EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32019D0040
Decision (EU) 2019/2231 of the European Central Bank of 10 December 2019 on the approval of the volume of coin issuance in 2020 (ECB/2019/40)
Deċiżjoni (UE) 2019/2231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2019 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2020 (BĊE/2019/40)
Deċiżjoni (UE) 2019/2231 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2019 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2020 (BĊE/2019/40)
ĠU L 333, 27.12.2019, p. 149–150
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
27.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 333/149 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/2231 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Diċembru 2019
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2020 (BĊE/2019/40)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn’ il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”). |
(2) |
Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2020, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali rigward il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, fejn tali informazzjoni hija disponibbli u meqjusa importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tissostanzja t-talba ta’ approvazzjoni. |
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43) il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-BĊE. |
(4) |
Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni għall-volum tal-ħruġ ta’ muniti fl-2020 ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“volum ta’ ħruġ ta’ muniti” tfisser volum ta’ ħruġ ta’ muniti kif iddefinit fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43); |
(b) |
“muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni kif iddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 (2); |
(c) |
“muniti għall-kolletturi” tfisser muniti għall-kolletturi kif iddefiniti fil-punt 3 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2020
Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2020 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
Volum ta’ muniti euro approvati għall-ħruġ fl-2020 |
||
Muniti fiċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta’ ħruġ ta’ muniti |
|
(EUR miljun) |
(EUR miljun) |
(EUR miljun) |
|
Il-Belġju |
59,0 |
1,0 |
60,0 |
Il-Ġermanja |
412,0 |
209,0 |
621,0 |
L-Estonja |
10,1 |
0,3 |
10,4 |
L-Irlanda |
10,5 |
0,5 |
11,0 |
Il-Greċja |
119,1 |
0,7 |
119,8 |
Spanja |
357,3 |
30,0 |
387,3 |
Franza |
224,0 |
50,0 |
274,0 |
L-Italja |
174,0 |
2,7 |
176,7 |
Ċipru |
12,0 |
0,1 |
12,1 |
Il-Latvja |
8,3 |
0,2 |
8,5 |
Il-Litwanja |
22,0 |
0,7 |
22,7 |
Il-Lussemburgu |
14,6 |
1,0 |
15,6 |
Malta |
9,4 |
0,2 |
9,6 |
In-Netherlands |
17,0 |
3,0 |
20,0 |
L-Awstrija |
71,5 |
153,5 |
225,0 |
Il-Portugall |
61,1 |
2,1 |
63,2 |
Is-Slovenja |
23,0 |
1,0 |
24,0 |
Is-Slovakkja |
19,0 |
1,2 |
20,2 |
Il-Finlandja |
15,0 |
10,0 |
25,0 |
Artikolu 3
Effettività
Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri taż-żona tal-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2019.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 328, 12,12,2015, p. 123.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 729/2014 tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 194, 2.7.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 651/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħruġ tal-muniti tal-euro (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 135).