĊE. Il-BĊE għandu jinforma lill-manifattur akkreditat bid-dokumentazzjoni speċifika elenkata fil-paragrafu 2 li għandha tiġi sottomessa għal kull każ partikolari.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni

1.   Il-BĊE jista’ jirrifjuta talba għall-akkreditazzjoni qabel ma jivvaluta l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni skont dan l-Artikolu jekk il-BĊE jiddetermina li l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro li għalihom tkun intalbet akkreditazzjoni jkollha impatt avvers fuq l-integrità u l-katina ta’ provvista tal-karti tal-flus tal-euro.

2.   Il-BĊE għandu jivvaluta l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(b) sa (d), u l-Artikolu 3(3) kontra d-dokumentazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   F’każijiet eċċezzjonali, il-BĊE jista’ jagħti deroga mill-obbligu ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4, jekk jiddetermina li n-nuqqas ta’ konformità tal-manifattur ma jkollux impatt sinifikanti fuq l-aderenza tal-manifattur lejn ir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni jew għall-integrità tal-karti tal-flus tal-euro jew għar-reputazzjoni tal-BĊE.

4.   Jekk manifattur jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(c) u (d) u l-Artikolu 4, jew skont l-Artikolu 3(4) ikun ingħata eżenzjoni mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(c), il-BĊE għandu jipprovdi lill-manifattur b’dokumentazzjoni li jkun fiha r-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni skont l-Artikolu 3(1)(a). Il-BĊE għandu jipprovdi wkoll lill-manifattur bi kwestjonarji li l-manifattur għandu jimla, filwaqt li jindika kif jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni. Il-manifattur għandu jimla u jirritorna l-kwestjonarji kompluti lill-BĊE fi żmien raġonevoli, kif definit mill-BĊE. Il-manifattur għandu jindika kif il-miżuri tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti u għandu espressament jiżvela kwalunkwe limitazzjoni li tista’ twaqqaf lill-manifattur milli jikkonforma mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-użu ta’ faċilitajiet ta’ qerda speċjalizzati fejn ma jkunx possibbli li dawn il-faċilitajiet isiru disponibbli fis-sit tal-manifattura.

5.   Bħala parti mill-valutazzjoni tiegħu tal-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti skont l-Artikolu 3(1)(a), il-BĊE għandu l-ewwel jivverifika li l-manifattur jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ sigurtà kollha, li huma stabbiliti f’deċiżjoni separata. Ladarba l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti tas-sigurtà tkun ġiet ivverifikata, il-BĊE għandu jivverifika l-konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti l-oħra ta’ akkreditazzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 3(1)(a). Il-valutazzjonijiet kollha jistgħu jieħdu l-forma ta’ spezzjonijiet fuq il-post jew mhux fuq il-post f’konformità mal-Artikolu 11.

6.   Fejn meħtieġ, il-BĊE jista’ jitlob lill-manifattur biex jissottometti, jiċċara jew ilesti kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin fi skadenza raġonevoli, kif definit mill-BĊE:

(a)

id-dokumentazzjoni li għandha tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 5;

(b)

id-dokumentazzjoni li għandha timtela skont il-paragrafu 4;

(c)

informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 5.

7.   Il-BĊE għandu jiċħad talba għall-akkreditazzjoni li ma tkunx kompluta jew tkun żbaljata jew li ma tkunx tlestiet fl-iskadenza, wara t-talba tal-BĊE għal informazzjoni addizzjonali, kjarifika jew tlestija skont il-paragrafu 6. Il-BĊE għandu jiċħad ukoll talba għall-akkreditazzjoni fejn it-talba u d-dokumentazzjoni li għandha tiġi pprovduta huma kompluti, iżda li juru li l-manifattur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni stipulati fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 7

Għotja ta’ akkreditazzjoni

1.   Il-BĊE jista’ jagħti akkreditazzjoni għal attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro mitluba f’sit ta’ manifattura jekk dak il-manifattur ikun wera b’suċċess il-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 jew jekk il-BĊE jagħti deroga skont l-Artikolu 6(3).

2.   Il-BĊE għandu jagħti akkreditazzjoni fil-forma ta’ deċiżjoni li tispeċifika l-entità ġuridika, is-sit tal-manifattura u l-attività relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro li għalihom tkun ingħatat l-akkreditazzjoni.

3.   Wara n-notifika tal-akkreditazzjoni, il-manifattur akkreditat għandu jinforma lill-BĊE, fil-ħin qabel id-data tal-bidu tal-attività rispettiva relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro, sabiex il-BĊE jipproċedi bl-ispezzjonijiet rilevanti matul attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro.

Artikolu 8

Reġistru tal-akkreditazzjoni tal-BĊE

1.   Il-BĊE għandu jżomm reġistru ta’ akkreditazzjoni, li għandu jitpoġġa għad-dispożizzjoni tal-BĊNi u BĊNi futuri tal-Eurosistema u lil manifatturi akkreditati permezz tal-extranet ta’ karti tal-flus tal-BĊE. Ir-reġistru tal-akkreditazzjoni għandu jkun fih dan kollu li ġej:

(a)

lista tal-manifatturi kollha li ngħataw akkreditazzjoni;

(b)

Fir-rigward ta’ kull manifattur akkreditat:

(i)

indikazzjoni tal-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew tal-attività relatata ma' element tal-euro li għaliha tkun ingħatat akkreditazzjoni;

(ii)

is-sit tal-manifattura għall-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro li għaliha tkun ingħatat akkreditazzjoni;

(iii)

informazzjoni dwar l-elementi ta’ sigurtà tal-euro jew l-elementi tal-euro prodotti f’kull sit ta’ manifattura.

2.   Il-BĊE għandu jaġġorna regolarment ir-reġistru tal-akkreditazzjoni mal-istatus ta’ akkreditazzjoni ta’ manifatturi akkreditati, kif ukoll mal-informazzjoni pprovduta mill-manifatturi akkreditati skont din id-Deċiżjoni. Sabiex isiru aġġornamenti regolari tar-reġistru ta’ akkreditazzjoni, il-BĊE jista’ jiġbor mingħand manifatturi akkreditati, il-BĊNi u BĊNi futuri tal-Eurosistema aktar informazzjoni relevanti, li l-BĊE iqis neċessarja sabiex tinżamm il-preċiżjoni u l-korrettezza tal-informazzjoni fir-reġistru ta’ akkreditazzjoni.

3.   Jekk il-BĊE jadotta deċiżjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 17 wara li jkun innotifika lill-manifattur akkreditat b’din id-deċiżjoni, għandu jirreġistra mingħajr dewmien l-informazzjoni kollha li ġejja fir-reġistru tal-akkreditazzjoni:

(a)

L-ambitu u t-tul ta’ żmien tas-sospensjoni;

(b)

Il-bidliet kollha li jaffettwaw l-istatus ta’ akkreditazzjoni tal-manifattur akkreditat relatat ma’:

(i)

ismu

(ii)

is-sit ta’ manifattura rilevanti;

(iii)

l-element ta’ sigurtà tal-euro jew l-element tal-euro u l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro affettwati mis-sospensjoni, f’konformità mas-sejbiet tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

4.   Jekk il-BĊE jadotta deċiżjoni ta’ revoka skont l-Artikolu 18 wara li jkun innotifika lill-manifattur akkreditat b’din id-deċiżjoni, huwa għandu jneħħi l-informazzjoni kollha li ġejja mir-reġistru tal-akkreditazzjoni mingħajr dewmien skont is-sejbiet tad-deċiżjoni ta’ revoka:

(a)

l-isem tal-manifattur akkreditat;

(b)

is-sit tal-manifattura;

(c)

l-element ta' sigurtà tal-euro jew l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro;

(d)

l-element tal-euro jew l-attività relatata ma' element tal-euro.

5.   Manifattur akkreditat għandu jinforma lill-BĊE jekk l-informazzjoni dwar il-manifattur akkreditat fir-reġistru tal-akkreditazzjoni tkunx inkompleta jew żbaljata. Jekk il-BĊE jiddetermina li tali informazzjoni ma tkunx kompluta jew tkun żbaljata, il-BĊE għandu jemenda r-reġistru tal-akkreditazzjoni.

Artikolu 9

Obbligi tal-manifatturi akkreditati li jżommu l-akkreditazzjoni tagħhom

Manifattur akkreditat għandu jikkonforma mal-obbligi li ġejjin biex iżomm l-akkreditazzjoni tiegħu għas-sit ta’ manifattura rilevanti:

(1)

iżomm ir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni kunfidenzjali u jirrispetta l-klassifikazzjoni ta’ kunfidenzjalità tal-BĊE tad-dokumenti kollha kif previst fil-karta tal-flus tal-BĊE fuq l-extranet;

(2)

jinforma lill-BĊE bil-miktub bi kwalunkwe tiġdid jew bidla fiċ-ċertifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(d), u jipprovdi kull darba, fi żmien tliet xhur mid-data tat-tiġdid jew bidla, kopja taċ-ċertifikat ġdid jew emendat;

(3)

immedjatament jinforma lill-BĊE bil-miktub fil-każ ta’ revoka ta’ kwalunkwe wieħed miċ-ċertifikati relatati mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(d) jew, fejn rilevanti, fl-Artikolu 4(3);

(4)

jipprovdi fuq bażi annwali, u fi żmien xahrejn minn tmiem is-sena kalendarja, dikjarazzjoni tal-awditur indipendenti li tiċċertifika dan kollu li ġej:

(a)

l-implimentazzjoni u l-operazzjoni ta’ programm ta’ konformità korporattiva kif imsemmi fl-Artikolu 4(3);

(b)

il-manifattur akkreditat ma kienx involut f’xi waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 4(1) u (2);

(5)

jinforma immedjatament lill-BĊE bil-miktub dwar l-iskadenza ta’ perjodu mhux interrott ta’ 36-il xahar li fih il-manifattur akkreditat ma jkun wettaq l-ebda attività relatata ma' element tal-euro, bl-eċċezzjoni tal-qerda, il-ħżin, l-analiżi jew il-moviment intern ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro f’sit ta’ manifattura, jew ma jkun wettaq ebda attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro;

(6)

jirrapporta bil-miktub lill-BĊE, meta jwettaq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà, kwalunkwe diskrepanza fi kwantitajiet ta’ element ta' sigurtà tal-euro identifikati matul attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro fis-sit ta’ manifattura akkreditat tiegħu;

(7)

jekk ikun beħsiebu jwettaq xi waħda mill-attivitajiet li ġejjin, għandu minnufih jinforma u jitlob kunsens bil-miktub minn qabel mill-BĊE:

(a)

jibdel kwalunkwe miżura fis-sit ta’ manifattura rilevanti li bi kwalunkwe mod taffettwa, jew tista’ taffettwa, il-konformità mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti;

(b)

jibdel l-istruttura tas-sjieda tiegħu;

(c)

il-bidu ta’ proċedura ta’ stralċ tal-manifattur akkreditat jew ta’ kwalunkwe proċedura simili;

(d)

jorganizza mill-ġdid in-negozju jew struttura tiegħu bi kwalunkwe mod li jista' jaffettwa l-attività li għaliha ngħatat l-akkreditazzjoni;

(e)

jagħti b'sottokuntratt jew jinvolvi lil partijiet terzi, minbarra l-impjegati tal-manifattur akkreditat, f'attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jew attività relatata ma' element tal-euro li għalihom il-manifattur ikollu akkreditazzjoni, irrispettivament jekk is-sottokuntrattar jew involviment ta' terzi f'attività relatata ma' element tal-euro jew attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro ikollux isir fis-sit ta' manifattura relevanti jew f'sit ieħor;

(8)

jinforma minnufih lill-BĊNi responsabbli bil-miktub jekk tinqala’ xi waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fil-punt (7)(e);

(9)

jinforma minnufih lill-BĊE bil-miktub jekk iseħħ xi wieħed minn dawn l-avvenimenti:

(a)

il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet li tikkontrollah kienu s-suġġett ta’ kundanna b’sentenza finali għal kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 4(1);

(b)

il-manifattur akkreditat jew kwalunkwe entità li tikkontrollah jkunu involuti fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4(2);

(10)

jinforma immedjatament lill-BĊE bil-miktub meta jkollu l-ħsieb li jibda proċess ta’ kwalifika, kif stabbilit separatament mill-BĊE fir-rekwiżiti ta’ kwalità rilevanti, għal kwalunkwe element ta' sigurtà tal-euro jew element tal-euro. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar id-dati ppjanati tal-bidu u tat-tmiem tal-proċess ta’ kwalifiki;

(11)

jistabbilixxi l-proċeduri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-aħħar verżjonijiet tad-dokumenti rilevanti kollha disponibbli għall-manifatturi akkreditati permezz tal-extranet ta’ karti tal-flus tal-BĊE jkunu tqassmu b’mod xieraq fis-sit ta’ manifattura akkreditat.

Artikolu 10

Kunsens bil-miktub minn qabel tal-BĊE

1.   Il-BĊE għandu jagħti minn qabel il-kunsens bil-miktub fi żmien skadenza raġonevoli għall-attivitajiet elenkati fil-punt (7) tal-Artikolu 9 f’każijiet fejn ir-rekwiżiti kollha rilevanti ta’ akkreditazzjoni u l-obbligi rilevanti kollha jiġu rrispettati mill-manifattur akkreditat li jagħmel it-talba.

2.   Il-BĊE jista’ jagħti kunsens bil-miktub minn qabel soġġett għal konformità tal-manifattur akkreditat ma’ kwalunkwe restrizzjoni jew obbligu li l-BĊE jista’ jimponi fuq il-manifattur akkreditat li jkun qed jagħmel it-talba.

3.   Il-BĊE jista’ jiċħad il-kunsens minn qabel bil-miktub meta jikkonkludi li l-kapaċità tal-manifattur akkreditat li jikkonforma mar-rekwiżiti jew l-obbligi tal-akkreditazzjoni tkun kompromessa jekk il-manifattur akkreditat iwettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punt (7) tal-Artikolu 9.

Artikolu 11

Spezzjonijiet

1.   Il-BĊE għandu jivvaluta jekk manifattur akkreditat jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni billi jwettaq spezzjonijiet fuq il-post jew mhux fuq il-post.

2.   Il-BĊE għandu jwettaq spezzjonijiet fuq il-post fir-rigward ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni mitluba mill-BĊE li tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tal-manifattur akkreditat mar-rekwiżiti rilevanti ta’ akkreditazzjoni. Kwalunkwe talba għal dokumentazzjoni li l-BĊE jindirizza lil manifattur akkreditat m’għandhiex tikkostitwixxi spezzjoni lil hinn mis-sit sakemm it-talba ma tirreferix b’mod espliċitu għal spezzjoni lil hinn mis-sit.

3.   Il-BĊE jista’ jwettaq spezzjonijiet fuq il-post, kemm jekk imħabbra bil-quddiem kif ukoll mingħajr ma jitħabbru minn qabel.

4.   Matul spezzjoni fuq il-post, il-BĊE għandu jivvaluta l-konformità tal-manifattur akkreditat mar-rekwiżiti rilevanti ta’ akkreditazzjoni fis-sit tal-manifattura.

5.   Il-BĊE għandu jibda spezzjonijiet imħabbra fuq il-post fid-data miftiehma bil-quddiem mal-manifattur akkreditat. Il-manifattur akkreditat għandu jiżgura li l-attività relatata ma' element tal-euro rilevanti jew attività relatata ma' element tal-euro tkun qed titwettaq fis-sit tal-manifattura matul l-ispezzjoni.

6.   Il-BĊE għandu jiddeċiedi dwar it-tul ta’ żmien tal-ispezzjoni fuq il-post imħabbrin jew mhux imħabbrin sabiex jiġi żgurat li tinkiseb biżżejjed informazzjoni biex tiġi vvalutata l-konformità tal-manifattur akkreditat mar-rekwiżiti kollha ta’ akkreditazzjoni. Il-BĊE jista’ jissospendi spezzjoni fuq il-post li tkun tinsab għaddejja sabiex jippermetti lill-manifattur akkreditat jipprovdi evidenza ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti.

7.   Il-manifattur akkreditat għandu jagħti lill-BĊE aċċess għaż-żoni kollha tas-sit tal-manifattura u għad-dokumenti kollha li l-BĊE jikkunsidra rilevanti għall-ispezzjoni.

8.   Il-manifattur akkreditat għandu jirritorna lill-BĊE kwalunkwe dokumentazzjoni meħtieġa għall-ispezzjoni, bħall-kwestjonarju ta’ spezzjoni komplut, disponibbli fuq l-extranet tal-karti tal-flus tal-BĊE jew kwalunkwe dokumentazzjoni oħra li l-BĊE jippreżenta lill-manifattur akkreditat qabel l-ispezzjoni, mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol qabel id-data li fiha l-ispezzjoni fuq il-post tkun ser tibda jew kif speċifikat mod ieħor mill-BĊE.

Artikolu 12

Każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità

1.   Kull wieħed mill-atti li ġejjin ta’ manifattur jikkostitwixxi każ ta’ nuqqas ta' konformità:

(a)

nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni elenkati fl-Artikolu 3(1);

(b)

fir-rigward ta’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati qabel, in-nuqqas li jiġi implimentat titjib fi ħdan l-iskadenzi kif miftiehem mal-BĊE;

(c)

nuqqas li jiġi ssodisfat xi wieħed mill-obbligi elenkati fl-Artikolu 9;

(d)

ir-rifjut li jingħata aċċess immedjat lill-BĊE għas-sit tal-manifattura jew għal kwalunkwe dokument li l-BĊE jikkunsidra meħtieġ għall-ispezzjoni;

(e)

diskrepanza fir-reġistri ta’ element ta' sigurtà tal-euro konnessi ma’ ksur tar-rekwiżiti ta’ sigurtà mill-manifattur akkreditat;

(f)

il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni falza jew qarrieqa pprovata jew ta’ dokument ipprovat li huwa iffalsifikat lill-BĊE u, fejn applikabbli, lil BĊN, bis-saħħa ta’ kwalunkwe waħda mill-proċeduri taħt din id-Deċiżjoni;

(g)

kwalunkwe ksur tal-obbligu tiegħu li jirrispetta l-klassifikazzjoni tal-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument relatat ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-BĊE għandu jinnotifika lill-manifattur akkreditat dwar kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti elenkati fl-Artikoli 3 u 4, jew l-obbligi stipulati fl-Artikolu 9 fi ħdan skadenza raġonevoli wara li l-BĊE jkun sar konxju dwar każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

3.   Manifattur akkreditat għandu jirrimedja kull każ ta’ nuqqas ta’ konformità fi ħdan skadenza miftiehma mal-BĊE skont l-Artikolu 13(3).

Artikolu 13

Eżitu tal-ispezzjoni

1.   Il-BĊE għandu jibgħat rapport preliminari ta’ spezzjoni lill-manifattur akkreditat, fejn jispeċifika kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni identifikati matul spezzjoni, fi ħdan wieħed mill-perjodi li ġejjin:

(a)

30 jum tax-xogħol mid-data meta tkun tlestiet l-ispezzjoni fuq il-post relevanti;

(b)

40 jum tax-xogħol wara li l-BĊE jkun irċieva xi dokumentazzjoni relevanti bħala parti minn spezzjoni mhux fuq il-post, b’mod partikolari fir-rigward tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 9;

2.   Fir-rapport ta’ spezzjoni preliminari, il-BĊE jista’ jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-manifattur akkreditat. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jikkostitwixxu suġġerimenti għat-titjib ta’ miżura li madankollu tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni.

3.   Il-manifattur akkreditat għandu jkollu 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievi r-rapport tal-ispezzjoni preliminari biex jikkomunika lill-BĊE bil-miktub is-sejbiet tiegħu fir-rigward tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità identifikati matul l-ispezzjoni u r-rakkomandazzjonijiet magħmula skont il-paragrafu 2. Il-manifattur akkreditat għandu jipprovdi dettalji ta’ kwalunkwe miżura li jkollu l-ħsieb li jimplimenta b’rabta mal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, inklużi l-iskadenzi proposti għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri. Il-BĊE għandu jivvaluta l-proposti u jimponi skadenzi, li għandhom ikunu proporzjonati għas-serjetà tal-każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

4.   Il-BĊE għandu jipprovdi r-rapport tal-ispezzjoni lill-manifattur akkreditat fi żmien 40 jum ta’ xogħol minn meta jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-BĊE jirċievi l-kummenti bil-miktub tal-manifattur akkreditat dwar ir-rapport ta’ spezzjoni preliminari u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mitluba mill-BĊE biex jiffinalizza l-valutazzjoni tiegħu;

(b)

l-għeluq tal-iskadenzi biex isiru kummenti bil-miktub dwar ir-rapport ta’ spezzjoni preliminari, fejn dawn il-kummenti ma jkunux waslu.

5.   Fir-rapport ta’ spezzjoni, il-BĊE għandu jinkludi s-sejbiet tal-ispezzjoni, id-dokumentazzjoni rilevanti tal-ispezzjoni, il-kummenti li waslu mingħand il-manifattur akkreditat, valutazzjoni tal-azzjonijiet, il-miżuri jew it-titjib li l-manifattur akkreditat beħsiebu jimplimenta u l-iskadenzi relatati għall-implimentazzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu, abbażi tal-eżitu tal-ispezzjoni, jasal għal konklużjonijiet dwar jekk il-manifattur akkreditat huwiex, jew jistax isir fi ħdan l-iskadenzi proposti, f’konformità mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni u jekk il-BĊE għandux jieħu xi waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 16 sa 18.

6.   Fi żmien 15-il jum ta’ xogħol wara li jkun irċieva r-rapport ta’ spezzjoni msemmi fil-paragrafu 4, il-manifattur akkreditat jista’ jissottometti kummenti bil-miktub lill-BĊE dwar il-kontenut ta’ dak ir-rapport.

7.   Il-BĊE għandu jikkunsidra l-kummenti li rċieva mingħand il-manifattur akkreditat u jiffinalizza l-ispezzjoni billi jimplimenta l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ spezzjoni u jinforma lill-manifattur akkreditat, u, jekk rilevanti, lill-manifatturi akkreditati l-oħra kollha.

8.   Spezzjonijiet ta’ segwitu jistgħu jitwettqu skont l-Artikolu 11(1) jew fuq il-post jew mhux fuq il-post biex jiġi vverifikat li l-miżuri indikati fir-rapport ta’ spezzjoni huma implimentati b’mod effettiv u jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ akkreditazzjoni rilevanti.

9.   F’każ ta’ nuqqasijiet kbar ta’ konformità mar-rekwiżiti ta' akkreditazzjoni li jkunu jeħtieġu deċiżjoni urġenti tal-BĊE li tista' raġonevolment titqies li tiġġustifika deċiżjoni ta' sospensjoni skont l-Artikolu 17 jew deċiżjoni ta’ revoka skont l-Artikolu 18, il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jqassar il-proċess deskritt fil-paragrafi 1 sa 3, sabiex b’hekk il-manifattur ikollu massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol biex jikkummenta dwar il-każijiet maġġuri relevanti ta’ nuqqas ta’ konformità. Il-BĊE għandu jagħti raġunijiet għal dik l-urġenza.

10.   Il-BĊE jista’ jiddeċiedi li jestendi l-iskadenzi msemmija f’dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Deċiżjoni dwar waqfien immedjat ta’ attività ta’ element ta' sigurtà tal-euro

1.   F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn tiġi identifikata nuqqas ta' konformità maġġuri li tista’ twassal għat-telf jew is-serq ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro jew għall-pubblikazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni relatata ma’ element ta' sigurtà tal-euro li tista’ tkun ta’ ħsara għall-integrità ta’ karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas sakemm ma titteħidx azzjoni ta’ rimedju immedjata, il-BĊE jista’ jitlob lill-manifattur akkreditat biex iwaqqaf l-attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro b’effett immedjat sakemm ma tkunx ġiet irrimedjata n-nuqqas ta' konformità. F’każ bħal dan, il-manifattur akkreditat ma jistax jissokta b'attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro mingħajr ma jkollu l-approvazzjoni bil-miktub tal-BĊE minn qabel.

2.   Manifattur akkreditat li hu meħtieġ li jwaqqaf attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro b’effett immedjat għandu jipprovdi lill-BĊE b’informazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe manifattur akkreditat ieħor li jista’, bħala klijent jew fornitur, jiġi affettwat indirettament minn twaqqif ta’ attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro. It-tim ta’ spezzjoni fuq il-post jista’ jeħtieġ ukoll li l-manifattur akkreditat jieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 18(5) biex jiżgura li huwa ma għandux elementi ta’ sigurtà tal-euro speċifikati matul il-perijodu li fih twaqqfet l-attività relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro.

3.   Il-BĊE għandu jinforma lil kwalunkwe manifattur akkreditat potenzjalment affettwat imsemmi fil-paragrafu 2 jekk attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro ta’ manifattur akkreditat titwaqqaf skont il-paragrafu 1. F’każ bħal dan, il-BĊE għandu jinnotifika lil dawn il-manifatturi akkreditati jekk ikun hemm bidla fl-istatus tal-manifattur akkreditat li l-attività tiegħu relatata ma' element ta’ sigurtà tal-euro tiegħu twaqqfet skont il-paragrafu 1.

4.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 16 sa 18, il-BĊE għandu fil-pront ineħħi waqfa fuq attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro jekk spezzjoni mwettqa skont l-Artikolu 11 tikkonkludi li l-każijiet ewlenin rilevanti kollha ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fil-paragrafu 1 ikunu ġew rimedjati.

TAQSIMA III

KONSEGWENZI TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 15

Deċiżjonijiet tal-BĊE dwar nuqqas ta' konformità

1.   Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità minn manifattur akkreditat, il-BĊE jista’ jieħu kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-Artikoli 16 sa 19. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:

(a)

il-każ ta’ nuqqas ta' konformità u kwalunkwe kumment mogħti mill-manifattur akkreditat, fejn applikabbli;

(b)

is-sit ta' manifattura, l-element ta' sigurtà tal-euro u/jew l-element tal-euro u l-attività relatata mal-element ta’ sigurtà tal-euro u/jew l-attività relatata ma’ element tal-euro li magħhom hija marbuta d-deċiżjoni;

(c)

id-data li fiha d-deċiżjoni ssir effettiva u, jekk applikabbli, waħda jew it-tnejn li ġejjin:

(i)

id-data li fiha d-deċiżjoni tiskadi;

(ii)

iċ-ċirkostanzi li fihom id-deċiżjoni se tiskadi;

(d)

l-iskadenza biex jiġi rrimedjat in-nuqqas ta' konformità, fejn applikabbli;

(e)

ir-raġunijiet għad-deċiżjoni.

2.   Deċiżjoni għandha tkun proporzjonata mal-gravità ta’ każ rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità u għandha tqis dawn kollha li ġejjin:

(a)

ir-rekord tal-manifattur akkreditat fir-rigward tal-okkorrenzi u l-korrezzjonijiet ta’ kwalunkwe każ ieħor ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b)

l-ispjegazzjonijiet rilevanti kollha pprovduti mill-manifattur akkreditat dwar il-każijiet rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità;

(c)

deskrizzjoni ta’ kif il-manifattur akkreditat jirrimedja, jew biħsiebu jirrimedja, il-każ rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità.

3.   Meta jiddefinixxi l-iskadenzi, il-BĊE għandu jiżgura li l-iskadenzi jkunu proporzjonati mal-gravità ta’ każ rilevanti ta’ nuqqas ta’ konformità.

4.   Il-BĊE għandu jinforma lill-manifattur akkreditat rilevanti bil-miktub dwar id-deċiżjoni li jkun ħa.

5.   Il-BĊE jista’ jinforma lill-BĊNi u lil manifatturi akkreditati oħra b’kull deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 16 sa 19, eż. permezz tar-reġistru tal-akkreditazzjoni jew bil-miktub. L-informazzjoni pprovduta mill-BĊE tista’ tinkludi l-identità tal-manifattur akkreditat, it-tip u n-natura tan-nuqqas ta’ konformità u l-validità tad-deċiżjoni, fejn applikabbli.

Artikolu 16

Deċiżjoni ta’ twissija

1.   Il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ twissija fir-rigward ta’ manifattur akkreditat f’wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

każ maġġuri ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b)

xejra rikorrenti ta’ każijiet ta’ nuqqas ta' konformità;

(c)

nuqqas ta’ korrezzjoni ta’ każ ta’ nuqqas ta’ konformità fil-ħin u b’mod effettiv.

2.   Deċiżjoni ta’ twissija għandha tiddikjara illi jekk il-każ ta’ nuqqas ta' konformità ma tkunx ġiet irrimedjata fl-iskadenza speċifikata, l-Artikoli 17 jew 18 għandhom japplikaw.

3.   Jekk il-BĊE jiddetermina li deċiżjoni ta’ twissija waħedha m’hijiex ta’ deterrent suffiċjenti fid-dawl tas-serjetà tal-każ ta’ nuqqas ta' konformità identifikat, huwa jista’ jieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 17 jew 18.

Artikolu 17

Sospensjoni fir-rigward ta’ ordnijiet ġodda

1.   Jekk manifattur akkreditat jonqos milli jikkonforma ma’ deċiżjoni dwar waqfa immedjata ta’ attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro skont l-Artikolu 14, il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ sospensjoni kontra dak il-manifattur akkreditat. Il-manifattur akkreditat għandu jiġi pprojbit milli jaċċetta ordnijiet ġodda sakemm ma titneħħa d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

2.   Jekk manifattur akkreditat jonqos milli jirrimedja każ ta’ nuqqas ta’ konformità speċifikat f’deċiżjoni ta’ twissija skont l-Artikolu 16 fi żmien l-iskadenza speċifikata, il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ sospensjoni kontra dak il-manifattur akkreditat. Il-manifattur akkreditat jista’ jtemm kwalunkwe ordni ta’ produzzjoni li tkun għaddejja, iżda għandu jkun ipprojbit milli jaċċetta ordnijiet ġodda sakemm ma titneħħa d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

3.   Deċiżjoni ta’ sospensjoni tista’ tiddikjara wkoll illi jekk in-nuqqas ta' konformità ma jkunx ġie rrimedjat fi żmien l-iskadenza speċifikata, għandu japplika l-Artikolu 18.

4.   Jekk il-BĊE jidhirlu illi deċiżjoni ta’ twissija waħedha ma tkunx ta’ deterrent suffiċjenti fid-dawl tas-serjetà tal-każ ta’ nuqqas ta' konformità identifikat, huwa jista’ jieħu deċiżjoni ta’ revoka skont l-Artikolu 18.

5.   Deċiżjoni ta’ sospensjoni tista’ titneħħa biss jekk il-każijiet relevanti kollha ta’ nuqqas ta' konformità jkunu ġew evalwati bħala li ġew irrimedjati permezz ta’ spezzjoni skont l-Artikolu 11.

Artikolu 18

Deċiżjoni ta’ revoka dwar l-akkreditazzjoni

1.   Il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ revoka jekk manifattur akkreditat jonqos milli jikkonforma ma’ deċiżjoni ta’ sospensjoni skont l-Artikolu 17.

2.   Il-BĊE għandu jieħu deċiżjoni ta’ revoka f’wieħed minn dawn il-każijiet:

(a)

talba mingħand manifattur akkreditat biex jittrasferixxi l-attività tiegħu relatata ma’ element ta’ sigurtà tal-euro u/jew attività relatata ma’ element tal-euro lil sit ta’ manifattura ġdid. F’dan il-każ, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-revoka għandu jinkludi s-sit ta’ manifattura l-qadim li minnu tkun qiegħda tiġi ttrasferita l-attività relevanti;

(b)

bidla fis-sjieda tal-manifattur akkreditat, meta dik il-bidla tkun tista’ tippermetti direttament jew indirettament lil entità involuta fil-bidla maħsuba fl-istruttura tas-sjieda biex tikseb aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali tal-BĊE (ECB-confidential) relatata ma’ din id-Deċiżjoni, atti legali applikabbli jew ftehimiet kuntrattwali b’rabta mal-BĊE, BĊN wieħed jew aktar jew manifattur akkreditat wieħed jew aktar;

(c)

talba minn manifattur akkreditat biex tiġi rtirata l-akkreditazzjoni tiegħu.

3.   Il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ revoka meta jivvaluta li dik ir-revoka hija meħtieġa, filwaqt li jqis wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-gravità ta’ każ speċifiku ta’ nuqqas ta’ konformità;

(b)

il-kobor tat-telf jew serq attwali jew potenzjali ta’ xi elementi ta’ sigurtà tal-euro jew elementi tal-euro;

(c)

jekk kienx hemm xi dannu finanzjarju u għar-reputazzjoni konsegwenzjali minħabba l-pubblikazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni relatata ma’ elementi ta' sigurtà tal-euro;

(d)

l-adegwatezza tar-reazzjoni, il-kapaċità u l-ħila tal-manifattur akkreditat biex itaffi n-nuqqas ta' konformità;

(e)

il-fatt li ċirkostanzi speċifiċi fis-sit tal-manifattura jistgħu jagħmlu ħsara lill-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas.

4.   Il-BĊE jista’ jieħu deċiżjoni ta’ revoka fir-rigward ta’ manifattur akkreditat li ma pproduċiex elementi ta’ sigurtà tal-euro jew elementi tal-euro għal perjodu mhux interrott ta’ 36 xahar. Meta jieħu deċiżjoni ta’ revoka fuq din il-bażi, il-BĊE għandu jikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-manifattur akkreditat.

5.   Meta l-pussess ta’ xi element ta' sigurtà tal-euro mill-manifattur akkreditat jista’ jqiegħed l-integrità tal-karti tal-flus tal-euro bħala mezz ta’ ħlas f’riskju ladarba d-deċiżjoni ta’ revoka ssir effettiva, il-BĊE jista’ jitlob lill-manifattur biex jieħu miżuri, bħall-qerda ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro speċifikati, jew it-twassil ta’ dawn l-elementi, lill-BĊE jew BĊN, biex jiġi żgurat li l-manifattur ma jkollu l-ebda element ta' sigurtà tal-euro bħal dan ladarba r-revoka ssir effettiva. Il-BĊE jista’ jwettaq kontrolli fuq il-post biex jivverifika l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn il-miżuri.

6.   Deċiżjoni ta’ revoka għandha tispeċifika d-data li warajha manifattur jista’ japplika mill-ġdid għal akkreditazzjoni. Din id-data għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li jwasslu għar-revoka u għandha tkun tal-anqas sena wara d-data tad-deċiżjoni ta’ revoka.

Artikolu 19

Penali finanzjarji f’każ ta’ diskrepanzi fil-kwantitajiet ta’ karti tal-flus tal-euro jew karta tal-karti tal-flus tal-euro

1.   Jekk diskrepanza fil-kwantità ta’ karti tal-flus tal-euro stampati b’mod parzjali jew lesti jew fil-kwantitá tal-karta tal-karti tal-flus tal-euro lesta parzjalment jew lesta tinġieb għall-attenzjoni tal-BĊE skont il-punt (6) tal-Artikolu 9 jew isseħħ matul attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro f’sit ta’ manifattura tal-manifattur akkreditat, il-BĊE jista’ jimponi penali finanzjarja fuq il-manifattur akkreditat, minbarra kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 16, 17 u 18, fi kwalunkwe każ ivverifikat li ġej:

(a)

il-manifattur akkreditat naqas milli jidentifika diskrepanza bħal din;

(b)

il-manifattur akkreditat naqas milli jirrapporta d-diskrepanza skont il-punt (6) tal-Artikolu 9;

(c)

il-manifattur akkreditat irrapporta d-diskrepanza skont il-punt (6) tal-Artikolu 9, iżda mbagħad naqas milli jidentifika u jirrapporta lill-BĊE l-kawża tad-diskrepanza fl-iskadenza stabbilita mid-deċiżjoni separata dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà.

2.   Qabel ma jieħu deċiżjoni dwar penali finanzjarja, il-BĊE għandu jivverifika li d-diskrepanza fil-kwantità ta’ karti tal-flus tal-euro stampati jew lesti parzjalment jew fil-kwantitá ta’ karta tal-karti tal-flus tal-euro lesta parzjalment jew lesta tkun dovuta għal każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà stabbiliti f’deċiżjoni separata.

3.   Meta jiġi determinat l-ammont tal-penali finanzjarja li għandha tiġi imposta fir-rigward ta’ diskrepanza verifikata, il-BĊE għandu jqis il-valur nominali ta’ dawn li ġejjin:

(a)

il-karti tal-flus tal-euro parzjalment stampati jew lesti;

(b)

karti tal-flus tal-euro potenzjali li setgħu ġew stampati bl-użu ta’ karta tal-karti tal-flus tal-euro lesta parzjalment jew lesta.

4.   Il-BĊE jista’ japplika penali finanzjarja differenti mill-valur nominali jew il-valur nominali ekwivalenti ddeterminat skont il-paragrafu 3, b’kont meħud tal-gravità tan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti ta’ sigurtà f’kull każ speċifiku.

5.   Il-BĊE taħt l-ebda ċirkostanza ma jista’ jimponi penali finanzjarja li taqbeż EUR 500 000.

6.   Meta jieħu deċiżjoni dwar penali finanzjarji, il-BĊE għandu jsegwi l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4) (11).

Artikolu 20

Delega u sottodelega

1.   Il-Kunsill Governattiv jiddelega s-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-akkreditazzjoni ta’ manifattur skont l-Artikolu 6(1), 6(3) u 6(7), l-Artikolu 7, l-Artikolu 10, l-Artikolu 14(1) u 14(4) u l-Artikoli 16 sa 19 lill-Bord Eżekuttiv.

2.   Il-Bord Eżekuttiv jista’ jissottodelega s-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet kollha relatati mal-akkreditazzjoni ta’ manifattur skont l-Artikolu 6(1), 6(3), u 6(7) u l-Artikolu 7 lil wieħed mill-membri tiegħu.

3.   Il-Bord Eżekuttiv jista’ jissottodelega s-setgħa għal-livell operazzjonali biex:

(a)

jagħti l-kunsens bil-miktub bil-quddiem tal-BĊE skont l-Artikolu 10(1) f’każijiet li fihom manifattur akkreditat ikun ikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti kollha ta’ akkreditazzjoni skont l-Artikoli 3 u 4 u l-obbligi rilevanti kollha skont l-Artikolu 9;

(b)

tieħu deċiżjonijiet relatati ma’ waqfien immedjat ta’ attività relatata ma' element ta' sigurtà tal-euro skont l-Artikolu 14.

4.   Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b’kull deċiżjoni meħuda fuq delega jew sottodelega taħt dan l-Artikolu.

Artikolu 21

Proċedura ta’ rieżami

1.   Il-BĊE għandu jevalwa kull talba u informazzjoni pprovduta mill-manifattur fir-rigward ta’ din id-Deċiżjoni u jinforma lill-manifattur bil-miktub bid-deċiżjoni tiegħu li jaċċetta jew jiċħad it-talba jew il-validità tal-informazzjoni riċevuta fi żmien 50 jum tax-xogħol minn meta jirċievi xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

it-talba għall-akkreditazzjoni;

(b)

kwalunkwe informazzjoni addizzjonali jew kjarifika mill-manifattur li ntalbet mill-BĊE.

2.   Manifattur jista’ jissottometti talba lill-Kunsill Governattiv biex jirrevedi deċiżjoni tal-BĊE:

(a)

meħuda skont l-Artikolu 6(1) u (7) u l-Artikolu 7;

(b)

meħuda skont l-Artikolu 14 skont l-Artikoli 16 sa 18.

Il-manifattur għandu jippreżenta t-talba għal rieżami fi żmien 30 jum ta’ xogħol min-notifika tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu. Il-manifattur għandu jinkludi r-raġunijiet tiegħu għal din it-talba u l-informazzjoni kollha li tappoġġjaha.

3.   Ir-rieżami m’għandux ikollu effett sospensiv. Bħala eċċezzjoni, jekk manifattur jitlob espressament li r-rieżami għandu jkollha effett sospensiv u jagħti raġunijiet għat-talba, il-Kunsill Governattiv jista’ jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi riveduta.

4.   Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu fid-dawl tat-talba ta’ rieżami tal-manifattur. Jekk il-Kunsill Governattiv iqis illi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tikser din id-Deċiżjoni, huwa għandu jew jordna li l-proċedura inkwistjoni tiġi mtennija jew jieħu deċiżjoni finali. Jekk il-Kunsill Governattiv iqis li d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ma tiksirx din id-Deċiżjoni, it-talba għal rieżami tal-manifattur għandha tiġi miċħuda. Il-manifattur għandu jiġi notifikat bil-miktub dwar l-eżitu tar-rieżami fi żmien 60 jum ta’ xogħol minn meta l-BĊE jirċievi t-talba għal rieżami. Id-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

5.   Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni esklussiva f’kull tilwima bejn il-BĊE u manifattur fir-rigward ta' din id-Deċiżjoni. Jekk proċedura ta’ rieżami hija disponibbli taħt il-paragrafu 2, il-manifattur għandu jistenna d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv dwar ir-rieżami qabel ma jressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-iskadenzi stipulati fit-Trattat jibdew jiddekorru mill-irċevuta tad-deċiżjoni ta’ rieżami.

6.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi 1 sa 4, il-proċedura ta’ rieżami għal deċiżjonijiet li jimponu penali finanzjarji skont l-Artikolu 19 għandha titwettaq b’konformità mal-proċedura stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament (KE) Nru 2157/1999 (BĊE/1999/4).

7.   Jekk ikun hemm qbil reċiproku, il-BĊE u l-manifattur jistgħu jsolvu kwalunkwe tilwima dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni permezz ta’ arbitraġġ. Kull tilwima bejn il-BĊE u manifattur akkreditat għandha tiġi finalment riżolta skont ir-Regoli ta’ Arbitraġġ tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ minn arbitru wieħed jew aktar maħtur skont dawk ir-Regoli. Il-lingwa tal-arbitraġġ għandha tkun l-Ingliż.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 22

Revoka

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 qiegħda tiġi mħassra.mit-18 ta’ Mejju 2021.

2.   Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 23

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 għandha tkompli tapplika għal perjodu ta’ tnax-il xahar mid-data meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

2.   Il-manifatturi akkreditati li ngħataw akkreditazzjoni jew akkreditazzjoni provviżorja skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 għandhom jitqiesu li huma akkreditati skont din id-Deċiżjoni mid-data meta din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ.

3.   Il-proċeduri kollha mibdija jew pendenti fir-rigward ta’ akkreditazzjonijiet mogħtija skont id-Deċiżjoni BĊE/2013/54 għandhom jiġu ffinalizzati f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni, b’mod partikolari, kwalunkwe proċedura mibdija jew pendenti fir-rigward ta’:

(a)

spezzjonijiet ta’ sigurtà jew ta’ kwalità inizjali jew ta’ segwitu skont l-Artikolu 11;

(b)

il-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti tal-akkreditazzjoni skont l-Artikolu 6;

(c)

l-għoti ta’ akkreditazzjonijiet skont l-Artikolu 7;

(d)

il-ħruġ ta’ deċiżjoni skont l-Artikoli 16 sa 19;

(e)

rieżami ta’ azzjonijiet jew deċiżjonijiet taħt il-punti (a) sa (d).

Il-proċeduri kollha mibdija jew pendenti għandhom jiġu ffinalizzati sal-iskadenza tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 1.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.

2.   Għandha tapplika mit-18 ta’ Mejju 2021.

3.   L-Artikolu 4 u punt (4) tal-Artikolu 9 għandhom japplikaw mis-16 ta’ Novembru 2022.

Artikolu 25

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi u lill-manifatturi akkreditati ta’ elementi ta’ sigurtà tal-euro u ta’ elementi tal-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ April 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.

(2)  Deċiżjoni BĊE/2013/54 tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ oġġetti tal-euro siguri [elementi ta’ sigurtà tal-euro] u oġġetti tal-euro [elementi tal-euro] u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/3 (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 29).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(5)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/ĠAI tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fis-settur privat (ĠU L 192, 31.7.2003, p. 54).

(6)  Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(7)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(8)  Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(9)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ fuq www.iccwbo.org.

(10)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Inizjattiva tal-Etika tal-Karti tal-Flus fuq www.bnei.com.

(11)  Regolament (KE) Nru 2157/1999 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Settembru 1999 dwar is-setgħat tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4) (ĠU L 264, 12.10.1999, p.21).


ANNESS I

Deċiżjoni rrevokata b’lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 22)

Deċiżjoni 2013/54 tal-20 ta' Diċembru dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro u li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2008/3 (ĠU L 57, 27.2.2014, p. 29).

Deċiżjoni (UE) 2016/955 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/54 dwar il-proċeduri ta' akkreditazzjoni għal manifatturi ta' oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro (BĊE/2016/12) (ĠU L 159, 16.6.2016, p. 19).

Deċiżjoni (UE) 2016/1734 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2013/54 dwar il-proċeduri ta’ akkreditazzjoni għal manifatturi ta’ oġġetti tal-euro siguri u oġġetti tal-euro (BĊE/2016/25) (ĠU L 262, 29.9.2016, p. 30).


ANNESS II

Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni BĊE/2013/54

Din id-Deċiżjoni

TAQSIMA I — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA I — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(3), (4), (7) u (11)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 18(4)

Artikolu 2(5)(a)

Artikolu 3(1)(a) u 3(2)

Artikolu 3(1)(b)

Artikolu 2(5)(b)

Artikolu 3(1)(c)

Artikolu 2(6)

Artikolu 3(4)

Artikolu 2(7)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(8)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(9)

Artikolu 2(11)

Artikolu 3(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 19(2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 4

TAQSIMA II — PROĊEDURA TA’ AKKREDITAZZJONI

TAQSIMA II — PROĊEDURA TA’ AKKREDITAZZJONI

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(2)(a)

Artikolu 5(2)(a) u (c)

Artikolu 4(2)(b)

Artikolu 5(2)(d) u l-punt (1) tal-Artikolu 9

Artikolu 4(2)(c)

Artikolu 5(2)(f)

Artikolu 4(3)

Artikolu 5(2)(h) u 3(1)(d)

Artikolu 5(2)(b), (e), (g), (i), (j) u (k)

Artikolu 5(3)

Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 6(2) u 6(6)

Artikolu 4(5) u l-Artikolu 5(3), it-tieni sentenza

Artikolu 6(7)

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(4), l-ewwel, it-tieni, it-tielet u r-raba’ sentenzi

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(4), ir-raba’ sentenza

Artikolu 6(1), (3) u (5)

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 6(2)

Artikolu 11(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7

Artikolu 8

il-punti (8), (9), (10) u (11) tal-Artikolu 9

TAQSIMA III — SPEZZJONIJIET U KONTROLLI TA’ SIGURTÀ SPEĊIFIĊI TAL-BĊN

TAQSIMA III — KONSEGWENZI TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 9(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9(3), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(4)

Artikolu 9(3), it-tieni sentenza

Artikolu 9(4), l-ewwel u t-tielet sentenzi

Artikolu 11(3)

Artikolu 9(4), it-tieni sentenza

Artikolu 11(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 11(5), it-tieni sentenza

Artikolu 11(6) u (7)

Artikolu 9(5)

Artikolu 11(8)

Artikolu 9(6)

Artikolu 10(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 10(2)

Artikolu 10(3), kliem introduttorju u l-punti (b) u (c)

Artikolu 13(1)

Artikolu 10(3), punt (a)

Artikolu 10(3), it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 13(5)

Artikolu 10(4)

Artikolu 13(3) u (4)

Artikolu 10(4), it-tieni sentenza

Artikolu 13(7)

Artikolu 10(5), l-ewwel sentenza

Artikolu 13(8)

Artikolu 10(5), it-tieni sentenza

Artikolu 13(6)

Artikolu 10(6)

Artikolu 13(9)

Artikolu 10(7)

Artikolu 13(10)

Artikolu 11

TAQSIMA IV — OBBLIGI KONTINWI

TAQSIMA IV — DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12(1)

Artikolu 2(6)

Artikolu 12(2), l-ewwel sentenza

il-punt (2) tal-Artikolu 9

Artikolu 12(2), it-tieni sentenza

il-punt (3) tal-Artikolu 9

il-punt (4) tal-Artikolu 9

Artikolu 12(3)(a)

Artikolu 9(7)(a)

Artikolu 12(3)(b)

Artikolu 9(7)(a)

Artikolu 12(3)(c)

Artikolu 9(7)(b)

Artikolu 12(3)(d)

Artikolu 9(7)(c)

Artikolu 12(3)(e)

Artikolu 9(7)(d)

Artikolu 12(3)(f) u (g) u Artikolu 12(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 9(7)(e) u l-punt (8) tal-Artikolu 9

Artikolu 12(4), it-tieni u t-tielet sentenza

-

Artikolu 12(5), l-ewwel sentenza

il-punt (7) tal-Artikolu 9

Artikolu 12(5), kliem introduttorju tat-tieni sentenza

Artikolu 10(3)

Artikolu 12(5)(a)

Artikolu 10(3)

Artikolu 12(5)(b)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 3(3)

Artikolu 12(5), it-tieni paragrafu

 

Artikolu 20(3)

Artikolu 12(5), it-tielet paragrafu

Artikolu 20(3)

Artikolu 12(6), kliem introduttorju

il-punt (7) tal-Artikolu 9, kliem introduttorju

Artikolu 12(6)(a)

Artikolu 9(7)(c)

Artikolu 12(6)(b)

Artikolu 9(7)(d)

Artikolu 12(6)(c)

Artikolu 12(6)(d)

il-punt (5) tal-Artikolu 9

Artikolu 12(7)

Artikolu 7(3)

Artikolu 12(8)

Artikolu 12(9)

Artikolu 13

Artikolu 2(5)

TAQSIMA V — KONSEGWENZI TA’ NUQQAS TA’ KONFORMITÀ

Artikolu 14(1)(a)

Artikolu 12(1)(c)

Artikolu 14(1)(b)

Artikolu 12(1)(a) u (b)

Artikolu 14(1)(c)

Artikolu 12(1)(d)

Artikolu 14(1)(d)

Artikolu 12(1)(f)

Artikolu 14(1)(e)

Artikolu 12(1)(g)

Artikolu 14(2), l-ewwel sentenza

Artikolu 12(2)

Artikolu 14(2), it-tieni sentenza

Artikolu 12(3)

Artikolu 14(2), it-tielet sentenza

Artikolu 15(3)

Artikolu 14(3)

il-punt (36) tal-Artikolu 1

Artikolu 14(4)

Artikolu 13(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(2)

Artikolu 15(2), kliem introduttorju u punt (a)

Artikolu 16(2), 17(2), 18(3)

Artikolu 15(2)(b)

Artikolu 10(4)

Artikolu 15(2)(c)

Artikolu 15(3)

Artikolu 15(5)

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 16(2)

Artikolu 15(2)(b)

Artikolu 16(3) u (4)

Artikolu 16(2) u (3)

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 17(2)

Artikolu 15(2)(b)

Artikolu 17(3)

Artikolu 17(3)

Artikolu 17(4) u (5)

Artikolu 17(4) u (5)

Artikolu 18(1)(a)

Artikolu 18(1)

Artikolu 18(1)(b)

Artikolu 18(1)(c)

Artikolu 18(2)(b)

Artikolu 18(1)(d)

Artikolu 18(2)(a)

Artikolu 18(1)(e)

Artikolu 18(2)(c)

Artikolu 18(2)(a) u (b)

Artikolu 18(3)(a), (b) u (c)

Artikolu 18(2)(c)

Artikolu 18(3)(d)

Artikolu 18(3)(e)

Artikolu 18(4)

Artikolu 18(3)

Artikolu 18(4) u (5)

Artikolu 18(5) u (6)

Artikolu 19

Artikolu 14

Artikolu 20(1)

il-punt (6) tal-Artikolu 9 u l-Artikolu 12(1)(e)

Artikolu 20(2)

Artikolu 19(1)

Artikolu 20(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet sentenza

Artikolu 19(2) u (3) u l-Artikolu 19(4)

Artikolu 20(3), ir-raba’ sentenza

Artikolu 19(5)

Artikolu 20(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 19(2)

Artikolu 20(4), it-tieni sentenza

Artikolu 19(6)

Artikolu 20(4), it-tielet sentenza

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 8

TAQSIMA VI — EMENDI, DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 22

Artikolu 25

Artikolu 23

Artikolu 26

Artikolu 24

Artikolu 27

Artikolu 25


Fuq