EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020D0614

Deċiżjoni (UE) 2020/614 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-30 ta’ April 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25)

ĠU L 141, 5.5.2020, p. 28–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/614/oj

5.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/28


DEĊIŻJONI (UE) 2020/614 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-30 ta’ April 2020

li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/25)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 2.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (Linja Gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali) (BĊE/2014/60) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 1(4) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-Kunsill Governattiv jista’, f’kull ħin, ibiddel l-għodod, l-istrumenti, ir-rekwiżiti, il-kriterji u l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

(2)

Din id-Deċiżjoni pprovdiet għat-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs-III) li għandhom jitwettqu fuq il-perjodu ta’ bejn Settembru 2019 u Marzu 2021.

(3)

Fil-12 ta' Marzu 2020, sabiex jappoġġja s-self bankarju lil dawk l-aktar affettwati mit-tifrix tal-marda tal-coronavirus (COVID-19), b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jbiddel ċerti parametri ewlenin tat-TLTRO-III. Fit-16 ta’ Marzu 2020, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/13) (2) sabiex jimplimenta xi wħud minn dawn it-tibdiliet. Din id-Deċiżjoni hija meħtieġa sabiex jiġu implimentati t-tibdiliet addizzjonali deċiżi mill-Kunsill Governattiv, b’mod partikolari sabiex jiġi pprovdut għal tnaqqis temporanju fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha u sabiex jitnaqqas il-limitu tal-prestazzjoni tas-self taħt ċerti kundizzjonijiet.

(4)

Fir-rigward tad-deċiżjoni biex jitbaxxa l-livell limitu tal-prestazzjoni tas-self, il-Kunsill Governattiv, fit-12 ta’ Marzu 2020, iddeċieda li għandu jitnaqqas għal 0% fir-rigward tal-perjodu bejn l-1 ta’ April 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021. Sabiex jitqies ukoll il-kreditu diġà pprovdut mill-banek mill-bidu tal-kriżi tal-marda tal-coronavajrus (COVID-19) fl-Ewropa, id-data tal-bidu ta’ dak il-perjodu qed titmexxa għall-1 ta’ Marzu 2020, hekk kif ġie deċiż fit-30 ta’ April 2020, filwaqt li d-data tat-tmiem ser tibqa’ l-istess fil-31 ta’ Marzu 2021. Barra minnhekk, biex tkopri t-tnaqqis mistenni fis-self mill-banek mill-1 ta’ Marzu 2020, id-devjazzjoni mill-kriterju ta' referenza ta' ammont pendenti biex jinkiseb l-iskont massimu permezz tal-kriterji tal-prestazzjoni tas-self preċedenti hija mnaqqsa għal 1.15% minn 2.5%.

(5)

Barra minn hekk, nhar it-30 ta’ April 2020, sabiex jingħata aktar appoġġ lill-għoti ta’ kreditu lil unitajiet domestiċi u lil ditti f’dan iż-żmien ta’ tfixkil ekonomiku u inċertezza kbira prevalenti, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jipprovdi tnaqqis temporanju addizzjonali fir-rati tal-imgħax applikati għat-TLTROs-III kollha taħt ċerti kundizzjonijiet.

(6)

Sabiex dawn il-parametri aġġustati jiġu applikati b’effett immedjat, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (UE) Nru 2019/1311 (BĊE/2019/21) tkun emendata kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 (BĊE/2019/21) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej;

(a)

id-definizzjonijiet li ġejjin huma ssostitwiti:

“(1)

‘punt ta’ riferiment ta' tislif nett’ tfisser l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli li parteċipant jeħtieġ li jaqbeż fit-tieni perjodu ta’ referenza u, b’mod fakultattiv, fil-perjodu ta’ referenza speċjali, sabiex jikkwalifika għal rata tal-imgħax fuq is-self tal-parteċipant li tkun aktar baxxa mir-rata inizjali applikata u li hija kkalkolata f’konformità mal-prinċipji u mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 4 u fl-Anness I, rispettivament”;

“(12)

‘aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax’ tfisser it-tnaqqis, jekk ikun hemm, fir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ammonti meħuda b’self taħt it-TLTROs-III, espressa bħala frazzjoni tad-differenza medja bejn ir-rata tal-imgħax massima possibbli rilevanti u r-rata tal-imgħax minima possibbli rilevanti, kif ikkalkulata f’konformità mad-dispożizzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness I”;

(b)

jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“(23)

‘il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva’ tfisser il-perjodu mid-data tal-ħlas tat-TLTRO-III rispettiv sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sad-data ta’ maturità tiegħu jew sad-data tal-ħlas lura bikri, kif ikun applikabbli, sabiex b’hekk jiġi eskluż il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali;

(24)

‘perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali’ tfisser il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021;

(25)

‘perjodu ta’ referenza speċjali’ tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.”

2.

L-Artikolu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Imgħax

1.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħuda b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jkun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment ta' tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej, soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 6(3a):

(a)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi. Ir-rata tal-imgħax riżultanti m’għandhiex tkun, fi kwalunkwe każ, ogħla minn minus 100 punt bażi; u

(b)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta' depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.

2.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom iżda li s-self nett eliġibbli tagħhom matul il-perjodu ta' referenza speċjali jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun l-anqas waħda mir-rati li ġejjin: (i) ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (ii) ir-rata tal-imgħax ikkalkolata skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti, bħal fil-punt (b); u

(b)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun anqas mir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta' rifinanzjament matul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva u tista' tkun baxxa daqs ir-rata medja tal-imgħax fuq il-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, skont id-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti.

3.   Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal ammonti meħudin b'self taħt kull TLTRO-III minn parteċipanti li s-self nett eliġibbli tagħhom, kemm matul il-perjodu ta' referenza speċjali u anki matul it-tieni perjodu ta' referenza, ikun anqas mill-punt ta' riferiment tat-tislif nett tagħhom għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u

(b)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata tal-imgħax għandha tkun ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva.”

4.   Aktar dettalji dwar il-kalkoli tar-rati tal-imgħax huma stabbiliti fl-Anness I. Ir-rata tal-imgħax finali u d-data rilevenati dwar il-kalkolu tagħha, għandhom jiġu kkomunikati lill-parteċipanti f’konformità mal-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE.

5.   L-imgħax għandu jitħallas bl-arretrati mal-maturazzjoni ta' kull TLTRO-III jew mal-ħlas lura bikri kif previst fl-Artikolu 5a, skont kif ikun applikabbli.

6.   Jekk, minħabba l-eżerċitar ta' rimedji disponibbli għal BĊN skont l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji tiegħu, parteċipant ikun meħtieġ li jħallas lura l-ammonti pendenti tat-TLTRO-III qabel ma tiġi kkomunikata d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, lil dak il-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi stabbilita: (a) għall-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, ir-rata medja tal-imgħax fuq l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi; u (b) għall-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament fuq il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva sad-data li fiha kien meħtieġ li jsir il-ħlas lura mill-BĊN. Jekk dak il-ħlas lura jkun meħtieġ wara d-devjazzjoni mill-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti u l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax riżultanti, jekk ikun hemm, ikunu ġew ikkomunikati lill-parteċipant, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt kull TLTRO-III għandha tiġi ffissata f’konformità mal-paragrafi 1 sa 3.”.

3.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej;

(a)

il-paragrafu 1(b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(b)

data relatata ma’ (i) it-tieni perjodu ta’ referenza u, (ii) b’mod fakultattiv, mal-perjodu ta’ referenza speċjali, għall-finijiet li jiġu ddeterminati r-rati tal-imgħax applikabbli (aktar 'il quddiem imsejjaħ it-“tieni rapport”).”;

(b)

jiżdied il-paragrafu 3a:

“3a.   Il-parteċipanti li jkollhom il-ħsieb li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1) għandhom jeżerċitaw din l-għażla billi jipprovdu separatament, fit-tieni rapport, id-data dwar il-perjodu ta’ referenza speċjali, kif ukoll ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur ta’ din id-data skont l-Artikolu 6(6)(b). Jekk dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-ammonti meħuda b’self mill-parteċipanti għandha tiġi kkalkolata skont l-Artikolu 5(2) jew (3). L-ebda sanzjoni għandha tapplika għan-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data dwar il-perjodu ta’ referenza speċjali u/jew ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-awdituri rispettivi tagħha”;

(c)

l-ewwel subparagrafu tal-punt 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“6.   Kull parteċipant għandu jiżgura li l-kwalità tad-data sottomessa skont il-paragrafi 1 sa 3a tiġi vvalutata minn awditur estern f’konformità mar-regoli li ġejjin:”;

(d)

l-ewwel subparagrafu tal-punt (c) tal-paragrafu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(c)

il-valutazzjonijiet tal-awditur għandhom jiffokaw fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3a u 4. B’mod partikolari, l-awditur għandu:”.

4.

Fl-Artikolu 7(1), il-punti (b), (d) u (e) huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur tal-ewwel rapport sal-iskadenza relevanti speċifikata fil-kalendarju indikattiv għat-TLTROs-III ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-BĊE, il-parteċipant għandu jħallas lura l-ammonti kollha pendenti meħuda b'self taħt it-TLTRO-III fid-data ta' saldu tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament li jmiss bir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv sad-data ta’ saldu tal-ħlas lura, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.

(d)

Jekk parteċipant jonqos milli jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-BĊN relevanti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-awditur ta’ data dwar it-tieni perjodu ta’ referenza fit-tieni rapport sal-iskadenza relevanti, ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih r-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.

(e)

Jekk parteċipant jonqos milli b'mod ieħor jikkonforma mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) jew (7), ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament matul il-ħajja ta' kull TLTRO-III rispettiv għandha tapplika għall-ammonti meħuda b'self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III, ħlief matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali, li fih ir-rata medja fuq l-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul tali perjodu nieqes 50 punt bażi għandha tapplika.”

5.

L-Annessi I u II huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-30 ta’ April 2020.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3.

(2)  Deċiżjoni (UE) 2020/407 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1311 dwar it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2020/13) (ĠU L 80, 17.3.2020, p. 23).


ANNESS

L-Annessi I, II u t-tabella B ta' rapportar tat-TLTRO-III huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness I, it-Taqsima 3 hija ssostitwita b’din li ġejja:

“‘3.    Kalkolu tar-rata tal-imgħax

A.

Ħalli

Image 1

tindika l-ammont ta’ tislif nett eliġibbli matul il-perjodu ta’ referenza speċjali mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021.Image 2

B.

Ħalli

Image 3

tindika l-ammont miksub billi jingħaddu flimkien it-tislif nett eliġibbli matul il-perjodu bejn l-1 ta’ April 2019 u l-31 ta’ Marzu 2021 u l-ammont pendenti ta’ tislif eliġibbli sal-31 ta’ Marzu 2019; dan huwa kkalkolat bħala:

Image 4.

Indika issa permezz ta’ Image 5 id-devjazzjoni perċentwali ta’ Image 6 mill-punt ta' riferiment ta' ammont pendenti matul il-perjodu bejn l-1 ta' April 2019 u l-31 ta' Marzu 2021, jiġifieri,

Image 7

EX titqarreb sal-eqreb 15-il pożizzjoni deċimali. Fejn OAB huwa żero, EX jitqies daqs 1.15.

C.

Ħalli

Image 8

tkun il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (MRO) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III

Image 9

u espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli

Image 10

tkun il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu (DF) applikabbli tul il-ħajja tat-TLTRO-III k, fejn ir-rata tal-imgħax applikabbli tirreferi għall-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, u espressa bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:Image 11 Image 12

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 13(għal k=1,…,7) tindika n-numru ta’ jiem tat-TLTRO-III k u fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa Image 14 tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, Image 15 tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 16 tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

D.

Ħalli kspeċjali tfisser li l-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali jkun il-perjodu mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021, u krol tindika ż-żewġ perjodi li jikkostitwixxu l-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III k rispettiva (b’referenza għall-perjodu mid-data ta’ ħlas tat-TLTRO-III rispettiva sat-23 ta’ Ġunju 2020 u l-perjodu mill-24 ta' Ġunju 2021 sal-maturità tat-TLTRO-III rispettiva jew sad-data tal-ħlas lura bikri tagħha, skont kif ikun applikabbli).

Ħalli Image 17 tkun il-medja tar-rata tal-MRO applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta' Ġunju 2020 sat-23 ta' Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k espressa bħala rata perċentwali annwali u ħalli Image 18 tkun il-medja tar-rata DF applikabbli matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali mill-24 ta’ Ġunju 2020 sat-23 ta’ Ġunju 2021 tat-TLTRO-III k u f'kull każ espress bħala rata perċentwali annwali, jiġifieri:

Image 19 Image 20

Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 21 tindika n-numru ta’ jiem tal-perjodu Image 22 tat-TLTRO-III k u, fejn l-MRO ssir taħt reġim ta’ allokazzjoni sħiħa b’rata fissa Image 23 tindika r-rata applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu Image 24 tat-TLTRO-III k, jew, fejn l-MRO ssir taħt proċedura ta’ sejħa għal offerti b’rata varjabbli, Image 25 tindika r-rata minima tal-offerta applikata għall-MRO fil-ġurnata t tal-perjodu Image 26 tat-TLTRO-III k, u f’kull każ tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali. Fl-ekwazzjonijiet ta’ hawn fuq Image 27 tindika r-rata applikata għall-faċilità ta’ depożitu fil-ġurnata t tal-perjodu Image 28 tat-TLTRO-III k, u espressa bħala rata perċentwali annwali.

E.

Ħalli l-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax, fejn applikabbli, imkejjel bħala frazzjoni tal-kuritur medju bejn

Image 29

u

Image 30

, jiġi indikat

Image 31

;

F.

Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għall-ħajja sħiħa tat-TLTRO-III k (rata tal-imgħax finali), espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata

Image 32

Ħalli r-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal perjodu

Image 33

, b’j = speċjali jew rol, ta’ TLTRO-III k, espressa bħala rata perċentwali annwali, tkun indikata

Image 34

.

G.

Ir-rata tal-imgħax

Image 35

hija ddefinita bħala:Image 36

Fl-ekwazzjoni ta’ hawn fuq Image 37 jindika n-numru ta’ ġranet tal-perjodu Image 38 tat-TLTRO-III k.

Ir-rata tal-imgħax applikabbli għal kull TLTRO-III k hija kkalkolata kif ġej:

a)

Jekk parteċipant ikun daqs jew jaqbeż il-punt ta' riferiment tat-tislif nett fil-perijodu ta' referenza speċjali, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu matul dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi, li fi kwalunkwe każ ma tistax taqbeż minus 100 punt bażi, jiġifieri:

jekk Image 39, mela Image 40;

(ii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk Image 41, mela Image 42.

b)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’tal-anqas 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perijodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-anqas mill-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament matul dak il-perijodu nieqes 50 punt bażi u l-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk Image 43uImage 44, mela Image 45uImage 46;

(ii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-faċilità ta’ depożitu tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk Image 47u Image 48, mela Image 49u Image 50

c)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali iżda jaqbeż il-punt ta’ riferiment tal-ammont pendenti ta’ self eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza b’anqas minn 1.15 %, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: l-aktar rata baxxa bejn il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi u r-rata tal-imgħax ikkalkolata skont il-punt (ii) ta’ hawn taħt, jiġifieri:

jekk Image 51 u Image 52, mela Image 53 u Image 54

(ii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: ir-rata tal-imgħax li hija ggradata b’mod lineari skont il-perċentwali li bih il-parteċipant jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti tiegħu, jiġifieri,

jekk Image 55 u Image 56, mela Image 57 andImage 58;

(d)

Jekk parteċipant ma jkunx daqs jew jaqbeż il-punt ta’ riferiment tat-tislif nett fil-perjodu ta’ referenza speċjali u lanqas ma jaqbeż il-punt ta' riferiment tal-ammont pendenti fit-tieni perijodu ta' referenza, ir-rata tal-imgħax li għandha tiġi applikata għal ammonti meħuda b’self minn dak il-parteċipant taħt it-TLTROs-III hija:

(i)

matul il-perjodu tar-rata tal-imgħax speċjali: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta' rifinanzjament fuq dak il-perjodu nieqes 50 punt bażi, jiġifieri:

jekk Image 59 u Image 60, then Image 61;

(ii)

matul il-bqija tal-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva: il-medja tar-rata tal-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament tul il-ħajja tat-TLTRO-III rispettiva, jiġifieri:

jekk Image 62 u Image 63, mela Image 64u Image 65

L-aġġustament tal-inċentiv tar-rata tal-imgħax (Image 66) jiġi espress bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rati tal-imgħax Image 67 u Image 68 jiġu espressi bi tqarrib sa 15-il pożizzjoni deċimali.

Ir-rata tal-imgħax finali Image 69 tiġi espressa bħala rata perċentwali annwali, imqarrba sar-raba' pożizzjoni deċimali.”

2.

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fit-Taqsima 2, is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

“Fil-każ li l-parteċipanti jkollhom l-intenzjoni li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1), it-tieni rapport għandu jkopri wkoll data relatata mal-perjodu ta’ referenza speċjali fuq bażi simili għar-rekwiżiti għat-tieni perjodu ta’ referenza.”;

(b)

fit-Taqsima 2, it-tieni paragrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Fir-rigward tal-użu tal-informazzjoni miġbura, għandha tintuża data dwar l-ammont pendenti ta’ referenza sabiex jiġi ddeterminat il-limitu fuq is-self. Barra minn hekk, id-data dwar it-tislif nett eliġibbli matul l-ewwel perjodu ta' referenza tintuża għall-kalkolu tal-punt ta' riferiment ta' tislif nett u tal-ammont pendenti ta' referenza. Sadanittant, id-data dwar it-tislif nett eliġibbli matul it-tieni perjodu ta’ referenza u, jekk applikabbli, il-perjodu ta’ referenza speċjali, tintuża sabiex jiġu vvalutati l-iżviluppi fit-tislif u, konsegwentement, ir-rati tal-imgħax applikabbli. L-indikaturi l-oħra kollha huma meħtieġa sabiex tiġi vverifikata l-konsistenza interna tal-informazzjoni u l-konsistenza tagħha mad-data statistika miġbura fl-Eurosistema, kif ukoll għal monitoraġġ fil-fond tal-impatt tal-programm tat-TLTRO-III.”;

(c)

fit-Taqsima 3, it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“–

It-tieni rapport jeħtieġ il-mudell tad-data B komplut għat-“tieni perjodu ta’ referenza”, jiġifieri mill-1 ta’ April 2019 sal-31 ta’ Marzu 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-paraguni mal-punti ta’ riferiment li fuqhom huma bbażati r-rati tal-imgħax applikabbli.

Il-parteċipanti li jkollhom l-intenzjoni li jibbenefikaw mir-rati tal-imgħax stabbiliti fl-Artikolu 5(1) jeħtiġilhom jipprovdu, barra minn dan, il-mudell tad-data B komplut għall-“perjodu ta’ referenza speċjali”, jiġifieri mill-1 ta’ Marzu 2020 sal-31 ta’ Marzu 2021, għall-finijiet tal-kalkolu tat-tislif nett eliġibbli u l-paraguni mal-punt ta’ riferiment ta’ tislif nett li fuqu huma bbażati r-rati tal-imgħax aktar baxxi.”;

(d)

fit-Taqsima 3, it-tielet paragrafu tal-punt (a) hwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Fil-Mudell B, l-indikaturi marbutin ma' ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif kienu fi tmiem ix-xahar ta' qabel ma beda l-perijodu tar-rapportar u fi tmiem il-perjodu tar-rapportar; għalhekk, għall-ewwel perjodu ta' referenza ammonti pendenti għandhom jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2018 u fil-31 ta' Marzu 2019; għat-tieni perijodu ta' referenza l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif huma fil-31 ta' Marzu 2019 u l-31 ta' Marzu 2021; għall-perjodu ta’ referenza speċjali l-ammonti pendenti jridu jiġu rrapportati kif ikunu fid-29 ta’ Frar 2020 u fil-31 ta’ Marzu 2021. Min-naħa tagħha, id-data fuq tranżazzjonijiet u aġġustamenti trid tkopri l-effetti relevanti kollha li jseħħu matul il-perjodu tar-rapportar.”

(e)

Il-mudell B tar-rapportar tat-TLTRO-III huwa ssostitwit bil-mudell B li ġej.

“TLTRO-III mudell tar-rapportar B

Image 70


Fuq