EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32020D0141

Deċiżjoni (UE) 2020/141 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2020/7)

ĠU L 27I, 1.2.2020, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/141/oj

1.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 27/21


DEĊIŻJONI (UE) 2020/141 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-22 ta’ Jannar 2020

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-euro (BĊE/2020/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (ir-“Renju Unit”) issottometta n-notifika tiegħu dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mhux se jibqgħu japplikaw għar-Renju Unit mid-data ta’ wara d-data msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1810 tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ Ottubru 2019 (1). Mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, il-Bank of England (BoE) ma jibqax ikun bank ċentrali nazzjonali ta’ Stat Membru u għalhekk tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali. Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/3) (2) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar ’il quddiem l-“iskema tal-kapital”) skont l-Artikolu 29.3 u l-Artikolu 29.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Frar 2020, ponderazzjonijiet ġodda allokati lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar ’il quddiem il-“ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital”).

(2)

L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (3) jiddefinixxi l-“iskema ta’ distribuzzjoni ta’ karti tal-flus” u jirreferi għall-Anness I għal dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2019. Peress li mill-1 ta’ Frar 2020 se jibdew japplikaw ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema tal-kapital, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 għandha tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema ta’ distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika minn dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

1.   L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija ssostitwita b’dan li ġej:

“L-Anness I għal din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2020.”

2.   L-Anness I għad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa sostitwit mit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-22 ta’ Jannar 2020.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/1810 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tad-29 ta’ Ottubru 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 278 l, 30.10.2019, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni (UE) 2020/137 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2020 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew u li tirrevoka d-Deċiżjoni (UE) 2019/43 (BĊE/2020/3) (ara paġna 4 ta dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tat-13 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


ANNESS

“ANNESS I

SKEMA TA’ DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ FRAR 2020

%

Il-Bank Ċentrali Ewropew

8,0000

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

3,3520

Deutsche Bundesbank

24,2525

Eesti Pank

0,2590

Central Bank of Ireland

1,5580

Bank of Greece

2,2755

Banco de España

10,9705

Banque de France

18,7905

Banca d’Italia

15,6295

Central Bank of Cyprus

0,1980

Latvijas Banka

0,3585

Lietuvos bankas

0,5325

Banque centrale du Lussemburgu

0,3030

Bank Ċentrali ta’ Malta

0,0965

De Nederlandsche Bank

5,3915

Oesterreichische Nationalbank

2,6925

Banco de Portugal

2,1535

Banka Slovenije

0,4430

Národná banka Slovenska

1,0535

Suomen Pankki

1,6900

TOTAL

100,0000


Fuq