EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32018O0004

Linja Gwida (UE) 2018/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Frar 2018 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/4)

ĠU L 95, 13.4.2018, p. 45–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2018/571/oj

13.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 95/45


LINJA GWIDA (UE) 2018/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta' Frar 2018

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2018/4)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal- Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskju, hemm bżonn li jsiru diversi aġġustamenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata.

(2)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata f'dan is-sens

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej,

(a)

Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għal assi negozjabbli allokati għal kategoriji ta' haircut I sa IV, il-haircut fil-valutazzjoni applikabbli għandha tiddependi fuq il-maturità residwa u fuq l-istruttura tal-kupun tal-assi (fissi, żero, varjabbli) kif iddeterminata abbazi ta' Tabella 2 fl-Anness ta' din il-Linja Gwida. Il-maturità rilevanti għad-determinazzjoni tal-haircut fil-valutazzjoni għandha tkun il-maturità residwa tal-assi, irrispettivament mit-tip tal-istruttura tal-kupun.. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw fir-rigward tal-istruttura tal-kupun:

(a)

kupuni varjabbli b'perijodu ta' risettjar itwal minn sena għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;

(b)

kupuni varjabbli li għandhom indiċi ta' inflazzjoni taz-zona euro bħala rata ta' referenza għandhom jitqiesu bħala kupuni b'rata fissa;

(c)

kupuni varjabbli b'minimu li ma huwiex daqs żero u/jew kupuni varjabbli b'limitu massimu għandhom jitqiesu bħala kupuni ta' rata fissa.

(d)

Il-haircut fil-valutazzjoni applikata għal assi li għandhomaktar minn tip wieħed ta' struttura ta' kupun għandhom jiddependu biss fuq l-istruttura tal-kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi u għandha tkun ugwali għall-ogħla haircut applikabbli għal assi negozjabbli bl-istess maturità residwa u l-istess livell ta' kwalità tal-kreditu. Kull tip ta' struttura ta' kupun fis-seħħ matul il-ħajja li jkun fadal tal-assi tista' tiġi kkunsidrata għal dan il-għan.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej::

“2a.   Il-maturità residwa għall bonds koperti għall-uzu proprju għandha tiġi ddefinita bħala l-massimu tal-maturità legali, billi jiġi kkunsidrat kull dritt ta' estensjoni tal-ħlasijiet tal-kapital inkluz fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Għall-finijiet ta dan il-paragrafu, ‘użu proprju’ għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta' bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).”;

2.

fl-Artikolu 4, il-punt (c) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“(c)

għall-finijiet tal-paragrafu (b), ‘uzu proprju’ għandha jkollha l-istess tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(2)(a).”;

3.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Pretensjonijiet ta' kreditu individwali għandhom ikunu suġġetti għal haircuts fil-valutazzjoni speċifiċi ddeterminati skont il-maturità residwa, il-livell tal-kwalità tal-kreditu, l-istruttura tal-kupun u l-metodoloġija tal-valutazzjoni applikata mill-BĊN, kif stabbilit f'Tabella 3 fl-Anness għal din il-Linja Gwida.”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Ħlas ta' imgħax għandu jiġi ttrattat bħala ħlas b'rata varjabbli jekk ikun marbut ma' rata ta' imgħax ta' referenza u l-perijodu ta' risettjar li jikkorrespondi ma' dan il-ħlas ma jkunx ta' aktar minn sena. Ħlasijiet ta' imgħax li għalihom il-perijodu ta' risettjar ikun itwal minn sena għandhom jiġu ttrattati bħala ħlasijiet b'rata fissa, bil-maturità rilevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-pretensjoni ta' kreditu.”;

(c)

is-subparagrafu li ġej huwa miżjud mal-paragrafu 2:

“Pretensjoni ta' kreditu għandha tiġi ttrattat bħala pretensjoni ta' kreditu b'rata fissa, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-haircuts fil-valutazzjoni, kull meta hemm il-possibilità li l-pretensjoni ta' kreditu ser tħallas rata ta' imgħax fissa, kontinġenti fuq il-valur ta' rata ta' imgħax ta' referenza eliġibbli elenkata fl-Artikolu 90(b)(iii) ta' Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), b'mod partikolari fejn il-kupun għandu espressament limitu massimu jew limitu minimu li mhuwiex żero.”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Strumenti ta' dejn iggarantiti b'ipoteki għall-konsumatur mhux negozjabbli għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni ta' 31,5 %.”;

4.

l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mis-16 ta' April 2018 ħlief għal punt 3(c) tal-Artikolu 1 li fir-rigward tiegħu huma għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji u japplikawhom mill-1 ta' Ottubru 2018. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sas-16 ta' Marzu 2018, ħlief għat-testi u l-mezzi relatati mal-miżuri fir-rigward tal-punt 3(c) tal-Artikolu 1 li fir-rigward tiegħu huma għandhom jinnotifikaw sat-3 ta' Settembru 2018.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja ta' Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Frar 2018.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).


ANNESS

L-Anness tal-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) huwa emendat b'dan li ġej:

1.

It-Tabella 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 2

Livelli ta' haircuts fil-valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli fil-kategoriji ta' haircut I sa IV

 

Kategoriji ta' haircut

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

Livelli 1 u 2

0-1

0,5

0,5

0,5

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

1,0

7,5

7,5

7,5

1-3

1,0

2,0

0,5

1,5

2,5

1,0

2,0

3,0

1,0

10,0

10,5

7,5

3-5

1,5

2,5

0,5

2,5

3,5

1,0

3,0

4,5

1,0

13,0

13,5

7,5

5-7

2,0

3,0

1,0

3,5

4,5

1,5

4,5

6,0

2,0

14,5

15,5

10,0

7-10

3,0

4,0

1,5

4,5

6,5

2,5

6,0

8,0

3,0

16,5

18,0

13,0

> 10

5,0

7,0

2,0

8,0

10,5

3,5

9,0

13,0

4,5

20,0

25,5

14,5

 

Kategoriji ta' haircut

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*1)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

kupun fiss

kupun żero

kupun varjabbli

Livell 3

0-1

6,0

6,0

6,0

7,0

7,0

7,0

8,0

8,0

8,0

13,0

13,0

13,0

1-3

7,0

8,0

6,0

9,5

13,5

7,0

12,0

15,0

8,0

22,5

25,0

13,0

3-5

9,0

10,0

6,0

13,5

18,5

7,0

16,5

22,0

8,0

28,0

32,5

13,0

5-7

10,0

11,5

7,0

14,0

20,0

9,5

18,5

26,0

12,0

30,5

35,0

22,5

7-10

11,5

13,0

9,0

16,0

24,5

13,5

19,0

28,0

16,5

31,0

37,0

28,0

> 10

13,0

16,0

10,0

19,0

29,5

14,0

19,5

30,0

18,5

31,5

38,0

30,5

2.

It-Tabella 3 hija ssostitwita b'dan li ġej:

Tabella 3

Livelli tal-haircuts fil-valutazzjoni applikati għall-pretensjonijiet ta' kreditu eliġibbli b'pagamenti ta' imgħax fiss jew varjabbli

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*2)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Passi 1 u 2 (AAA sa A-)

0-1

10,0

10,0

12,0

12,0

1-3

12,0

10,0

16,0

12,0

3-5

14,0

10,0

21,0

12,0

5-7

17,0

12,0

27,0

16,0

7-10

22,0

14,0

35,0

21,0

> 10

30,0

17,0

45,0

27,0

 

Metodoloġija ta' valutazzjoni

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin) (*2)

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni bbażata fuq prezz teoretiku assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax fiss u valutazzjoni skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Pagament ta' imgħax varjabbli u valutazzjoni skont l-ammont pendenti assenjat mill-BĊN

Livell 3 (BBB+ sa BBB-)

0-1

17,0

17,0

19,0

19,0

1-3

28,5

17,0

33,5

19,0

3-5

36,0

17,0

45,0

19,0

5-7

37,5

28,5

50,5

33,5

7-10

38,5

36,0

56,5

45,0

> 10

40,0

37,5

63,0

50,5


(*1)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.

(*2)  i.e. [0-1) maturità residwa ta' inqas minn sena, [1-3) maturità residwa ta' sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.”.


Fuq