EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32020D0506
Decision (EU) 2020/506 of the European Central Bank of 7 April 2020 amending Guideline (EU) 2015/510 on the implementation of the Eurosystem monetary policy framework and Guideline (EU) 2016/65 on the valuation haircuts applied in the implementation of the Eurosystem monetary policy framework (ECB/2020/20)
Deċiżjoni (UE) 2020/506 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-7 ta’ April 2020 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2020/20)
Deċiżjoni (UE) 2020/506 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-7 ta’ April 2020 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2020/20)
ĠU L 109I, 7.4.2020, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
7.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 109/1 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/506 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-7 ta’ April 2020
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema u l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2020/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu jwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1). |
(2) |
Il-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19) ġiet ikkaratterizzata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala pandemija u hija l-kawża ta’ emerġenza kollettiva għas-saħħa pubblika mingħajr preċedent fl-istorja riċenti. Hija pproduċiet xokk ekonomiku estrem li jeħtieġ reazzjoni ambizzjuża, ikkoordinata u urġenti minn kull aspett ta’ politika biex jiġu appoġġjati n-negozji u l-ħaddiema f’riskju. Bħala konsegwenza tal-pandemija, l-attività ekonomika fiż-żona tal-euro qiegħda tonqos u inevitabbilment ser tbati minn reċessjoni konsiderevoli, speċjalment minħabba li aktar pajjiżi qed jiffaċċjaw il-ħtieġa li jintensifikaw il-miżuri ta’ trażżin. Dawn il-miżuri jpoġġu piżijiet kbar fuq il-flussi tal-flus tan-negozji u tal-ħaddiema u jpoġġu s-sopravivenza tan-negozji u tal-impjiegi f’riskju. Huwa ċar ukoll li din is-sitwazzjoni tfixkel it-trażmissjoni tal-impulsi tal-politika monetarja u żżid riskji ta’ tnaqqis qawwi fil-prospetti ta’ inflazzjoni rilevanti. |
(3) |
Fl-7 ta’ April 2020, il-Kunsill Governattiv adotta sett ta’ deċiżjonijiet ulterjuri bħala reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li tista’ tippreġudika l-objettiv ta’ stabbiltà tal-prezzijiet u l-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmu ta’ trasmissjoni għall-politika monetarja. Dawn jinkludu miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral biex jiffaċilitaw lill-kontropartijiet tal-Eurosistema fiż-żamma ta’ kollateral eliġibbli suffiċjenti sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet kollha li jipprovdu likwidità. Dawn il-miżuri huma proporzjonati biex jilqgħu kontra r-riskji serji għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-prospett ekonomiku fiż-żona tal-euro maħluqa mit-tifrix u t-tixrid li qed jiżdied tal-COVID-19. Dawn il-miżuri għandhom japplikaw temporanjament, sakemm il-Kunsill Governattiv iqis li r-riskji msemmija hawn fuq naqsu. |
(4) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(5) |
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid b’mod temporanju r-rieda tiegħu li jieħu riskji biex jappoġġa l-għoti ta’ kreditu permezz tal-operazzjonijiet tiegħu ta’ rifinanzjament. B’mod partikolari, il-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-kollaterali se jitnaqqsu b’fattur fiss. |
(6) |
Għaldaqstant il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(7) |
Sabiex ikun hemm reazzjoni fil-pront għas-sitwazzjoni pandemika attwali, dawn l-emendi għandhom isiru permezz ta’ deċiżjoni li tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi u għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sabiex dawk l-emendi jiġu applikati direttament mill-BĊNi fid-dati speċifikati, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għal Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 93 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 93 Daqs minimu tal-pretensjonijiet ta' kreditu Għall-użu domestiku, il-pretensjonijiet ta' kreditu għandhom, fil-ħin tal-preżentazzjoni tagħhom bħala kollateral mill-kontroparti, jilħqu limitu tad-daqs minimu ta' EUR 0, jew kwalunkwe ammont ogħla li jista' jiġi stabbilit mill-BĊN domestiku. Għal użu transkonfinali, għandu japplika limitu tad-daqs minimu ta’ EUR 500 000.”; |
2. |
fl-Artikolu 141, fil-paragrafu 1, il-valur perċentwali “2,5%” huwa ssostitwit bil-valur perċentwali “10%”. |
Artikolu 2
Emendi għal Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35)
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali applikati għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli Minbarra l-haircuts fil-valutazzjoni stipulati fl-Artikolu 3 ta' din il-Linja Gwida, il-haircuts fil-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta' assi negozjabbli:
|
2. |
fl-Artiklu 5, il-paragrafu 5 huwa mibdul b’li ġej:
|
3. |
fl-Anness, it-Tabelli 2, 2a u 3 huma ssostitwiti b'dan li ġej. “Tabella 2 Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircuts I sa IV
Tabella 2a Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategorija ta' haircut V
Tabella 3 Livelli ta' haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi. Għandha tiġi nnotifikata minnufih wara l-adozzjoni, u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mingħajr dewmien.
2. L-Artikolu 1 għandu japplika mit-8 ta’ April 2020, u l-Artikolu 2 għandu japplika mill-20 ta’ April 2020.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊNi.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ April 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
(2) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).
(*1) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
(*2) jiġifieri [0,1) WAL (weighted average life) ta' inqas minn sena, [1,3) WAL ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.
(*3) jiġifieri [0,1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.