EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 32014D0003(01)
2014/123/EU: Decision of the European Central Bank of 4 February 2014 identifying the credit institutions that are subject to the comprehensive assessment (ECB/2014/3)
2014/123/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma suġġetti għal evalwazzjoni komprensiva (BĊE/2014/3)
2014/123/UE: Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 4 ta’ Frar 2014 li tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma suġġetti għal evalwazzjoni komprensiva (BĊE/2014/3)
ĠU L 69, 8.3.2014, p. 107–111
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Fis-seħħ
8.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/107 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-4 ta’ Frar 2014
li tidentifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma suġġetti għal evalwazzjoni komprensiva
(BĊE/2014/3)
(2014/123/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal- 15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 33(3) u (4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Bord Superviżorju,
Billi:
(1) |
Mit-3 ta’ Novembru 2013, bil-ħsieb li jassumi l-kompiti superviżorji tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 biex jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti sabiex il-BĊE iwettaq evalwazzjoni komprensiva, inkluż evalwazzjoni tal-karta tal-bilanċ, tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu tal-Istati Membri parteċipanti. Il-BĊE huwa mitlub li jwettaq din il-evalwazzjoni mill-inqas fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex koperti mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(2) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2013, il-BĊE ippubblika l-ismijiet tal-istituzzjonijiet inklużi fil-evalwazzjoni komprensiva kif ukoll ħarsa ġenerali inizjali lejn l-elementi ewlenin tal-evalwazzjoni komprensiva. |
(3) |
Abbażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE identifika l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li fir-rigward tagħhom għandu l-intenzjoni li jwettaq evalwazzjoni komprensiva, inkluż evalwazzjoni tal-karta tal-bilanċ, b’konformità mal-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija aktar ‘il fuq, il-BĊE ikkunsidra l-bidliet possibbli li jistgħu iseħħu f’kull ħin minħabba d-dinamika tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-valur totali tal-assi tagħhom. Bħala riżultat ta’ dan, huwa inkluda l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li preżentament ma jissodisfawx il-kriterji dwar l-importanza iżda li jistgħu jagħmlu dan fil-futur qarib u għalhekk għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni komprensiva. Għalhekk il-BĊE għandu jwettaq evalwazzjoni komprensiva fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji finanzjarji b’parteċipazzjoni mħallta li l-valur totali tal-assi tagħhom ma jaqbiżx EUR 27 biljun. Minkejja l-kriterji hawn fuq imsemmija, il-BĊE għandu jwettaq ukoll evalwazzjoni komprensiva fir-rigward tat-tliet istituzzjonijiet l-iktar importanti f’kull Stat Membru taż-żona tal-euro. L-identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li fuqhom il-BĊE għandha l-intenzjoni li twettaq evalwazzjonijiet komprensivi hi mingħajr preġudizzju għall-evalwazzjoni finali tal-kriterji li huma bbażati fuq il-metodoloġija speċifika inkluża fil-qafas imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(4) |
L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma meħtieġa li jipprovdu l-informazzjoni relevanti kollha għall-BĊE sabiex iwettqu l-evalwazzjoni komprensiva skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. |
(5) |
Il-BĊE jista’ jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-persuni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 sabiex jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti biex il-BĊE jwettaq din l-evalwazzjoni komprensiva. |
(6) |
Membri tal-Bord Superviżorju, il-persunal tal-BĊE u l-persunal issekondat mill-Istati Membri parteċipanti huma suġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-liġi relevanti tal-Unjoni. B’mod partikolari, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet rigward l-iskambju tal-informazzjoni u s-segretezza professjonali stipulati fid-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
AdoTtA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Entitajiet suġġetti għall-evalwazzjoni komprensiva
1. L-entitajiet elenkati fl-Anness huma suġġetti għal evalwazzjoni komprensiva li ser issir mill-BĊE sat-3 ta’ Novembru 2014.
2. B’konformità mal-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu elenkata fl-Anness għandha tissottometti l-informazzjoni kollha ta’ relevanza għall-evalwazzjoni komprensiva li l-BĊE jitlob fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu. L-awtorità nazzjonali kompetenti tivverifika l-informazzjoni kif tqis xieraq għall-eżerċizzju, inkluż, meta meħtieġ, permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post u, jekk xieraq, bl-involviment ta’ partijiet terzi.
3. L-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tas-sussidjarji fi grupp li hu suġġett għas-superviżjoni kkonsolidata fi ħdan l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għandha tkun inkarigata minn din il-verifika għas-sussidjarji awtorizzati fl-Istati Membri tagħha.
Artikolu 2
Setgħat investigatorji
B’konformità mal-Artikolu 33(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE jista’ jeżerċita s-setgħat investigatorji tiegħu fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu identifikati fl-Anness.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Frar 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Frar 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
ANNESS
ISTITUZZJONIJIET INKLUŻI FL-EVALWAZZJONI KOMPRENSIVA
Il-Belġju
AXA Bank Europe SA
Belfius Banque SA
Dexia NV (1)
Investar (Holding ta’ Argenta Bank- en Verzekeringsgroep)
KBC Group NV
The Bank of New York Mellon SA
Il-Ġermanja
Aareal Bank AG
Bayerische Landesbank
Commerzbank AG
DekaBank Deutsche Girozentrale
Deutsche Apotheker- und Ärztebank eG
Deutsche Bank AG
DZ Bank AG Deutsche Zentral-Genossenschaftsbank
HASPA Finanzholding
HSH Nordbank AG
Hypo Real Estate Holding AG
IKB Deutsche Industriebank AG
KfW IPEX-Bank GmbH
Landesbank Baden-Württemberg
Landesbank Berlin Holding AG
Landesbank Hessen-Thüringen Girozentrale
Landeskreditbank Baden-Württemberg-Förderbank
Landwirtschaftliche Rentenbank
Münchener Hypothekenbank eG
Norddeutsche Landesbank-Girozentrale
NRW.Bank
SEB AG
Volkswagen Financial Services AG
WGZ Bank AG Westdeutsche Genossenschafts-Zentralbank
Wüstenrot & Württembergische AG fir-rigward ta’ Wüstenrot Bank AG Pfandbriefbank u Wüstenrot Bausparkasse AG
L-Estonja
AS DNB Bank
AS SEB Pank
Swedbank AS
L-Irlanda
Allied Irish Banks plc
Merrill Lynch International Bank Limited
Permanent tsb plc.
The Governor and Company of the Bank of Ireland
Ulster Bank Ireland Limited
Il-Greċja
Alpha Bank, S.A.
Eurobank Ergasias, S.A.
National Bank of Greece, S.A.
Piraeus Bank, S.A.
Spanja
Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.
Banco de Sabadell, S.A.
Banco Financiero y de Ahorros, S.A.
Banco Mare Nostrum, S.A.
Banco Popular Español, S.A.
Banco Santander, S.A.
Bankinter, S.A.
Caja de Ahorros y M.P. de Zaragoza, Aragón y Rioja
Caja de Ahorros y Pensiones de Barcelona
Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, CAMP
Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito
Catalunya Banc, S.A.
Kutxabank, S.A.
Liberbank, S.A.
MPCA Ronda, Cádiz, Almería, Málaga, Antequera y Jaén
NCG Banco, S.A.
Franza
Banque centrale de compensation (LCH Clearnet)
Banque PSA Finance
BNP Paribas
C.R.H. - Caisse de cefinancement de l’habitat
Groupe BPCE
Groupe Crédit agricole
Groupe Crédit mutuel
HSBC France
La Banque postale
BPI France (Banque publique d’investissement)
RCI Banque
Société de financement local
Société générale
L-Italja
Banca Carige S.P.A. - Cassa di Risparmio di Genova e Imperia
Banca Monte dei Paschi di Siena S.p.A.
Banca Piccolo Credito Valtellinese, Società Cooperativa
Banca Popolare Dell’Emilia Romagna - Società Cooperativa
Banca Popolare Di Milano - Società Cooperativa A Responsabilità Limitata
Banca Popolare di Sondrio, Società Cooperativa per Azioni
Banca Popolare di Vicenza - Società Cooperativa per Azioni
Banco Popolare - Società Cooperativa
Credito Emiliano S.p.A.
Iccrea Holding S.p.A
Intesa Sanpaolo S.p.A.
Mediobanca - Banca di Credito Finanziario S.p.A.
UniCredit S.p.A.
Unione Di Banche Italiane Società Cooperativa Per Azioni
Veneto Banca S.C.P.A.
Ċipru
Bank of Cyprus Public Company Ltd
Co-operative Central Bank Ltd
Hellenic Bank Public Company Ltd
Russian Commercial Bank (Cyprus) Ltd
Il-Latvja
ABLV Bank, AS
AS SEB banka
Swedbank
Il-Lussemburgu
Banque et Caisse d’epargne de l’Etat, Luxembourg
Clearstream Banking SA
Precision Capital SA (Holding ta’ Banque Internationale à Luxembourg u KBL European Private Bankers SA)
RBC Investor Services Bank SA
State Street Bank Luxembourg SA
UBS (Luxembourg) SA
Malta
Bank of Valletta plc
HSBC Bank Malta plc
Il-Pajjiżi l-Baxxi
ABN AMRO Bank N.V.
Bank Nederlandse Gemeenten N.V.
Coöperatieve Centrale Raiffeisen-Boerenleenbank B.A.
ING Bank N.V.
Nederlandse Waterschapsbank N.V.
The Royal Bank of Scotland N.V.
SNS Bank N.V.
L-Awstrija
BAWAG P.S.K. Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG
Erste Group Bank AG
Raiffeisenlandesbank Oberösterreich AG
Raiffeisenlandesbank Niederösterreich-Wien AG
Raiffeisen Zentralbank Österreich AG
Österreichische Volksbanken-AG flimkien mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu affiljati skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)
Il-Portugall
Banco BPI, SA
Banco Comercial Português, SA
Caixa Geral de Depósitos, SA
Espírito Santo Financial Group, SA
Is-Slovenja
Nova Kreditna Banka Maribor d.d.
Nova Ljubljanska banka d. d., Ljubljana
SID - Slovenska izvozna in razvojna banka, d.d., Ljubljana
Il-Finlandja
Danske Bank Oyj
Nordea Bank Finland Abp
OP-Pohjola Group
Każijiet fejn waħda jew iktar mit-tliet istituzzjonijiet ta’ kreditu l-iktar importanti fi Stat Membru parteċipanti huma sussidjarji ta’ gruppi bankarji diġà nklużi fil-lista aktar ’il fuq:
Malta
Deutsche Bank (Malta) Ltd
Is-Slovakkja
Slovenská sporiteľňa, a.s.
Všeobecná úverová banka, a.s.
Tatra banka, a.s.
(1) Il-metodoloġija tal-evalwazzjoni għal dan il-grupp għandha tikkunsidra b’mod xieraq is-sitwazzjoni speċifika tiegħu u b’mod partikolari l-fatt li evalwazzjoni estensiva tal-pożizzjoni finanzjarja u l-profil tar-riskju tiegħu kienet diġa’ twettqet fil-qafas tal-pjan mibdi f’Ottubru 2011 u approvat mill-Kummissjoni Ewropea fit-28 ta’ Diċembru 2012.
(2) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).