Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32016D0030
Decision (EU) 2016/1974 of the European Central Bank of 31 October 2016 amending Decision (EU) 2016/810 (ECB/2016/10) on a second series of targeted longer-term refinancing operations (ECB/2016/30)
Deċiżjoni (UE) 2016/1974 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/30)
Deċiżjoni (UE) 2016/1974 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/30)
ĠU L 304, 11.11.2016, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
11.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/7 |
DEĊIŻJONI (UE) 2016/1974 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta' Ottubru 2016
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/30)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 12.1, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta' April 2016, fit-twettiq tal-mandat tiegħu għall-istabbiltà tal-prezzijiet u sabiex jittaffew iktar l-kundizzjonijiet ta' kreditu tas-settur privat u jiġi stimulat il-ħolqien ta' kreditu, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/10) (1). Din id-Deċizjoni tistabbilixxi d-dettalji għal serje ta' erba' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament fuq żmien itwal (TLTROs-II) li għandhom isiru minn Ġunju 2016 sa Marzu 2017 fuq bażi trimestrali. |
(2) |
Sabiex tiġi indirizzata l-inkonsistenza bejn l-iskadenza għall-istituzzjonijiet prinċipali biex japplikaw għal tibdil fil-kompożizzjoni tal-grupp TLTRO-II kif indikat fil-kalendarju indikattiv għat-TLTRO-II ippubblikat fil-websajt tal-BĊE u l-perijodu msemmi fl-Artikolu 3(7)(a) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10), il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jekk tibdil għall-kompożizzjoni ta' grupp TLTRO-II jiġi aċċettat skont l-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) jew iseħħ skont l-Artikolu 3(6)(b) jew (c) ta' dik id-Deċiżjoni, l-istituzzjoni prinċipali tista' tipparteċipa fit-TLTRO-II fuq il-bażi tal-kompożizzjoni ġdida tal-grupp TLTRO-II tagħha wara li tkun kisbet konferma mill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tagħha li l-kompożizzjoni l-ġdida tal-grupp TLTRO-II ġiet irrikonoxxuta. |
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 (BĊE/2016/10) hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 3(6)(b), il-punt (i) huwa mindul b'li ġej:
|
2. |
Fl-Artikolu 3(7), il-punt (a) huwa mibdul b'dan li gej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Ottubru 2016.
Magħmula fi Frankfurt am Main, il-31 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/810 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' April 2016 dwar it-tieni serje ta' operazzjonijiet speċifiċi ta' rifinanzjament għal żmien itwal (BĊE/2016/10) (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 107)