EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 02012O0027-20191117

Test konsolidat: Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (riformulazzjoni) (BĊE/2012/27) (2013/47/UE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2013/47/2019-11-17

02012O0027 — MT — 17.11.2019 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2012

dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)

(riformulazzjoni)

(BĊE/2012/27)

(2013/47/UE)

(ĠU L 030 30.1.2013, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-26 ta’ Settembru 2013

  L 333

82

12.12.2013

►M2

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-5 ta' Ġunju 2014

  L 168

120

7.6.2014

►M3

LINJA GWIDA (UE) 2015/930 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-2 ta' April 2015

  L 155

38

19.6.2015

►M4

LINJA GWIDA (UE) 2016/579 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta' Marzu 2016

  L 99

21

15.4.2016

►M5

LINJA GWIDA (UE) 2017/2082 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-22 ta' Settembru 2017

  L 295

97

14.11.2017

►M6

LINJA GWIDA (UE) 2018/1626 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Awwissu 2018

  L 280

40

9.11.2018

►M7

LINJA GWIDA (UE) 2019/1849 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tal-4 ta’ Ottubru 2019

  L 283

64

5.11.2019




▼B

LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2012

dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2)

(riformulazzjoni)

(BĊE/2012/27)

(2013/47/UE)



TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

▼M6

1.  TARGET2 jipprovdi RTGS għal pagamenti f'euro, bs-saldu ta' flus tal-bank ċentrali f'modulu ta' ħlas (PM), Kontijiet ta' Flus Dedikati T2S (T2S DCAs) għall-iskop ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u Kontijiet ta' Flus Dedikati TIPS (TIPS DCAs) għall-iskop ta' pagamenti. TARGET2 Hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar riċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjoni teknika tad-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operazzjoni teknika tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S.

▼B

2.  TARGET2 hija strutturata legalment bħala moltepliċità ta’ sistemi RTGS.

▼M4

Artikolu 1a

Tranżazzjonijiet ta' TARGET2

Il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandhom dejjem jużaw kontijiet ta' TARGET2 għat-tranżazzjonijiet li ġejjin:

(a) operazzjonijiet tal-politika monetarja ta' suq miftuħ fit-tifsira tal-Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) ( 1 ),

(b) saldu ta' tranżazzjonijiet b'sistemi anċillari;

(c) ħlasijiet bejn istituzzjonijiet ta' kreditu;

▼B

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida:

(1) “Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika unika pprovduta mil-BĊNi li jipprovdu l-SSP;

(2) “sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalunkwe mis-sistemi RTGS tal-BĊi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2;

(3) “bank ċentrali (BĊ)” tfisser BĊ tal-Eurosistema u/jew BĊN konness;

(4) “BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d’Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

▼M1

(5)  ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ ” tfisser il-fornitur ta’ konnessjonijiet kompjuterizzati man-netwerk għall-finijiet ta’ preżentazzjoni tal-messaġġi ta’ ħlas fit-TARGET2. Konnessjonijiet kompjuterizzati man-netwerk jiġu forniti permezz tas-SWIFT, u barra minn hekk għall-komunikazzjoni interna tal-Eurosistema, permezz ta’ CoreNet,

▼M6

(6) “parteċipant” [jew “parteċipant dirett”] tfisser entità li jkollha mill-inqas kont PM wieħed (detentur ta' kont PM) u/jew Kont ta' Flus Dedikat T2S wieħed (detentur T2S DCA) u/jew TIPS DCA (detentur TIPS DCA) b'BĊ tal-Eurosistema,

▼B

(7) “BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro,

(8) “Modulu tal-ħlasijiet (PM – Payments Module)” tfisser modulu ta’ SSP li fih isir saldu ta’ ħlasijiet ►M3  ta' detenturi ta' kont PM ◄ fit-TARGET2 fuq kontijiet PM,

(9) “kont PM” tfisser kont miżmum minn ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ fit-TARGET2 fil-PM ma’ BĊ tal-Eurosistema li huwa neċessarju sabiex dan il- ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ fit-TARGET2:

(a) jissottometti ordnijiet ta’ ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u

(b) jagħmel saldu ta’ dawn il-ħlasijiet lil dan il-BĊ tal-Eurosistema

(10) “BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

(11) “Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362;

(12) “detentur ta' BIC indirizzabbli” tfisser entità illi:

(a) għandha BIC;

(b) mhijiex rikonoxxuta bħala parteċipant indirett;

(c) hija korrispondent jew klijent ta' detentur ta' kont PM jew ta' fergħa ta' detentur ta' kont PM jew parteċipant indirett, u tista' tissottometti ordnijiet ta' ħlas lil u tirċievi ħlasijiet mingħand sistema komponenti ta' TARGET2 permezz tad-detentur tal-kont PM;

▼M6

(13) “parteċipant indirett” tfisser istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li daħlet fi ftehim ma' detentur ta' kont PM biex tissottometti ordnijiet ta' ħlas u tirċievi pagamenti permezz ta' tali detentur ta' kont PM, u li ġiet rikonoxxuta minn sistema ta' komponent tat-TARGET2 bħala parteċipant indirett,

▼B

(14) “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

▼M6

(15) “Jum ta' negozju” jew “jum tan-negozju TARGET2” tfisser kwalunkwe ġurnata li fiha t-TARGET2 hija miftuħa għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas, kif stabbilit fl-Appendiċi V sal-Anness II, l-Appendiċi V sal-Anness IIa u Appendiċi III sal-Anness IIb,

▼B

(16) “awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊN wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f’isem l-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta’ ċertifikati elettroniċi,

(17) “ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” tfisser fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot public key b’identità u li jintuża għal li ġej: biex jivverifika li public key tappartjeni lil individwu; biex jiġi awtentikat id-detentur; biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu; jew biex jaqleb f’kowd messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal kard biċ-ċipp fiha jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta’ awtentikazzjoni ►M3  tad-detenturi ta' kont PM ◄ li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ kontroll,

(18) “detentur ta’ ċertifikat” tfisser persuna individwali, imsemmija, identifikata u indikata minn ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ . L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ u trażmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkonsenjaw ċertifikati li jorbtu l-public key mal-kredenzjali li jidentifikaw ►M3  lid-detentur ta' kont PM ◄ ,

(19) “BĊN konness” tfisser BĊN, li mhuwiex BĊN taż-żona tal-euro, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim speċifiku,

(20) “Grupp AL” tfisser grupp kompost minn membri tal-grupp tal-likwidità aggregata (AL) li jużaw il-metodu AL,

(21) “membru tal-grupp AL” tfisser ►M3  detentur ta' kont PM ◄ li jissodisfa l-kriterji biex jintuża l-metodu AL u li jkun daħal fi ftehim AL,

(22) “Ftehim AL” tfisser il-ftehim dwar il-likwidità aggregata multilaterali li jkunu sar bejn il-membri tal-grupp AL u l-BCNi tal-AL rispettivi taghhom, ghall-finijiet tal-metodu AL,

(23) “BCN AL” tfisser BCN taż-żona tal-euro li huwa parti fi ftehim AL u jaġixxi bhala l-kontroparti ghall-membri tal-grupp AL li jippartecipaw fis-sistema komponenti tieghu tat-TARGET2,

(24) “Metodu AL” tfisser l-agregazzjoni ta’ likwidità disponibbli fuq kontijiet PM,

▼M6

(25) “likwidità disponibli” tfisser bilanċ ta' kreditu f'kont ta' partiċipant u, jekk ikun japplika, kull linja ta' kreditu intraday mogħtija fuq il-kont PM mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti fir-rigward ta' tali kont iżda li ma jkunx għadu sar ġbid minnu, jew jekk japplika, imnaqqas bl-ammont ta' kull riżerva pproċessata ta' likwidità fuq kont PM jew l-ibblokkar ta' fondi fuq id-DCA,

▼B

(26) “kreditu intraday” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ anqas minn jum ta’ negozju,

(27) “Maniġer tal-grupp AL” tfisser membru tal-grupp AL mahtur mill-membri l-ohrajn tal-grupp AL biex jiggestixxi l-likwidità disponibbli fi hdan il-grupp AL matul il-jum ta’ negozju,

(28) “rata ta’ self marġinali” tfisser ir-rata ta’ imghax applikabbli ghall-facilità ta’ self marginali,

(29) “faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊN bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel,

(30) “bank tas-saldu” tfisser ►M3  detentur ta' kont PM ◄ li l-kont PM jew sub-kont tiegħu jintuża għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas ippreżentati minn sistema anċillari permezz tal-ASI,

▼M6

(31) “sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li hija suġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE ( 2 ), li fiha jiġu skambjati u/jew ikklerjati ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jew irrekordjati b'(a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2 b'konformità ma' din il-Linja Gwida u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema,

▼B

(32) “Interfaċċa tas-Sistema Anċillari (ASI – Ancillary System Interface)” tfisser l-istrument tekniku li jħalli lil sistema anċillari tuża firxa ta’ servizzi speċjali, predefiniti għas-sottomissjoni u saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas ta’ sistema anċillari; hija tista’ tintuża wkoll minn BĊN taż-żona tal-euro għas-saldu ta’ operażżjonijiet fi flus kontanti li jirriżultaw minn depożiti u ġbid ta’ flus kontanti,

▼M6

(33) “min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 23 ta' dan l-Anness, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-salduta' ordni ta' ħlas,

(34) “min jitħallas” ħlief fejn użat fl-Artikolu 23, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-saldu ta' ordni ta' ħlas,

(35) “Kundizzjonijiet Armonizzati” tfisser il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi II, IIa, IIb jew V,

▼B

(36) “servizzi ewlenin tat-TARGET2” tfisser l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas fis-sistemi komponenti tat-TARGET2, is-saldu ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ sistema anċillari, u karatteristiċi għall-ippuljar tal-likwidità;

▼M6

(37) “Kont Domestiku” ifisser kont miftuħ barra l-PM minn BĊN taż-żona tal-euro ghal entità li hija eligibbli biex issir partecipant,

▼M3 —————

▼B

(39) “BCN li qed jimmaniġġja” tfisser il-BCN AL tas-sistema komponenti tat-TARGET2 li fiha jippartecipa l-maniġer tal-grupp AL,

(40) “każ ta’ infurzar” tfisser, fir-rigward ta’ membru tal-grupp AL, kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a) kwalunkwe każ ta’ inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 34(1) tal-Anness II,

(b) kwalunkwe każ ieħor ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 34(2) ta’ Anness II li fir-rigward tiegħu l-BĊ iddeċieda, wara li qies is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew avveniment, illi rahan għandu jkun infurzat skont l-Artikolu 25b, il-kollateral għandu jkun infurzat skont l-Artikolu 25ċ ta’ dak l-Anness jew tpaċija ta’ talbiet għandha tiskatta skont l-Artikolu 26 ta’ dak l-Anness,

(c) kwalunkwe deċiżjoni li tissospendi jew ittemm l-aċċess għall-kreditu intraday,

(41) “Interfaċċa tal-Parteċipant” (PI – Participant Interface) tfisser l-istrument tekniku li tħalli lil parteċipanti diretti jissottomettu u jagħmlu saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas permezz tas-servizzi offruti fil-PM,

(42) “aċċess ibbażat fuq l-internet” tfisser li ►M3  d-detentur ta' kont PM ◄ għażel kont PM li jista’ jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u ►M3  d-detentur ta' kont PM ◄ jissottometti messaġġi ta’ ħlas jew messaġġi ta’ verifika lil TARGET2 peremzz tal-Internet,

(43) “proċeduri ta’ insolvenza” tfisser proċeduri ta’ insolvenza skont it-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli ( 3 ),

▼M7

(44) “Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)” fisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza,

▼M6

(45) “koordinatur tat-TARGET2” tfisser persuna maħtura mill-BĊE biex tiżgura l-ġestjoni ta' kuljum tal-operat tat-TARGET2, biex tiġġestixxi u tikkoordina l-attività f'każ li sseħħ sitwazzjoni anormali u biex tikkoordina d-disseminazzjoni ta' informazzjoni lil detenturi ta' kont PM u detenturi ta' TIPS DCA,

▼B

(46) “Maniġer tas-saldu tat-TARGET2” tfisser persuna maħtura minn BC tal-Eurosistema biex timmonitorja l-operat tas-sistema komponenti tagħha tat-TARGET2,

▼M6

(47) “Maniġer tal-kriżi għat-TARGET2” tfisser persuna maħtura minn BĊ tal-Eurosistema biex tiġġestixxi, f'isem dak il-BĊ tal-Eurosistema, nuqqasijiet tal-SSP u/jew avvenimenti esterni anormali,

(48) ‘tfisser kwalunkwe diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter tal-SSP jew tal-konnessjonijiet man-netwerk fir-rigward tal-SPP, jew kull avveniment ieħor li jagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l-ipproċessar tal-ħlasijiet fl-istess jum fis-sistema komponenti relevanti tat-TARGET2,

(49) “ordni ta' ħlas mhux imħallas” tfisser ordni ta' ħlas, bl-eċċezzjoni ta' ordni ta' ħlas istantanju, tweġiba għall-irtirar pożittiv u ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA sa PM, li ma tiġix solvuta fl-istess ġurnata ta' negozju bħal dik li fuqha hija aċċettata,

▼B

(50) “saldu kross-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta’ struzzjonijiet ta’ debitu li taħthom jiġu eżegwiti ħlasijiet minn bank tas-saldu ta’ sistema anċillari waħda li juża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta’ sistema anċillari oħra li juża l-proċedura tas-saldu 6 kif stipulat f’Anness IV,

(51) “saldu ta’ flus kontanti” tfisser saldu ta’ karti tal-flus u muniti,

▼M1

(52) “CoreNet” tfisser is-servizz ta’ netwerk intern tal-Eurosistema fornit mill-BĊE u użat mill-BĊ tal-Eurosistema bħala netwerk ta’ kontinġenza għall-aċċess għall-SSP f’każ li s-SWIFT ma jkunx disponibbli u bħala netwerk alternattiv għas-SWIFT għall-aċċess għas-CRSS,

(53) “Sistema ta’ servizzi marbutin mal-konsumatur (CRSS)” tipprovdi servizzi ewlenin u fakultattivi lil BĊ tal-Eurosistema, jiġifieri l-arkivjar, il-ħruġ ta’ fatturi għal servizzi fakultattivi, mistoqsijiet dwar u rapportar ta’ servizzi fakultattivi u servizzi fakultattivi relatati mar-relazzjoni mal-konsumatur,

▼M2

(54) “faċilità ta' depożitu” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jagħmlu depożiti matul il-lejl ma' BĊN bir-rata ta' depożitu speċifikata minn qabel,

(55) “rata tal-faċilità ta' depożitu” tfisser ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-faċilità ta' depożitu,

▼M3

(56) “Operazzjonijiet T2S” tfisser servizzi ta' ħlas abbażi ta' konsenja mal-ħlas li huma armonizzati u ttrasformati f'komoditajiet ipprovduti f'ambjent tekniku integrat b'kapaċitajiet transkonfinali permezz tal-Pjattaforma T2S,

(57) “TARGET2-Securities (T2S)” jew “Pjattaforma T2S” ifissru s-sett ta' ħardwer, softwer u komponenti ta' infrastruttura teknika li permezz tagħhom l-Eurosistema tipprovdi s-servizzi lil CSDs u banek ċentrali tal-Eurosistema li jippermettu l-ħlas ewlieni, newtrali u mingħajr konfini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli fuq bażi ta' konsenja mal-ħlas fi flus tal-bank ċentrali,

(58) “fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S” tfisser impriża li kkonkludiet ftehim ta' liċenzja mal-Eurosistema biex tipprovdi servizzi ta' konnettività fil-kuntest ta' T2S,

▼M6

(59) “Kont ta' Flus Dedikat T2S (T2S DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur tad-T2S DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], u jintuża għal ħlasijiet fi flus kontanti b'rabta ma' saldu ta' titoli f'T2S,

(60) “Kondizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat T2S (T2S DCA) fit-TARGET2” tfisser il-kondizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness IIa,

▼M3

(61) “Kundizzjonijiet għal Operazzjonijiet ta' Awtokollateralizzazzjoni” tfisser kundizzjonijiet li huma preskritti fl-Anness IIIa,

▼M6

(62) “Ordni ta' ħlas” tfisser ordni ta' trasferiment ta' kreditu, ordni ta' trasferiment ta' likwidità, struzzjoni ta' debitu dirett, ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM għal T2S DCA, ordni ta' trasferiment ta' likwidità DCA għal T2S PM, ordni T2S DCA għal T2S DCA likwidità, PM għall-ordni tat-trasferiment tal-likwidità TIPS DCA, ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TACs DCA għal PM, ordni ta' ħlas istantanju, jew tweġiba għall-irtirar pożittiv,

(63) “Ordni T2S DCA għal trasferiment ta' likwidità PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn T2S DCA għal kont PM,

(64) “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' PM għal T2S DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta' fondi minn kont PM għal T2S DCA,

(65) “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA għal T2S DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi (a) minn T2S DCA għal T2S DCA marbuta mal-istess kont PM Ewlieni; (b) minn T2S DCA għal T2S DCA miżmuma mill-istess entità legali; jew (c) minn T2S DCA għal T2S DCA fejn wieħed jew it-tnejn huma miżmuma mill-BĊ,

(66) “Kont PM Ewlieni” ifisser il-Kont PM li miegħu hemm magħqud T2S DCA u li fih jiġi awtomatikament ripatrijat kull bilanċ li jibqa' fl-aħħar tal-jum,

▼M3

(67) “ħlas gross dak il-ħin stess” ifisser l-ipproċessar u l-ħlas ta' ordnijiet ta' ħlas fuq il-bażi ta' tranżazzjoni b'tranżazzjoni dak il-ħin stess,

(68) “ordni ta' trasferiment ta' kreditu” tfisser struzzjoni minn min iħallas biex fondi jkunu disponibbli għal min jitħallas permezz ta' entrata fil-kotba f'kont PM,

(69) “parteċipant f'TARGET2” ifisser kull parteċipant fi kwalunkwe sistema ta' komponent TARGET2,

▼M6

(70) “awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraday mogħti mill-BĊN taż-żona tal-euro fi flus tal-bank ċentrali attivat meta detentur T2S DCA ma jkollux biżżejjed fondi biex jissalda tranżazzjonijiet ta' garanziji, fejn tali kreditu intraday jiġi kkollateralizzat jew billi jinxtraw titoli (kollaterali fuq fluss), jew b'garanziji miżmumin diġà mid-detentur DCA (kollateral fi stokk),

▼M3

(71) “ordni ta' trasferiment ta' likwidità” tfisser ordni ta ħlas, li l-għan ewlieni tagħha huwa t-trasferiment tal-likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess parteċipant jew ġewwa CAI jew grupp AI,

(72) “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill ( 4 ) [u, jekk ikun rilevanti, daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 )] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,

(73) “struzzjoni ta' debitu dirett” tfisser struzzjoni minn min jitħallas sottomessa lill-BĊ tiegħu li bis-saħħa tagħha l-BĊ ta' min iħallas jiddebita l-kont ta' min iħallas bl-ammont speċifikat fl-istruzzjoni, fuq il-bażi ta' awtorizzazzjoni ta' debitu dirett;

▼M5

(74) “Fondi ta' Garanzija” tfisser fondi pprovduti minn parteċipanti f'sistema anċillari, li għandhom jintużaw fil-każ ta' nuqqas, għal kwalunkwe raġuni, min-naħa ta' parteċipant wieħed jew aktar li jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' pagament fis-sistema anċillari,

▼M6

(75) “Servizz ta' Saldu ta' Ħlas Istantanju (TIPS) TARGET” tfisser is-saldu fi flus tal-bank ċentrali ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji fuq il-Pjattaforma TIPS,

(76) “Pjattaforma TIPS” tfisser l-infrastruttura unika ta' pjattaforma teknika pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS,s

(77) “BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala bini tal-BĊi u joperaw il-Pjattaforma TIPS għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

(78) “Fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS” tfisser impriża li: (a) tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex tgħaqqad u tistabbilixxi konnessjoni teknika mal-Pjattaforma TIPS skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi V tal-Anness IIb u (b) iffirmat it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività TIPS li huma disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE,

(79) “Kont tal-Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2 - [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għall-forniment ta' servizzi ta' pagament immedjat lill-klijenti tiegħu,

(80) “Kondizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat tat-TIPS fit-TARGET2” tfisser il-kondizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness IIb,

(81) “ordni ta' ħlas immedjat” tfisser, f'konformità mal-iskema ta' Trasferiment ta' Kreditu istantanju SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew ta' Pagamenti, struzzjoni ta' ħlas li tista' tiġi esegwita 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, immedjatament jew qrib ipproċessar immedjat u notifika lil min iħallas,

(82) “rikjesta għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, messaġġ minn detentur TIPS DCA li jitlob rimborż ta' ordni ta' ħlas istantanju,

(83) “Tweġiba pożittiva għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, ordni ta' ħlas mibdija mir-riċevitur ta' rikjesta għall-irtirar, b'risposta għal rikjesta għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta' dik it-rikjesta għall-irtirar,

(84) “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta' fondi minn kont PM għal TIPS DCA,

(85) “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn TIPS DCA għal kont PM,

▼M7

(86) “Soluzzjoni ta’ Kontinġenza” tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza.

▼B

Artikolu 3

Sistemi komponenti tat-TARGET2

1.  Kull BĊ tal-Eurosistema tħaddem is-sistema komponenti tat-TARGET 2 tagħha stess.

2.  Kull sistema komponenti tat-TARGET2 hija sistema indikata bħala tali taħt il-liġi nazzjonali relevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE.

3.  L-ismijiet tas-sistemi komponenti tat-TARGET2 għandhom jinkludu biss “TARGET2” u l-isem jew it-taqsira tal-BĊ relevanti tal-Eurosistema jew tal-Istat Membru ta’ dak il-BĊ tal-Eurosistema. Is-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-BĊE jisimha TARGET2-ECB.

Artikolu 4

Konnessjoni ta’ BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita taghhom mhijiex l-euro

Il-BĊNi ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro jistgħu jikkonnettu mat-TARGET2 jekk ikunu kkonkludew ftehim mal-BĊi tal-Eurosistema biss. Dan il-ftehim għandu jispeċifika illi l-BĊNi konnessi ser jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida, suġġetti għal speċifikazzjonijiet u modifiki xierqa maqbulin bejn iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Tranżazzjonijiet intra-SEBĊ

Tranżazzjonijiet intra-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) għandhom ikunu pproċessati permezz tat-TARGET2, bl-eċċezzjoni ta’ ħlasijiet li l-BĊi bilateralment jew multilateralment jiftehmu li jipproċessaw permezz ta’ kontijiet korrispondenti, fejn xieraq.

Artikolu 6

Passiv intra-Eurosistema

1.  Kull saldu ta’ ħlasijiet bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET2 għandu awtomatikament joħloq obbligu intra-Eurosistema tal-BĊ tal-Eurosistema tal-pagatur fir-rigward tal-BĊ tal-Eurosistema ta’ min jitħallas.

2.  Kull obbligu intra-Eurosistema li jirriżulta taħt il-paragrafu 1 għandu jkun awtomatikament aggregat u jifforma parti minn obbligu wieħed fir-rigward ta’ kull BĊ tal-Eurosistema. Kull darba li jsir saldu ta’ ħlas bejn parteċipanti f’sistemi komponenti differenti tat-TARGET2, l-obbligu waħdieni tal-BĊ tal-Eurosistema relevanti għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ. Fi tmiem il-jum tan-negozju, kull obbligu waħdieni bħal dan għandu jkun suġġett għal proċedura ta’ netting multilaterali li twassal għall-obbligu jew talba ta’ kull BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE, kif stipulat fi ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema.

3.  Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jżomm kont biex jirreġistra l-obbligu jew it-talba tiegħu fil-konfront tal-BĊE, li jirriżultaw mis-saldu ta’ ħlasijiet bejn sistemi komponenti tat-TARGET2.

▼M6

3a.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, kull saldu ta' ordnijiet ta' ħlas immedjati bejn parteċipanti f'sistemi ta' komponenti TARGET2 differenti għandu awtomatikament iwassal għal talba jew obbligu wieħed biss ta' kull BĊ tal-Eurosistema vis-à-vis il-BĊE. It-talba jew l-obbligu ta' kull BĊ tal-Eurosistema vis-à-vis il-BĊE użat għal skopijiet ta' rappurtar fl-aħħar ta' kull jum ta' negozju għandhom jiġu aġġustati fuq bażi ta' kuljum, bl-użu tad-delta tal-bilanċi ta' tmiem il-jum tat-TIPS DCAs fil-kotba tal-BĊ rispettiv tal-Eurosistema.

▼B

4.  Il-BĊE għandu jiftaħ il-kotba tiegħu kont għal kull BĊN taż-żona tal-euro sabiex fi tmiem il-jum jirrifletti l-obbligu jew it-talba ta’ dan il-BĊN taż-żona tal-euro fil-konfront tal-BĊE.



TAQSIMA II

GOVERNANZA

▼M4

Artikolu 7

Livelli ta' governanza

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-ġestjoni ta' TARGET2 għandha tkun ibbażata fuq skema ta' governanza fuq tliet livelli. ►M6  Il-kompiti assenjati lill-Kunsill Governattiv (Livell 1), korp tekniku u operattivi ta' ġestjoni tal-Livell 2 u l-BĊNi li jipprovdu SSP (Livell 3) u BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS huma stabbiliti f'Anness I. ◄

2.  Il-Kunsill Governattiv għandu jkun responsabbli għad-direzzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll ta' TARGET2. Il-kompiti assenjati lil-Livell 1 jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-Kunsill Governattiv. ►M6  ————— ◄

3.  Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊi tal-Eurosistema għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti assenjati lil-Livell 2, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv. Għandu jitwaqqaf korp tal-Livell 2 mill-Kunsill Governattiv li l-BĊi tal-Eurosistema għandhom jafdaw b'ċerti kompiti ta' ġestjoni tekniċi u operattivi fir-rigward ta' TARGET2.

4.  Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jorganizzaw lilhom infushom billi jikkonkludu ftehimiet xierqa.

▼M6

5.  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi li jipprovdu SSP huma responsabbli għall-kompiti assenjati lill-Livell 3, fi ħdan il-qafas ġenerali ddefinit mill-Kunsill Governattiv.

6.  Il-BĊNi li jipprovdu l-SSP u l-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS għandhom jikkonkludu ftehimiet mal-BĊi tal-Eurosistema li jirregolaw is-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma SSP u TIPS. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

7.  L-Eurosistema, bħala fornitur ta' servizzi T2S, u l-BĊi tal-Eurosistema bħala operaturi tas-sistemi tal-komponent tat-TARGET2 nazzjonali għandhom jikkonkludu ftehim li jirregola s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti minn tal-ewwel lil tal-aħħar fir-rigward tal-operazzjoni tat-T2S DCAs. Dan il-ftehim għandu jinkludi wkoll, fejn xieraq, il-BĊNi konnessi.

▼B



TAQSIMA III

TĦADDIM TAT-TARGET2

Artikolu 8

▼M6

Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM jew T2S DCA jew TIPS DCA fit-TARGET2

▼B

1.   ►M4  Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kont PM fit-TARGET2 kif stabbilit fl-Anness II. ◄ Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw b’mod esklussiv ir-relazzjoni bejn il-BĊN relevanti taż-żona tal-euro u ►M3  d-detenturi ta' kont PM ◄ tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħlasijiet fil-PM. Jista’ jkun hemm aċċess għal kont PM jew permezz ta’ access ibbazat fuq l-Internet jew permezz tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk. Dawn iz-zewg metodi ta’ access ghal kont PM jeskludu lil xulxin, ghalkemm ►M3  detentur ta' kont PM ◄ jista’ jaghzel li jkollu kont PM wiehed jew aktar, li kull wiehed minnhom ikun accessibbli jew permezz tal-Internet jew permezz tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

▼M6

1a.  Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kont ta' Flus Dedikat T2S fit-TARGET2 kif stabbilit fl-Anness IIa.; Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw b'mod esklussiv ir-relazzjoni bejn il-BĊN relevanti taż-żona tal-euro u d-detentur T2S DCA tiegħu fir-rigward tal-ftuħ u operazzjoni tat-T2S DCA.

▼M6

1b.  Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jadotta arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat TIPS fit-TARGET2 li huma stabbiliti fl-Anness IIb.; Dawn l-arranġamenti għandhom jirregolaw b'mod esklussiv ir-relazzjoni bejn il-BĊN relevanti taż-żona tal-euro u t-TIPS DCA tiegħu fir-rigward tal-ftuħ u l-operazzjoni tat-TIPS DCA.

▼M6

2.  Il-BĊE għandu jadotta t-Termini u l-Kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE billi jimplimenta (i) il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kont PM fit-TARGET2 kif stabbilit fl-Anness II, (ii) l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat T2S fit-TARGET2 stipulat fl-Anness IIa u (iii) l-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat tat-TIPS fit-TARGET2 stabbiliti fl-Anness IIb, ħlief li TARGET2-BĊE għandu jipprovdi biss servizzi ta kklerjar u saldu lil organizzazzjonijiet ta' kklerjar u saldu, inklużi entitajiet stabbiliti barra miż-ŻEE, sakemm huma soġġetti għal sorveljanza minn awtorità kompetenti u l-aċċess tagħhom għat-TARGET2-BĊE ġie approvat mill-Kunsill Governattiv.

▼B

3.  L-arranġamenti adottati mill-BĊi tal-Eurosistema li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati jiġu ppubblikati.

4.  Il-BĊi tal-Eurosistema jistgħu jitolbu derogi mill-Kundizzjonijiet Armonizzati abbażi ta’ restrizzjonijiet fil-liġi nazzjonali. Il-Kunsill Governattiv iqis talbiet bħal dawn fuq bażi ta’ każ każ u jagħti derogi fejn xieraq.

▼M6

5.  Bla ħsara għall-ftehim monetarju rilevanti, il-BĊE jista' jiddetermina l-kundizzjonijiet xierqa għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2, inkluż il-forniment ta' servizzi ta' saldu fi flus tal-bank ċentrali għal Operazzjonijiet T2S u għas-servizz TIPS, minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2)(e) tal-Anness II, l-Artikolu 5(2)(e) tal-Anness IIa u l-Artikolu 5(2)(e) tal-Anness IIb.

6.  Il-BĊi tal-Eurosistema m'għandhom jippermettu l-ebda entità li tkun parteċipant indirett fil-PM jew li tkun reġistrata bħala detentur tal-BIC indirizzabbli fis-sistema komponent tat-TARGET2 jekk din l-entità taġixxi permezz ta' detentur ta' kont PM li huwa BĊN ta' Stat Membru iżda la huwa BĊ tal-Eurosistema u lanqas BĊN konness.

▼B

Artikolu 9

Ipprezzar

1.  Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jiżguraw illi:

▼M6

(a) it-tariffi għas-servizzi ewlenin tat-TARGET2 provduti lill-parteċipanti indiretti tagħhom fil-PM u d-detenturi tal-BIC indirizzabbli tagħhom li huma eliġibbli biex jipparteċipaw fit-TARGET2 bħala parteċipanti indiretti fil-PM huma ogħla mit-tariffi għad-detenturi tal-kont PM speċifikati fil-paragrafu 1(a) tal-Appendiċi VI tal-Anness II;

▼M4 —————

▼B

(d) l-ipprezzar għall-operazzjonijiet u t-tranżazzjonijiet kollha li ġejjin huwa barra mill-ambitu tal-iskeda tad-drittijiet stabbilta f’Appendiċi VI ta’ Anness II;

(i) trasferimenti ta’ likwidità mibdijin minn u pproċessati fi ħdan Kontijiet Domestiċi;

(ii) operazzjonijiet relatati mal-ġestjoni tar-riżerva minima u l-faċilitajiet permanenti;

(iii) tranżazzjonijiet bi flus kontanti li jsir saldu tagħhom fuq Kontijiet Domestiċi.

▼M3 —————

▼B

Artikolu 10

Arranġamenti għall-ippuljar ta’ likwidità

1.  Il-BĊNi tal-AL għandhom jiskambjaw l-informazzjoni kollha li hija neċessarja għat-twettiq tal-kompiti u l-obbligi tagħhom taħt ftehim AL. Il-BĊNi tal-AL għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-BĊN li qed jiġġestixxi b’kull każ ta’ infurzar li jsiru jafu bih fir-rigward tal-grupp AL jew ta’ xi membru tal-grupp AL, inkluż l-uffiċċju prinċipali u l-fergħat tiegħu.

2.  Meta l-BĊN li qed jiġġestixxi jkun innotifikat illi jkun seħħ każ ta’ infurzar huwa għandu, wara li jkun ikkunsidra l-ftehim AL, jagħti struzzjonijiet lill-BĊNi relevanti tal-AL fir-rigward tal-azzjoni ta’ infurzar li trid tittieħed fil-konfront tal-grupp AL jew tal-membru relevanti tal-grupp AL. Il-BĊNi tal-AL għandhom ikunu responsabbli għall-infurzar tad-drittijiet tagħhom taħt il-ftehim AL u l-arranġamenti li jimplimentaw l-Anness II. Il-BĊN li qed jiġġestixxi għandu jkun responsabbli għall-kalkolu u l-għoti ta’ struzzjonijiet fir-rigward tat-tqassim ta’ talbiet.

3.  Jekk, meta jseħħ każ ta’ infurzar, kreditu intraday li jkun ingħata lil xi membru tal-grupp AL ma jkunx ġie rimborżat kollu, BĊN tal-AL għandu, malli jirċievi struzzjonijiet mingħand il-BĊN li qed jiġġestixxi, jinforza d-drittijiet li jista’ jkollu fir-rigward tal-membri tal-grupp AL rispettiv, inkluz drittijiet li jirriżultaw mir-rahan relevanti, tpaċija, close-out netting jew kull dispożizzjoni oħra relevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Anness II, sabiex jikseb rilaxx sħiħ u f’waqtu tat-talbiet li dan il-BĊN tal-AL jista’ jkollu kontra il-membri tal-grupp AL rispettiv taħt il-ftehim AL. Dawn it-talbiet għandhom ikunu infurzati qabel ma jiġu nfurzati talbiet oħrajn tal-BĊN tal-AL relevanti fir-rigward tal-membri rispettivi tal-grupp AL tiegħu.

4.  Ħlasijiet riċevuti fir-rilaxx ta’ talba taħt il-ftehim AL wara azzjoni ta’ infurzar għandha tiġi mgħoddija lill-BĊNi tal-AL li jkunu estendew il-kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL rispettiv. Dawn il-ħlasijiet għandhom ikunu allokati lill-BCNi tal-AL fi proporzjon mal-ammont ta’ kreditu intraday li ma jkunx rimborżat mill-membri tal-grupp AL lill-BĊNi tal-AL rispettiv tagħhom.

5.  Kull BĊN AL li jixtieq jitlob li jkun ġarrab telf li għandu jintrefa’ mill-BĊNi tal-AL kollha għandu jibgħat sottomissjoni lill-BĊN li qed jiġġestixxi li tistabbilixxi l-bażi tat-talba. Il-BĊN li qed jiġġestixxi għandu jgħaddi din it-talba lill-BĊNi tal-AL relevanti u għandu jikkalkula l-kumpens dovut mingħand kull wieħed minn dawn il-BĊN tal-AL f’ishma ugwali.

Artikolu 11

▼M5

Remunerazzjoni ta' Fondi ta' Garanzija

▼M5 —————

▼M5

2.  Il-Fondi ta' Garanzija għandhom jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità tad-depożitu.

▼B

Artikolu 12

▼M3

Kreditu Intraday — Awtokollateralizzazzjoni

▼B

1.  Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jagħtu kreditu intraday, sakemm dan isir b’konformità mal-arranġamenti li jimplimentaw ir-regoli dwar il-provvista ta’ kreditu intraday stipulati f’Anness III. Ebda kreditu intraday ma jingħata lil ►M3  detentur ta' kont PM ◄ li l-eliġibbiltà tiegħu bħala kontroparti għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema tkun ġiet sospiża jew itterminata.

2.  Il-kriterji tal-eligibbiltà ghal kreditu intraday tal-kontropartijiet tal-BĊE huma definiti fid-Decizjoni BĊE/2007/7 tal-24 ta’ Lulju 2007 dwar il-kundizzjonijiet ta’ TARGET2-BĊE ( 6 ). Kreditu intraday moghti mill-BĊE ghandu jibqa’ limitat ghall-jum in kwistjoni minghajr ebda possibbiltà ta’ estensjoni ghal kreditu overnight.

▼M6

3.  Wara talba minn parteċipant b'aċċess għal kreditu intraday, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu joffri faċilità ta' kollateralizzazzjoni awtomatika fuq T2S DCAs, sakemm dan isir skont il-Kundizzjonijiet għal Operazzjonijiet ta' Awtokollateralizzazzjoni stabbiliti fl-Anness IIIa.

▼B

Artikolu 13

Sistemi anċillari

▼M6

1.  Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jipprovdu servizzi ta' trasferiment tal-fondi fi flus tal-bank ċentrali lil sistemi anċillari fil-PM aċċessibbli permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk tat-TARGET2. Dawn is-servizzi għandhom ikunu rregolati minn ftehim bilaterali bejn il-BĊi tal-Eurosistema u s-sistemi anċillari rispettivi.

▼B

2.  Arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw l-ASI għandhom ikunu konformi mal-Anness IV. Barra minn dan, il-BĊi tal-Eurosistema jiżguraw illi f’dan il-ftehim bilaterali id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II japplikaw mutatis mutandis:

 Artikolu 8(1) (rekwiżiti tekniċi u legali),

 Artikolu 8(2) sa (5) (proċedura tal-applikazzjoni), ħlief illi minflok ma tkun mitluba tissodisfa l-kriterji tal-aċċess fl-Artikolu 4, is-sistema anċillari hija mitluba tissodisfa l-kriterji tal-aċċess fid-definizzjoni ta’ “sistema anċillari” stipulata fl-Artikolu 1 ta’ Anness II.

 l-iskeda tal-ħidma f’Appendiċi V,

 Artikolu 11 (rekwiżiti għall-koperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni), ħlief għal paragrafu 8,

 Artikoli 27 u 28 (kontinwità tas-servizz u proċeduri ta’ kontinġenza u rekwiżiti ta’ sigurtà),

 Artikolu 31 (reġim ta’ responsabbiltà),

 Artikolu 32 (regoli dwar evidenza),

 Artikoli 33 u 34 (terminu, terminazzjoni u sospensjoni tal-parteċipazzjoni), ħlief għal Artikolu 34(1)(b),

 Artikolu 35, fejn relevanti (għeluq ta’ kontijiet PM),

 Artikolu 38 (regoli dwar kunfidenzjalità),

 Artikolu 39 (rekwiżiti tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u kwistjonijiet relatati),

 Artikolu 40 (rekwiżiti għal avviżi),

 Artikolu 41 (relazzjoni kuntrattwali mal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ ),

 Artikolu 44 (regoli għal-liġi applikabbli, il-ġurisdizzjoni u l-post tar-rendiment).

3.  Arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI huma konformi ma:

(a) Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ Titolu V u l-Appendiċijiet VI u VII; u

(b) Artikolu 18 ta’ Anness IV.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, arranġamenti bilaterali ma’ sistemi anċillari li jużaw il-PI, iżda li jagħmlu saldu ta’ ħlas biss għall-benefiċċji tal-klijenti tagħhom, huma konformi ma’:

(a) Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ Titolu V, Artikolu 36 u l-Appendiċijiet VI u VII; u

(b) Artikolu 18 ta’ Anness IV.

Artikolu 14

Iffinanzjar u metodologija tal-kost

▼M6

1.  Il-Kunsill Governattiv għandu jiddetermina r-regoli applikabbli għall-finanzjament tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS. Kwalunkwe eċċess jew defiċit li jirriżulta mill-funzjonament tal-SSP jew il-Pjattaforma TIPS għandhom jitqassmu fost il-BĊN taż-żona tal-euro skont il-kodiċi għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE, skont l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.

▼B

2.  Il-Kunsill Governattiv jiddetermina metodoloġija tal-kost u struttura tal-ipprezzar komuni għas-servizzi ewlenin tat-TARGET2.

▼M6

Artikolu 15

Dispozizzjonijiet dwar is-sigurtà

1.  Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika l-politika tas-sigurtà u r-rekwiżiti tas-sigurtà u l-kontrolli għall-SSP u l-Pjattforma TIPS. Il-Kunsill Governattiv għandu jispeċifika wkoll il-prinċipji applikabbli għas-sigurtà ta' ċertifikati użati għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet mal-SSP.

2.  Il-BĊi tal-Eurosistema jikkonformaw ma', u jiżguraw illi l-SSP u l-Pjattaforma TIPS jikkonformaw mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Kwistjonijiet relatati mal-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-informazzjoni, fir-rigward tad-T2S DCAs għandhom ikunu rregolati mil-Linja ta' Gwida BĊE/2012/13 ( 7 ).

▼B

Artikolu 16

Regoli tal-verifika

Evalwazzjonijiet ta’ verifika għandhom jitwettqu b’konformità mal-prinċipji u l-arranġamenti stipulati fil-Politika tal-Verifika tas-SEBĊ tal-Kunsill Governattiv.

Artikolu 17

Obbligi f’każ ta’ sospensjoni jew terminazzjoni

1.  BĊi tal-Eurosistema għandhom itemmu minnufih u mingħajr pre-avviż jew jissospendu l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tat-TARGET2 relevanti jekk:

(a) jinfetħu proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant; jew

(b) parteċipant ma jibqax jissodisfa l-kriterji ta’ aċċess għall-parteċipazzjoni fis-sistema komponenti tat-TARGET2 relevanti.

2.  Jekk BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2 skont il-paragrafu 1 jew għal raġunijiet ta’ prudenza skont l-Artikolu 19, huwa għandu jinnotifika immedjatament lill-BĊi l-oħrajn kollha tal-Eurosistema, u jagħti dawn kollha li ġejjin:

(a) l-isem tal-parteċipant, il-kodiċi tal-Istituzzjoni Finanzjarja Monetarja u l-BIC;

▼M6

(aa) il-BIC ta' kwalunkwe kontijiet PM marbuta mat-T2S DCA jew TIPS DCA tal-parteċipant;

▼B

(b) l-informazzjoni li fuqha l-BĊN taż-żona tal-euro jkun ibbaża d-deċiżjoni tiegħu, inkluż kull informazzjoni jew opinjoni miksuba mill-awtorità superviżorja relevanti;

(c) il-miżura li ttieħdet u skeda ta’ żmien proposta għall-applikazzjoni tagħha.

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu, jekk mitlub jagħmel dan minn BĊ ieħor tal-Eurosistema, jiskambja l-informazzjoni fir-rigward ta’ dak il-parteċipant, inkluż informazzjoni relatata ma’ ħlasijiet indirizzati lilu.

3.  BĊ tal-Eurosistema li jkun temm jew issospenda l-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fis-sistema komponenti tiegħu tat-TARGET2 skont il-paragrafu 1 għandu jassumi r-responsabbiltà fir-rigward tal-BĊi l-ohra tal-Eurosistema jekk huwa jew:

(a) jawtorizza sussegwentement is-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil parteċipanti li jkun issospenda jew temm il-parteċipazzjoni tagħhom; jew

(b) ma jikkonformax mal-obbligi fil-paragrafi 1 u 2.

▼M6

3a.  BĊ tal-Eurosistema li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta' detentur ta' kont PM jew detentur tat-T2S DCA fis-sistema komponent tat-TARGET2 skont il-paragrafu 1(a) għandu jipproċessa biss pagamenti minn dak il-parteċipant fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tal-parteċipant, jew skont deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-ħlasijiet għandhom jiġu pproċessati. BĊ tal-Eurosistema li jkun issospenda l-parteċipazzjoni ta' detentur TIPS DCA fis-sistema komponent tat-TARGET2 skont il-paragrafu 1 (a) għandu jirrifjuta l-ordnijiet kollha ta' ħlas li joħorġu.

▼M5

4.  L-obbligi tal-BĊ tal-Eurosistema stipulati fil-paragrafi 1 sa 3a għandhom japplikaw ukoll f'każ ta' sospensjoni jew terminazzjoni tal-użu tal-ASI minn sistemi anċillari.

▼M6

Artikolu 18

Proċeduri għaċ-ċaħda għal raġunijiet ta' prudenza ta' applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2

Fejn, skont l-Artikolu 8(4)(c) tal-Anness II jew l-Artikolu 6(4)(c) tal-Anness IIa jew l-Artikolu 6(4)(ċ) tal-Anness IIb,BĊ tal-Eurosistema jiċħad fuq il-bażi ta' prudenza applikazzjoni biex tingħaqad mat-TARGET2, dak il-BĊ tal-Eurosistema għandu jinforma minnufih lill-BĊE b'dan ir-rifjut.

▼B

Artikolu 19

▼M6

Proċeduri għas-sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni għal raġunijiet ta' prudenza ta' parteċipazzjoni fit-TARGET2 u aċċess għal kreditu intraday u għall-awtokollateralizzazzjoni

1.  Fejn minħabba raġunijiet ta' prudenza, BĊN taż-żona tal-euro jissospendi, jillimita jew itemm l-aċċess ta' parteċipant għal kreditu intraday skont il-paragrafu 12(d) tal-Anness III jew għal awtokollateralizzazzjoni skont il-paragrafu 10 (d) tal-Anness IIIa jew BĊ tal-Eurosistema jissospendi jew itemm il-parteċipazzjoni ta' parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34(2)(e) tal-Anness II, l-Artikolu 24(2)(e) tal-Anness IIa jew l-Artikolu 26(2)(e) tal-Anness IIb, id-deċiżjoni, safejn ikun possibbli, għandha tidħol fis-seħħ fl-istess ħin fis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2.

▼B

2.  Il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jagħti l-informazzjoni fl-Artikolu 17(2) mingħajr dewmien lill-awtoritajiet superviżorji relevanti fl-Istat Membru tal-BĊN taż-żona tal-euro, bit-talba illi l-awtoritajiet superviżorji jaqsmu l-informazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri oħra li fihom il-parteċipant għandu sussidjarja jew fergħa. Wara li jkunu qiesu d-deċiżjoni skont il-paragrafu 1, BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro għandhom jieħdu azzjoni xierqa u jagħtu informazzjoni dwar dan lill-BĊE mingħajr dewmien.

3.  Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista’ jipproponi lill-Kunsill Governattiv li jieħu kwalunkwe deċizjonijiet sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħudin skont il-paragrafi 1 u 2.

4.  Il-BĊNi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li fihom trid tkun implimentata d-deċiżjoni għandhom jinfurmaw lill-parteċipant dwar id-deċiżjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri ta’ implementazzjoni kollha neċessarji.

Artikolu 20

Proċeduri għal kooperazzjoni mill-BĊi tal-Eurosistema b’konnessjoni ma’ miżuri amministrattivi jew restrittivi

▼M6

B'konnessjoni mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 39(3) tal-Anness II, l-Artikolu 28(3) tal-Anness IIa u l-Artikolu 30(3) tal-Anness IIb:

(a) kwalunkwe BĊ tal-Eurosistema għandu jikkondividi fil-pront mal-BĊi kollha affettwati potenzjalment l-informazzjoni kollha li jirċievi inkonnessjoni ma' ordni ta' ħlas proposta, bl-eċċezzjoni ta' ordnijiet ta' ħlas li jikkonċernaw it-trasferiment ta' likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess parteċipant;

▼B

(b) kull BĊ tal-Eurosistema li jirċievi mingħand parteċipant evidenza li tkun saret notifika lil, jew li jkun wasal il kunsens mingħand, kwalsiasi awtorità kompetenti għandu jittrażmetti dik l-evidenza minnufih lil kwalsiasi BĊ ieħor li qed jaġixxi bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas tal-pagant jew ta’ min jitħallas kif xieraq;

▼M6

(c) il-BĊ tal-Eurosistema li jagħmilha ta' fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min iħallas għandu mbagħad jinforma minnufih lill-min iħallas illi huwa jista' jdaħħal ordni ta' ħlas rilevanti fit-TARGET2.

▼B

Artikolu 21

Kontinwità tas-servizz

▼M6

1.  Jekk l-avvenimenti msemmija fl-Artikolu 27 tal-Anness II jew l-Artikolu 17 tal-Anness IIa jaffettwaw l-operazzjoni tas-servizzi TARGET2 barra mill-PM u l-ICM u t-T2S DCAs il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jissorvelja u jimmaniġġja tali avvenimenti sabiex jipprevjeni kwalunkwe tixrid għall-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.

▼B

2.  Jekk iseħħ avveniment li jeffettwa l-operat normali tal-PM u/jew tal-ICM, il-BĊ tal-Eurosistema kkonċernat għandu jinnotifika minnufih lill-koordinatur tat-TARGET2, li flimkien mal-maniġer tas-saldu tal-BĊ tal-Eurosistema kkonċerant għandu jiddeċiedi dwar il-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu. Il-maniġers tas-saldu tat-TARGET2 għandhom jiftehmu dwar l-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata lill-parteċipanti tat-TARGET2.

▼M3

3.  Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jirrapportaw in-nuqqas tal-parteċipant lill-koordinatur ta' TARGET2 jekk dan in-nuqqas jista' jaffettwa l-operazzjoni tal-Pjattaforma T2S, il-ħlas fi ħdan sistemi anċillari jew joħloq riskju sistemiku. L-għeluq ta' TARGET2 normalment m'għandux ikun imdewwem minħabba nuqqas ta' parteċipant.

▼B

4.  Nuqqas li jeffettwa sistema anċillari għandu jiġi rrappurtat mill-BĊi tal-Eurosistema lill-koordinatur tat-TARGET2 għal finijiet ta’ informazzjoni. Il-koordinatur tat-TARGET2 għandu jibda telekonferenza tal-maniġers tas-saldu tat-TARGET2 f’każ illi hemm impatt sistemiku inevitabbli, b’mod partikolari meta dan ikun ta’ natura transkonfinali.

5.  F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-għeluq tal-SSP jista jiġi mdewwem jekk ikun hemm nuqqas li jeffettwa sistema anċillari. Talba biex jiġi mdewwem l-għeluq tal-SSP għandha tiġi kkomunikata mill-BĊi tal-Eurosistema lill-maniġers għall-kriżi tat-TARGET2.

▼M7

6.  Il-BĊi tal-Eurosistema għandhom jaqbdu mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.

▼B

Artikolu 22

Trattament ta’ talbiet taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2

▼M3

1.  Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-proċedura ta' kumpens stipulata fl-Appendiċi II tal-Anness II jew l-Appendiċi II tal-Anness IIa għandha tiġi ġestita skont dan l-Artikolu.

▼M6

2.  Il-BĊ tad-detentur tal-kont PM jew id-detentur ta' T2S DCA li jissottometti t-talba għal kumpens għandu jivvaluta l-pretensjoni ta' kumpens fuq bażi preliminari u jikkomunika mad-detentur tal-kont PM jew lid-detentur tat-T2S DCA fir-rigward ta' dik il-valutazzjoni. Fejn meħtieġ għall-evalwazzjoni ta' talbiet, dan il-BĊ għandu jkun assistit minn BĊi oħra kkonċernati. Il-BĊ relevanti għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati malli jsir jaf b'talbiet pendenti.

▼B

3.   ►M6  Fi żmien disa' ġimgħat wara ħsara teknika tat-TARGET2, il-BĊ tad-detentur tal-kont tal-PM jew id-detentur tat-T2S DCA li jissottomettu t-talba għandhom: ◄

(a) iħejji rapport ta’ evalwazzjoni preliminari li jkun fih l-evalwazzjoni tat-talbiet riċevuti; u

(b) jippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni preliminari lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati.

▼M6

4.  Fi żmien ħames ġimgħat wara li jirċievi r-rapport ta' valutazzjoni preliminari, il-Kunsill Governattiv għandu jwettaq il-valutazzjoni finali tal-pretensjonijiet kollha riċevuti, u għandu jiddeċiedi dwar l-offerti ta' kumpens li għandhom isiru lid-detenturi tal-kont PM u lid-detenturi tat-T2S DCA ikkonċernati. Fi żmien ħamest ijiem ta' negozju wara li tkun tlestiet l-evalwazzjoni finali, il-BĊE għandu jikkomunika l-eżitu tal-evalwazzjoni finali lill-BĊi kkonċernati. Dawk il-BĊ għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lid-detenturi tal-kont PM tagħhom u lid-detenturi tat-T2S DCA dwar l-eżitu tal-valutazzjoni finali u, fejn applikabbli, dettalji dwar l-offerta ta' kumpens, flimkien mal-formola li tikkostitwixxi l-ittra ta' aċċettazzjoni.

▼M3

5.  Fi żmien ġimagħtejn mill-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(d) tal-Appendiċi II tal-Anness II jew fis-sentenza finali tal-Artikolu 4(d) tal-Appendiċi II tal-Anness IIa, il-BĊ għandu jinforma lill-BĊE u lill-BĊi l-oħra kollha kkonċernati dwar liema offerti ta' kumpens ġew aċċettati u liema offerti ta' kumpens ġew miċħuda.

▼M6

6.  Il-BĊi għandhom jinformaw lill-BĊE dwar kull talba ppreżentata mid-detenturi tal-kontijiet PM u T2S DCA tagħhom lil dawk il-BĊi barra mill-ambitu tal-iskema ta' kumpens tat-TARGET2, iżda fir-rigward ta' ħsara teknika tat-TARGET2.

▼B

Artikolu 23

Trattament ta’ telf ikkawżat minn ħsara teknika tat-TARGET2

1.  F’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET2:

(a) Fuq in-naħa tal-pagatur, BĊ li miegħu pagatur ikun poġġa depożitu jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema u r-rata ta’ depożitu applikata liż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ depożitu tal-Eurosistema għall-perjodu tal-ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom. Fejn il-pagatur jitħalla b’fondi żejda li mhumiex remunerati, il-qligħ finanzjarju jammonta għar-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata lill-ammont ta’ fondi żejda li ma jirrendux imgħax għall-perjodu ta’ ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont ta’ ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom.

(b) Fuq in-naħa min jitħallas, il-BĊ li mingħandu min jitħallas ikun issellef billi uża l-faċilità ta’ self marġinali jibbenefika minn ċertu qligħ finanzjarju li jammonta għad-differenza bejn ir-rata ta’ self marġinali u r-rata tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tal-Eurosistema, applikata liż-żieda marġinali fl-użu tal-faċilità ta’ self marġinali għall-perijodu tal-ħsara teknika tat-TARGET2 u sal-ammont tal-ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom.

2.  Il-qligħ finanzjarju tal-BĊE jammonta għal:

(a) il-qligħ fir-rigward tal-BĊNi konnessi li jirriżulta mir-remunerazzjoni differenti tal-bilanċi ta’ tmiem il-jum ta’ dawn il-BĊNi konnessi fir-rigward tal-BĊE; u

(b) l-ammont ta’ imgħax ta’ penalità li jirċievi l-BĊE mingħand BĊNi konnessi kull meta wieħed minn dawk il-BĊNi konnessi jimponi penalità fuq parteċipant talli jonqos milli jirrimborża kreditu intraday fil-ħin, kif stipulat fil-ftehim bejn il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi.

3.  Il-qligħ finanzjarju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun ippuljat mill-BĊi u l-ammont ippuljat li jirriżulta għandu jintuża biex jirrimborża lil dawk il-BĊi li jġarrbu l-kost tal-kumpens lill-parteċipanti tagħhom. Kull qligħ finanzjarju jew kost imġarrab mill-BĊi li jifdal fl-kumpens lill-parteċipanti tagħhom għandu jitqassam fost il-BĊi tal-Eurosistema skont l-iskema tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE.

Artikolu 24

Drittijiet tat-titoli fir-rigward ta’ fondi f’subkontijiet u garanzija intra-Eurosistema

1.  Għall-finijiet tas-saldu ta’ struzzjonijiet għall-ħlas marbutin ma’ sistema anċillari, kull BĊ tal-Eurosistema li jkun fetaħ subkontijiet ►M3  għad-detenturi ta' kont PM ◄ tiegħu għandu jiżgura illi l-bilanċi fuq dawn is-subkontijiet (inkluż żidiet jew tnaqqis tal-bilanċ iffriżat li jirriżulta mill-ikkreditar jew id-debitar ta’ ħlasijiet ta’ saldu transkonfinali lil jew mis-subkont jew mill-ikkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont) li huma ffriżati matul iċ-ċiklu ta’ pproċessar tas-sistema anċillari jistgħu jintużaw għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas relatati mas-sistema anċillari. Dan minkejja kull proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ relevanti u minkejja kull miżura individwali ta’ infurzar relatata mas-subkont ta’ dan ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ .

2.  Kull darba illi tiġi ttrasferita likwidità għal ġos-subkont ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ u fejn il-BĊ tal-Eurosistema mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari, dan il-BĊ tal-Eurosistema għandu, malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ tal-“bidu taċ-ċiklu”), jikkonferma l-iffriżar tal-bilanċi fuq is-subkont lis-sistema anċillari relevanti u, b’dan, jiggarantixxi lill-BĊ tas-sistema anċillari l-ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Il-konferma tal-iffriżar lis-sistema anċillari tinvolvi wkoll dikjarazzjoni legalment vinkolanti mill-BĊ tas-sistema anċillari illi huwa jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont tal-bilanċ iffriżat. Bil-konferma taż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat meta ħlasijiet ta’ saldu kross-sistema jiġu kkreditati jew iddebitati lil jew mis-subkont jew meta trasferimenti ta’ likwidità jiġu kkreditati lis-subkont, kemm il-BĊ tal-Eurosistema li mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari kif ukoll il-BĊ tas-sistema anċillari jiddikjaraw żieda jew tnaqqis tal-garanzija fl-ammont tal-ħlas. Iż-żewġ garanziji għandhom ikunu irrevokabbli, mingħajr kundizzjoni u pagabbli mal-ewwel talba. Iż-żewġ garanziji u l-iffriżar tal-bilanċi għandhom jiskadu malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari illi s-saldu jkun ġie kkompletat (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).



TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 25

Riżoluzzjoni ta’ tilwim u liġi applikabbli

1.  F’każ ta’ tilwim bejn il-BĊi tal-Eurosistema fir-rigward ta’ din il-Linja Gwida, il-partijiet milquta jfittxu li jsolvu t-tilwima skont il-Memorandum ta’ Ftehim dwar Procedura ghar-Rizoluzzjoni ta’ Tilwim Intra-SEBC.

2.  B’deroga minn paragrafu 1, jekk tilwima fir-rigward tad-diviżjoni ta’ kompiti bejn Livell 2 u Livell 3 ma tistax tiġi riżolta permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet milquta, il-Kunsill Governattiv jirriżolvi t-tilwima.

3.  F’każ ta’ tilwima tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1, id-drittijiet u l-obbligi rispettivi tal-partijiet għandhom jiġu determinati primarjament permezz tar-regoli u l-proċeduri stipulati f’din il-Linja Gwida. F’tilwim li jikkonċerna ħlasijiet bejn sistemi komponenti tat-TARGET2, il-liġi tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede tal-BĊ tal-Eurosistema tal-pagatur għandha tapplika b’mod supplimentari, sakemm ma tkunx f’kunflitt ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.  Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Diċembru 2012. Hija tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013, mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fl-Artikolu 27.

2.  Il-Linja Gwida BĊE/2007/2 hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2013.

3.  Referenzi għal-Linja Gwida mħassra għandhom jinftehmu bħala referenzi għal din il-Linja Gwida.1 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni li tinsab f’Anness VII.

▼M6

Artikolu 27

Disposizzjonijiet mixxellanji

Kontijiet miftuħin barra l-PM, barra l-Pjattaforma TIPS u barra l-Pjattaforma TIPS minn BĊN taż-żona tal-euro għal istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Linja Gwida li jirrigwardaw il-Kontijiet Domestiċi u għad-deċiżjonijiet oħra tal-Kunsill Governattiv. Kontijiet li jinfetħu barra l-PM u barra l-Pjattaforma TIPSminn BĊN taż-żona tal-euro għal entitajiet li mhumiex istituzzjonijiet ta' kreditu u sistemi anċillari għandhom ikunu rregolati mir-regoli ta' dak il-BĊN taż-żona tal-euro.

▼B

Artikolu 28

Indirizzati, miżuri ta’ implimentazzjoni u rapporti annwali

1.  Din il-Linja Gwida tapplika għall-BĊi kollha tal-Eurosistema.

2.  Sal-20 ta’ Diċembru 2012 il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jibagħtu lill-BĊE il-miżuri li permezz tagħhom għandhom l-intenzjoni li jikkonformaw mal-Artikolui 39 ta’ Anness II, Appendiċi VI ta’ Anness II, paragrafi 9(a) u 12(a)(v) u 13 ta’ Anness III, paragrafu 18(1)(c)(ii) ta’ Anness IV, u Appendiċi IIA ta’ Anness V ta’ din il-Linja Gwida.

3.  Il-BĊE iħejji rapporti annwali għar-rieżami nill-Kunsill Governattiv dwar il-funzjonament ġenerali tat-TARGET2.

▼M6




ANNESS I

ARRANĠAMENTI GĦALL-GOVERNANZA TAT-TARGET2



Livell 1 — Kunsill Governattiv

Livell 2 — Korp ta' ġestjoni tekniku u operattiv

Livell 3 — BĊNi li jipprovdu l-SSP u BĊNi li jipprovdu Pjattaforma TIPS

0.  Dispożizzjonijiet ġenerali

Il-Livell 1 għandu l-kompetenza finali fir-rigward ta' kwistjonijiet domestiċi u transkonfinali tat-TARGET2, u huwa responsabbli biex jissalvagwarda l-funzjoni pubblika tat-TARGET2

Il-Livell 2 jagħmel kompiti tekniċi u operattivi fir-rigward tat-TARGET2.

Il-Livell 3 jieħu deċiżjonijiet dwar it-tħaddim ta' kuljum tal-Pjattaforma Mqassma Waħda (SSP - Single Shared Platform) fuq il-bażi tal-livelli ta' servizz iddefiniti fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta' din il-Linja Gwida.

1.  Il-politika tal-kost u tal-ipprezzar

— Jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni tal-kost

— Jiddeċiedi dwar struttura waħda għall-ipprezzar

— Jiddeċiedi dwar prezzijiet ta' servizzi u/jew moduli addizzjonali

(Mhux applikabbli)

2.  Livell ta' servizz

— Jiddeċiedi dwar servizzi ewlenin

— Jiddeċiedi dwar servizzi u/jew moduli addizzjonali

— Jagħti input skont il-bżonnijiet tal-Livell 1/Livell 2

3.  Il-ġestjoni tar-riskji

— Jiddeċiedi dwar il-qafas ġenerali għall-ġestjoni tar-riskju u l-aċċettazzzjoni tar-riskji li jifdal

— Iwettaq tal-ġestjoni attwali tar-riskju

— Iwettaq l-analiżi tar-riskju u aġġornamenti

— Jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għall-analiżi tar-riskju skont it-talbiet tal-Livell 1/Livell 2

4.  Governanza u finanzjament

— Jiddefinixxi regoli għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-iffinanzjar tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Jistabbilixxi u jiżgura l-implimentazzjoni adegwata tal-qafas legali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-TARGET2

— Iħejji r-regoli dwar il-governanza u l-finanzjament deċiżi fil-Livell 1

— Iħejji l-baġit, l-approvazzjoni tiegħu u l-implimentazzjoni

— Ikun hemm kontroll tal-applikazzjoni

— Jiġbor fondi u r-remunerazzjoni ta' servizzi

— Jagħti figuri tal-kost lil-Livell 2 għall-għoti tas-servizz

5.  Żvilupp

— Jiġi kkonsultat mill-Livell 2 dwar il-post tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Japprova l-pjan ġenerali tal-proġett

— Jiddeċiedi dwar id-disinn u l-iżvilupp inizjali tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Jiddeċiedi dwar jew l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti

— Jiddeċiedi dwar l-għażla tal-operatur SSP u l-operatur tal-Pjattaforma TIPS

— Jistabbilixxi, bi qbil mal-Livell 3, il-livelli ta' servizz tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Jiddeċiedi dwar fejn jinsab l-SSP u l-Pjattaforma TIPS wara konsultazzjoni mal-Livell 1

— Japprova l-metodoloġija tal-proċess tal-ispeċifikazzjoni u dak li jrid jiġi kkonsenjat tal-Livell 3 meqjusin xierqa sabiex jiġi speċifikat u, aktar tard, ittestjat u aċċettat il-prodott (b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali u dettaljati tal-utent)

— Jistabbilixxi pjan ta' proġett bil-fażijiet determinanti

— Jivvaluta u jaċċetta dak li jrid jiġi kkonsenjat

— Jistabbilixxi xenarji bi prova

— Koordinazzjoni bi prova tal-banek ċentrali u tal-utenti, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

— Jipproponi d-disinn inizjali tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Jipproponi jekk ikunx hemm l-istabbilment mill-ġdid jew l-istabbilment fuq il-bażi ta' pjattaforma eżistenti

— Jipproponi l-post tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— Jabbozza l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati (speċifikazzjonijiet funzjonali interni dettaljati u speċifikazzjonijiet funzjonali dettaljati tal-utent)

— Jabbozza l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ddettaljati

— Jagħti input inizjali u dejjem għaddej għal ippjanar tal-fażijiet ta' proġetti u għall-kontroll

— Appoġġ tekniku u operattiv għal testijiet (li jwettqu testijiet fuq l-SSP u l-Pjattaforma TIPS, input fuq xenarji ta' test relatati ma' SSP u fuq xenarji tat-test relatati mal-Pjattaforma TIPS, li jsostnu BĊi tal-Eurosistema fl-attivitajiet tagħhom tat-test tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS)

6.  Implimentazzjoni u migrazzjoni

— Jiddeċiedi dwar l-istrateġija ta' migrazzjoni

— Iħejji u jikkoordina l-migrazzjoni għall-SSP u l-Pjattaforma TIPS, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Livell 3

— Jagħti input dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni skont talbiet tal-Livell 2

— Iwettaq xogħol ta' migrazzjoni relatat mal-SSP u l-Pjattaforma TIPS; appoġġ addizzjonali lill-BĊNi li qed jingħaqdu

7.  Tħaddim

— Il-ġestjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi severa

— L-awtorizzazzjoni tat-twaqqif u t-tħaddim tas-Simulatur TARGET2

— Il-ħatra ta' awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

— L-ispeċifikazzjoni tal-politika tas-sigurtà, ir-rekwiżiti u l-kontrolli għall-SSP u l-Pjattaforma TIPS

— L-ispeċifikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għas-sigurtà taċ-ċertifikati maħruġin għall-aċċess ibbażat fuq l-Internet

— Iż-żamma ta' kuntatti ma' utenti tas-sistema f'livell Ewropew (mingħajr ħsara għar-responsabbilta' unika ta' BĊi tal-Eurosistema għar-relazzjoni mal-klijenti tagħhom fin-negozju) u l-monitoraġġ ta' kuljum tal-attività tal-utent minn perspettiva ta' negozju (funzjoni ta' BĊ tal-Eurosistema)

— Il-monitoraġġ ta' zviluppi fin-negozju

— L-ibbagitjar, il-finanzjament, il-fatturar (funzjoni ta' BĊ tal-Eurosistema) u dmirijiet amministrattivi oħrajn

— Il-gestjoni tas-sistema abbazi tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 7(6) ta' din il-Linja Gwida

▼B




ANNESS II

▼M3

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TA' KONT PM F'TARGET2

▼B



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (minn hawn ’il quddiem il-“Kundizzjonijiet”), japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

 “aċċess għal iktar minn indirizzat wieħed” tfisser faċilità li biha friegħi jew istituzzjonijiet ta’ kreditu ►M6  stabbilit fl-Unjoni jew fiż-ŻEE ◄ jista’ jkollhom aċċess għas-sistema ta’ komponent TARGET2 rilevanti billi jissottomettu ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet diretti lejn u mis-sistema ta’ komponent tat-TARGET2; din il-faċilità tawtorizza dawn l-entitajiet biex jissottomettu l-ordnijiet ta’ ħlas tagħhom permezz tal-kont PM tal-parteċipant dirett mingħajr l-involviment ta’ dak il-parteċipant,

▼M4

 “awtorizzazzjoni ta' debitu dirett” tfisser struzzjoni ġenerali minn pagatur lill-BĊ tiegħu u li jobbliga dak il-BĊ li jiddebita l-kont tal-pagatur fuq struzzjoni ta' debitu dirett minn min jirċievi l-ħlas,

▼B

 “banek ċentrali (BĊi)” tfisser il-BĊi tal-Eurosistema u l-BĊNi konnessi,

 “BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro,

 “BĊN AL” tfisser BĊN parteċipanti li huwa parti għal ftehim AL u jaġixxi bħala l-kontroparti għall-membri tal-grupp AL li jipparteċipaw fis-sistema komponenti tiegħu tat-TARGET2;

 “BĊN konness” tfisser bank ċentrali nazzjonali (BĊN), minbarra BĊ tal-Eurosistema, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim speċifiku.

▼M6

 “BĊNi li jipprovdu Pjattaforma TIPS” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-Pjattaforma TIPS għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

▼B

 “BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d’Italia fil-kapacità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “BĊN li qed jimmaniġġja” tfisser il-BĊN AL tas-sistema komponenti tat-TARGET2 li fiha jipparteċipa l-maniġer tal-grupp AL;

 “BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

 “CUG TARGET2” tfisser subset tal-klijenti tal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ miġburin għal dan l-iskop għall-użu tagħhom tas-servizzi u prodotti rilevanti tal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ meta jkollu aċċess għall-PM,

▼M6

 “detentur ta' BIC indirizzabbli” tfisser entità illi: (a) iżomm Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); (b) mhux rikonoxxut bħala parteċipant indirett fil-PM; u (c) huwa korrispondent jew klijent ta' detentur ta' kont PM jew fergħa ta' parteċipant dirett jew indirett fil-PM, u huwa kapaċi jissottometti ordnijiet ta' ħlas lil u jirċievi pagamenti minn sistema ta' komponent TARGET2 permezz tad-detentur tal-kont PM,

 “ditta ta' investiment” tfisser kumpanija ta' investiment skont it-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 )], bl-esklużjoni tal-istituzzjonijiet speċifikati fi [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni hija:

 

(a) awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) intitolata li twettaq attivitajiet msemmija taħt [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE],

▼B

 entry disposition” tfisser fażi tal-ipproċessar ta’ ħlas li matulu [daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] jipprova jissalda ordni ta’ ħlas li jkun ġie aċċettat bis-saħħa tal-Artikolu 14, permezz ta’ proċeduri speċifiċi, kif deskritt fl-Artikolu 20,

▼M2

 “faċilità ta' depożitu” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li l-kontropartijiet jistgħu jużaw biex jagħmlu depożiti matul il-lejl ma' BĊN bir-rata ta' depożitu speċifikata minn qabel.

▼B

 “faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel;

▼M3

 “fergħa” tfisser fergħa kif iddefinita fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

▼B

 “formula għall-ġbir tad-dejta statika” tfisser formula żviluppata minn [daħħal isem il-BĊ] għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikanti għal servizzi tat-TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] u jiġi rreġistrat kwalunkwe tibdil għall-provvista ta’ dawn is-servizzi,

 “fornitur ta’ servizz ta’ netwerk” tfisser l-impriża maħtura mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE biex jipprovdi konnessjonijiet tan-netwerk kompjuterizzati għall-finijiet ta’ sottomissjoni ta’ messaġġi ta’ ħlas fit-TARGET2,

▼M6

 “Fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS” tfisser impriża li: (a) issodisfat l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex tgħaqqad u stabbiliet konnessjoni teknika mal-Pjattaforma TIPS skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti fl-Appendiċi V tal-Anness IIb tal-Linja ta' Gwida BĊE/2012/27; u (b) iffirmat it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS li huma disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE,

▼B

 “Ftehim AL” tfisser il-ftehim dwar il-likwidità aggregata multilaterali li jkun sar bejn il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, għall-finijiet tal-mod AL;

 “funzjonament ħażin tekniku tat-TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter tal-SSP, jew kull ġrajja li tagħmel impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l- ►M6  ipproċessar tal-pagamenti fl-istess jum tan-negozju ◄ fis-sistema komponenti relevanti tat-TARGET2;

 “grupp” tfisser:

 

(a) kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fil-prospetti finanzjarji kkonsolidati ta’ kumpannija parent fejn i-kumpannija parent hija obbligata li tippreżenta prospetti finanzjarji kkonsolidati skont l-International Accounting Standard 27 (IAS 27), adottat bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 ( 9 ) u li tikkonsisti jew f’(i) kumpannija parent u sussidjarja waħda jew iżjed; jew (ii) żewġ sussidjarji jew iżjed ta’ kumpannija parent; jew

(b) kompożizzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu kif imsemmija fis-subparagrafi (a)(i) jew (ii), meta kumpannija parent ma tippreżentax prospetti finanzjarji kkonoslidati skont l-IAS 27, imam għandha tkun tista’ tissodisfa l-kriterji definiti fl-IAS 27 għall-inklużjoni fil-prospetti finanzjarji konsolidati, bla ħsara għall-verifika tal-BĊ tal- ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ dirett jew, fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊN li qed jimmaniġġja;

(c) netwerk bilaterali jew multilaterali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huwa (i) organizzat permezz ta’qafas statutorju li jiddetermina l-affiljazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu ma’ netwerk bħal dan; jew (ii) ikkaratterizzat minn mekkaniżmi awto-organizzati ta’ kooperazzjoni (li jipprommwovu, jappoġġaw u jirrappreżentaw l-interessi tan-negozju tal-membri tiegħu) u/jew solidarjetà ekonomika li tmur lil hinn l-kooperazzjoni ordinarja tas-soltu bejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fejn din il-kooperazzjoni u solidarjetà huma permessi mir-regolamenti jew l-artikoli ta’ inkorporazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew stabbiliti bis-saħħa ta’ ftehim separat;

 u f’kull każ msemmija f’(ċ) il-Kunsill Governattiv tal-BĊE approva l-applikazzjoni għall-kunsiderazzjoni li jikkostitwixxi grupp,

 “Grupp CAI” tfisser grupp kompost minn ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ li jużaw il-metodu CAI;

 “Grupp AL” tfisser grupp kompost minn membri tal-grupp AL li jużaw il-metodu AL;

▼M3

 “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill [u, jekk ikun rilevanti, daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għal skrutinju ta' standard paragunabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,

▼M6

 “jum ta' negozju” jew “jum ta' negozju TARGET2” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuh għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas kif stabbilit fl-Appendici V,

▼M3

 “każ ta' inadempjenza” jfisser każ imminenti jew eżistenti, li meta jiġri jista' jhedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet jew kwalunkwe regoli oħrajn li japplikaw għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-[daħħal isem il-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:

 

(a) meta l-parteċipant ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stabbiliti fl-Artikolu 4 jew ir-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 8(1)(a)(i);

(b) il-ftuħ ta' proceduri ta' insolvenza b'rabta mal-partiċipant;

(c) is-sottomissjoni ta' applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fil-punt (b),

(d) il-ħruġ mill-parteċipant ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw b'rabta ma' kreditu intraday;

(e) id-dħul tal-parteċipant fi ftehim jew arranġament ġenerali volontarju mal-kredituri tiegħu;

(f) fejn il-parteċipant huwa, jew jitiqies mill-BĊ tiegħu li hu, insolventi jew ma jistax iħallas id-djun tiegħu;

▼M6

(g) fejn il-bilanċ ta' kreditu tal-parteċipant fil-kont PM tiegħu, T2S DCA, jew TIPS DCA, jew il-parti kollha jew parti sostanzjali mill-assi tal-parteċipant huma soġġetti għal ordni ta' ffriżar, sekwestru, sekwestru jew kwalunkwe proċedura oħra li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;

▼M3

(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-parteċipant f'sistema ta' komponent ta' TARGET2 oħra u/jew f'sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i) fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekuntrattwali magħmula mill-parteċipant jew li huwa implikat li saret mill-entità skont il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera;

(j) iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom;

▼B

 “każ ta’ infurzar” tfisser fir-rigward ta’ membru tal-grupp AL: (a) kull każ ta’ inadempjenza msemmi fl-Artikolu 34(1); (b) kull każ ieħor ta’ inadempjenza jew każ imsemmi fl-Artikolu 34(2) li fir-rigward tiegħu l-[daħħal isem il-BĊ] iddeċieda, wara li tkun tqieset is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew tal-każ, [Daħħal jekk japplika: [rahan għandu jiġi infurzat skont l-Artikolu 25b] [kollaterali għandha tiġi infurzata skont l-Artikolu 25c] u] tpaċija ta’ talbiet għandha tiġi attivata skont l-Artikolu 26; jew (c) kull deċiżjoni għas-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ aċċess għall-kreditu intraday;

 “Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta’ Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362,

▼M6

 “Kondizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat tat-TIPS fit-TARGET2” tfisser il-kondizzjonijiet li huma stabbiliti fl-Anness IIb,

▼B

 “Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BĊN parteċipanti għal entità li hija eliġibbli biex issir ►M6  parteċipant ◄ ;

 “kont PM” tfisser kont miżmum minn parteċipant fit-TARGET2 fil-PM ma’ BĊ tal-Eurosistema li huwa neċessarju sabiex dan il-parteċipant fit-TARGET2:

 

(a) jissottometti ordnijiet ta’ ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz tat-TARGET2; u

(b) jagħmel saldu ta’ dawn il-ħlasijiet lil dan il-BĊ tal-Eurosistema

▼M6

 “Kont PM marbut” tfisser il-kont PM li miegħu TIPS DCA huwa assoċjat għall-iskop tal-ġestjoni tal-likwidità u l-ħlas tat-tariffi TIPS,

▼M7

 “Modulu ta Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Sitwazzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza,

▼B

 “kreditu intraday” tfisser kreditu estiż għal perjodu ta’ anqas minn jum ta’ negozju,

▼M6

 “Kont ta' Flus Dedikat T2S” (T2S DCA) tfisser kont miżmum minn detentur tad-T2S DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għal ħlasijiet fi flus kontanti b'rabta ma' settlement ta' titoli f'T2S,

▼M6

 “Kont tal-Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2 -[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għall-forniment ta' servizzi ta' ħlas immedjat lill-klijenti tagħha,

▼M3

 “kont Ewlieni PM” ifisser il-kont PM li miegħu huwa marbut ►M6  T2S DCA ◄ u li fuqu kull bilanċ għandu jiġi ripatrijat awtomatikament fl-aħħar tal-jum,

▼M6

 “likwidità disponibbli” tfisser bilanċ ta' kreditu fil-kont PM ta' parteċipant u, jekk applikabbli, kull linja ta' kreditu intraday mogħtija mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti fir-rigward ta' tali kont iżda li għadha ma ġietx miġbuda, jew, jekk applikabbli, naqset l-ammont ta' riżervi pproċessati ta' likwidità fil-kont PM,

▼B

 “Maniġer tal-grupp AL” tfisser membru tal-grupp AL maħtur minn membri oħrajn tal-grupp AL biex jiġġestixxi llikwidità disponibbli fi ħdan il-grupp AL matul il-jum ta’ negozju;

 “Maniġer tal-grupp CAI” tfisser membru tal-grupp CAI maħtur minn membri oħrajn tal-grupp CAI biex jimmoniterja u jiddistribwixxi l-likwidità disponibbli fi ħdan il-grupp CAI matul il-jum ta’ negozju;

 “Membru tal-grupp AL” tfisser ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ fit-TARGET2 li jkun daħal fi ftehim AL.

▼M6

 “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

▼B

 “min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 39 ta’ dan l-Anness, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

 “Mod AL” tfisser l-aggregazzjoni ta’ likwidità disponibbli fuq kontijiet PM;

 “Mod CAI” tfisser il-provvista ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat fir-rigward tal-kontijiet PM permezz tal-ICM,

 “Modulu tal-Informazzjoni u l-Kontroll (ICM - Information and Control Module) tfisser il-modulu SSP li jħalli lil ►M6  detenturi tal-kont PM ◄ jiksbu informazzjoni online u tagħtihom il-possibbiltà li jissottomettu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u jibdew ordnijiet ta’ ħlas backup f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza,

▼M7 —————

▼B

 “Modulu tal-ħlasijiet (PM – Payments Module)” tfisser modulu ta’ SSP li fih isir saldu ta’ ħlasijiet tal-parteċipanti fit-TARGET2 fuq kontijiet PM,

 “opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għal parteċipant li fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali tal-parteċipant li jikkonkludi jew jeżegwixxi l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet,

▼M6

 “Ordni ta' ħlas” tfisser ordni ta' trasferiment ta' kreditu, ordni ta' trasferiment ta' likwidità, struzzjoni ta' debitu dirett, ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM għal T2S DCA jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA,

▼M6

 “ordni ta' ħlas immedjat” tfisser, f'konformità mal-iskema ta' Trasferiment ta' Kreditu Istantanju SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew, struzzjoni ta' ħlas li tista' tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, b'ipproċessar immedjat jew qrib immedjat u notifika lil min iħallas,

▼B

 “ordni ta’ pagament mhux issaldat” tfisser ordni ta’ pagament li mhuwiex issaldat fl-istess jum ta’ negozju bħal dak li fih ikun ġie aċċettat,

 “ordni ta’ trasferiment ta’ kreditu” tfisser struzzjoni minn pagatur biex fondi jkunu disponibbli għal min jirċievi l-ħlas ta’ entrata fil-kotba f’kont PM,

 “ordni ta’ trasferiment ta’ likwidità” tfisser ordni ta ħlas, li l-għan ewlieni tagħha huwa t-trasferiment tal-likwidità bejn żewġ kontijiet differenti tal-istess parteċipant jew ġewwa CAI jew grupp AI,

▼M6

 “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' PM lil TIPS DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn kont PM lil TIPS DCA,

 “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn TIPS DCA lil PM,

▼M6

 “Ordni ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn kont PM għal T2S DCA,

▼B

 “pagatur”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 39 ta’ dan l-Anness, ifisser parteċipant tat-TARGET2 li l-kont PM tiegħu jiġi kkreditat minħabba s-saldu ta’ ordni ta’ ħlas,

 “parteċipant indirett” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita ►M6  l-Unjoni jew iż-ŻEE ◄ , li tkun daħlet fi ftehim ma’ ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ dirett biex tissottometti ordnijiet ta’ pagament u tirċievi pagamenti permezz tal-kont PM ta’ dan il- ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ dirett, u li tkun ġiet rikonoxxuta minn sistema komponenti tat-TARGET2 bħala ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ indirett;

▼M6

 “parteċipant” [jew “parteċipant dirett”] tfisser entità li għandha mill-inqas kont PM wieħed (detentur tal-kont PM) u/jew Kont ta' Flus Dedikat T2S wieħed (detentur T2S DCA) u/jew Kont ta' Flus Dedikat TIPS (detentur TIPS DCA) ma' BĊ tal-Eurosistema,

▼B

 “parteċipant li jagħti l-istruzzjoni” tfisser parteċipant tat-TARGET2 li jkun beda ordni ta’ ħlas,

 “parteċipant tat-TARGET2” tfisser kull parteċipant f’kwalunkwe sistema ta’ komponent TARGET2,

 “Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika waħda pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-SSP;

▼M6

 “Pjattaforma TIPS” tfisser l-infrastruttura unika ta' pjattaforma teknika pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS,

▼B

 “proċeduri ta’ insolvenza” tfisser proċeduri ta’ insolvenza skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli ( 10 ).

▼M2

 “rata tal-faċilità ta' depożitu” tfisser ir-rata tal-imgħax applikabbli għall-faċilità ta' depożitu,

▼B

 “rata ta’ self marginali” tfisser ir-rata ta’ imgħax applikabbli għall-facilità ta’ self marginali;

▼M6

 “Rikjesta għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, messaġġ minn detentur TIPS DCA li jitlob rimborż ta' ordni ta' ħlas istantanju stabbilit,

 “Servizz ta' Saldu ta' Ħlas Istantanju TARGET (TIPS)” tfisser il-ħlas fi flus tal-bank ċentrali ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji fuq il-Pjattaforma TIPS,

▼M6

 “sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE ( 11 ), li fiha ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irrekordjati jew (a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2, b'konformità ma' din il-Linja Gwida ECB/2012/27 ( 12 ) u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema,

▼B

 “sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalsiasi sistema real-time gross settlement (RTGS) ta’ wieħed mill-BĊi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2;

▼M7

 “Soluzzjoni ta’ Kontingenza” tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza,

▼B

 “sospensjoni” (suspension) tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta’ xi parteċipant għal perijodu ta’ żmien li jiġi ddeterminat minn [niżżel l-isem tal-BĊ],

 “Speċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)” tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettal kif parteċipant jinteraġixxi mat-TARGET2,

 “struzzjoni ta’ debitu dirett” tfisser struzzjoni minn min jirċievi l-ħlas sottomessa lill-BĊ tiegħu li bis-saħħa tagħha l-BĊ tal-pagatur jiddebita l-kont tal-pagatur bl-ammont speċifikat fl-istruzzjoni, fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ debitu dirett,

 “TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż]” tfisser is-sistemi komponenti TARGET2 [daħħal isem il-BĊ],

 “TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2 tal-BĊi,

▼M6

 “Tweġiba ta' irtirar pożittiv” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, ordni ta' ħlas mibdija mir-riċevitur ta' rikjesta għall-irtirar, b'risposta għal rikjesta għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent tar-rikjesta għall-irtirar.

▼M3

Artikolu 1a

Kamp ta' applikazzjoni

Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d-detentur tal-kont PM tiegħu għal dak li jirrigwarda l-Ftuħ u l-Operazzjoni tal-kont PM.

▼B

Artikolu 2

Appendiċijiet

1.  L-Appendiċijiet li ġejjin jiffurmaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet:

Appendiċi I: Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas

Appendiċi II: Skema ta’ kumpens TARGET2

Appendiċi III: Termini ta’ referenza għall-kapaċità u opinjonijiet tal-pajjiż

Appendiċi IV: Proċeduri ta’ kontinwità tan-negożju u ta’ kontinġenza

Appendiċi V: Skeda tal-operat

Appendiċi VI: Skeda tad-drittijiet u fatturar

Appendiċi VII: Ftehim ta’ likwidità aggregata

2.  Fil-każ ta’ kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta’ kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta’ kull dispożizzjoni oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet, dan tal-aħħar għandu jiddomina.

▼M6

Artikolu 3

Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2

1.  TARGET2 jipprovdi ħlas gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs għall-fini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u T2S DCAs għall-iskop ta' pagamenti istantanji.

2.  It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma pproċessati fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:

(a) tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(b) saldu tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;

(c) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir transkonfinali

(d) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika;

(e) ħlas tal-parti tal-flus kontanti ta' tranżazzjonijiet ta' titoli;

(f) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA;

(fa) ordnijiet ta' ħlas istantanju;

(fb) tweġibiet għall-irtirar pożittivi;

(fc) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA; u

(g) kull tranżazzjoni oħra f'euro indirizzata lill-parteċipanti tat-TARGET2.

3.  TARGET2 jipprovdi saldu gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, b'saldu fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs u TIPS DCAs. TARGET2 hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar irċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa stabbilit teknikament u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma TIPS.

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊi li jipprovdu l-SSP u/jew tal-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], li ghalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 31 hawn taħt. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn id-detenturi tal-kont PM u l-BĊN li jipprovdu l-SSP meta xi waħda minn dawn tal-aħħar taġixxi f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li detentur tal-kont tal-PM jirċievi minn, jew jibgħat lil, l-SSP fir-rigward tas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet jitqiesu li ġew irċevuti minn, jew mibgħuta lil [daħħal isem il-BĊ].

5.  It-TARGET2 huwa legalment strutturat bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas magħmula mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2, li huma indikati bħala “sistemi” skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. It-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija indikata bħala “sistema” skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE].

6.  Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tal-parteċipanti fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas taħt dawn il-Kundizzjonijiet (Titolu IV u Appendiċi I) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew ħlasijiet irċevuti minn kwalunkwe detentur ta' kont PM.

▼B



TITOLU II

IL-PARTEĊIPAZZJONI

Artikolu 4

Il-kriterji tal-għażla

1.  It-tipi ta’ entitajiet li ġejjin huma eliġibbli għall-parteċipazzjoni diretta fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]:

▼M6

(a) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(b) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

▼B

(c) BCNi ta’ Stati Membri u l-BĊE,

sakemm l-entitajiet imsemmijin ►M6  punti (a) u (b) ◄ mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala parteċipanti diretti

▼M7

(a) id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;

▼B

(b) korpi tas-settur pubbliku ta’ Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

▼M7

(c)

 

(i) ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii) ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

▼M6

(d) entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u li jaġixxu f'dik il-kapaċità; u

▼B

(e) istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati ►M6  fil-punti (a) sa (d) ◄ , fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni daħal fi ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm is-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni.

3.  L-istituzzjonijiet ta flus elettroniċi, fit-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 1(3)(a) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE] ( 13 ) m’humiex intitolati jipparteċipaw fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

Artikolu 5

Parteċipanti diretti

1.  Il-parteċipanti diretti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenzagħall-BĊ/pajjiż] għandhom iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1) u (2). Għandu jkollhom tal-anqas kont PM wieħed ma’ [niżżel l-isem tal-BĊ].

2.   ►M3  Id-detenturi ta' kont PM ◄ jistgħu jindikaw detenturi tal-BIC indirizzabbli, irrispettivament mill-post fejn huma inkorporati.

▼M6

3.  Id-detenturi tal-kont PM jistgħu jaħtru entitajiet bħala parteċipanti indiretti fil-PM, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 jintlaħqu.

▼B

4.  Aċċess għal iktar minn indirizzat wieħed permezz tal-fergħat kif ġej:

(a) Istituzzjoni ta’ kreditu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), li tkun ġiet aċċettata bħala ►M3  detentur ta' kont PM ◄ , tista’ tagħti aċċess lill-kont PM tagħha lil wieħed jew aktar mill-fergħat tagħha li jinsabu ►M6  l-Unjoni jew fiż-ŻEE ◄ , sabiex tibgħat ordnijiet ta’ ħlas u/jew tirċievi ħlasijiet direttament, bil-kundizzjoni li [niżżel l-isem tal-BĊ] jkun informa kif xieraq;

(b) Meta fergħa ta’ istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet aċċettata bħala ►M3  detentur ta' kont PM ◄ , il-fergħat l-oħra tal-istess entità legali u/jew l-uffiċċju ewlieni tagħha, fiż-żewġ każijiet bil-kundizzjoni li jinsabu ►M6  l-Unjoni jew fiż-ŻEE ◄ , jistgħu jaċċessaw il-kont PM tal-fergħa, bil-kundizzjoni li tkun infurmat lil [niżżel l-isem tal-BĊ].

Artikolu 6

Detenturi ta' kont PM

1.  Kull wieħed mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti ►M6  l-Unjoni jew fiż-ŻEE ◄ jistgħu jidħlu f’kuntratt ma’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ wieħed li huwa jew istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), jew BĊ, biex jibagħtu ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievu ħlasijiet, u biex iħallsuhom permezz tal-kont PM ta’ dak ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ . It-TARGET2-[daħħal ir-referenzagħall-BĊ/pajjiż] għandu jagħraf parteċipanti indiretti billi jirreġistra din il-parteċipazzjoni indiretta fid-direttorju tat-TARGET2, dan tal-aħħar kif deskritt fl-Artikolu 9.

2.  Meta ►M3  detentur ta' kont PM ◄ , li huwa istituzzjoni ta’ kreditu fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u ►M3  detentur ta' kont PM ◄ jappartienu għall-istess grupp, ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ jista’ jawtorizza b’mod espliċitu lill-parteċipant indirett biex juża l-kont PM ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ biex jibgħat ordnijiet ta’ ħlas u/jew jirċievi ħlasijiet permezz ta’ aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed relatat ma’ grupp.

Artikolu 7

Responsabbiltà ►M3  detentur ta' kont PM ◄

1.  Biex jiġi evitat kull dubju, ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta jew ħlasijiet irċevuti minn ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ bis-saħħa tal-Artikolu 6, u minn fergħat skont l-Artikolu 5(4), għandhom jitqiesu li ntbagħtu jew li ġew irċevuti ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ innifsu.

2.   ►M3  Id-detentur ta' kont PM ◄ għandu jkun marbut b’dawn l-ordnijiet ta’ ħlas, irrispettivament mill-kontenut jew kull nuqqas ta’ ħarsien tal-arranġamenti kuntrattwali jew ta’ xort’oħra, bejn dak ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ u kull waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

▼M6

3.  Detentur ta' kont PM li jaċċetta l-kont PM tiegħu jiġi indikat bħala l-kont PM Ewlieni għandu jkun marbut bi kwalunkwe fattura relatata mal-ftuħ u l-operazzjoni ta' kull Kont ta' Flus Dedikat marbut ma' dak il-kont PM, kif stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, irrispettivament mill-kontenut ta', jew kull nuqqas ta' konformità ma', l-ftehim kuntrattwali jew xorta oħra bejn id-detentur tal-kont PM u d-detentur T2S DCA.

▼M3

4.  Detentur ta' kont PM Ewlieni għandu jkun marbut b'kull fattura, kif jidher fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, għal konnessjoni ma' kull ►M6  T2S DCA ◄ li miegħu huwa marbut kont PM

▼M4

5.  Detentur tal-Kont PM li jkollu wkoll ►M6  T2S DCA ◄ użat għall-awtokollateralizzazzjoni għandu jkun responsabbli għal kull penali miġbura skont il-paragrafu 9(d) tal-Anness IIIa.

▼M6

6.  Detentur tal-kont PM li jaċċetta l-kont PM tiegħu li għandu jiġi indikat bħala l-kont PM Marbut għandu jkun marbut minn kwalunkwe fattura relatata mal-ftuħ u t-tħaddim ta' kull TIPS DCA marbuta ma' dak il-kont PM, kif stabbilit fl-Appendiċi VI ta' dan l-Anness, irrispettivament mill-kontenut ta', jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra bejn dak id-detentur tal-kont PM u d-detentur TIPS DCA. Kont PM Marbut jista' jkun marbut ma' massimu ta' 10 TIPS DCAs.

7.  Id-detentur ta' kont PM marbut għandu jkollu ħarsa ġenerali tal-likwidità disponibbli fuq it-TIPS DCA marbuta ma' dak il-kont PM u jiżgura li d-detenturi TIPS DCA ikunu konxji mir-responsabbiltà tagħhom li jiġġestixxu dik il-likwidità.

▼B

Artikolu 8

Procedura tal-applikazzjoni

1.  Biex jissieħbu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti applikanti għandhom:

(a) jissodisfaw ir-rekwiziti tekniċi li ġejjin:

(i) jinstallaw, jamministraw, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex jikkonnettjaw mat- ►M6  il-Pjattaforma SSP ◄ u jdaħħlu ordnijiet ta’ ħlas fis-sistema. Meta jagħmlu hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil terzi partijiet, imma jibqgħu unikament responsabbli. B’mod partikolari, l-applikanti parteċipanti għandhom jidħlu fi ftehim mal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ biex jiksbu l-konnessjoni u l-permessi meħtieġa, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi I; u

(ii) ikunu għaddew it-testijiet stipulati minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; u

(b) jissodisfaw ir-rekwiziti legali li gejjin:

(i) jagħtu opinjoni ta’ kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f’din l-opinjoni ta’ kapaċità ikunu diġà ġew mogħtija minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor; u

▼M7

(ii) għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u fl-Artikolu 4(2)(c)(ii), jagħtu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f’din l-opinjoni nazzjonali jkunu diġà nkisbu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor.

▼B

2.  L-applikanti għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal l-isem tal-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:

(a) formoli kompluti ta’ ġbir ta’ dejta statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ],

(b) l-opinjoni ta’ kapaċità, jekk mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ], u

(c) l-opinjoni nazzjonali, jekk mitluba minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jitlob ukoll kull informazzjoni addizzjonali li jqis xierqa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni.

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni jekk:

(a) ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta’ aċċess imsemmija fl-Artikolu 4;

(b) ma jiġux sodisfatti waħda jew iżjed mill-kriterji ta’ parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew

(c) fil-valutazzjoni ta’ [daħħal isem il-BĊ], tali parteċipazzjoni tipperikola l-istabbiltà, sodizza u sigurtà kumplessivi tat-TARGET2 [daħħal BĊ/- referenza tal-pajjiż] jew ta’ kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola t-twettiq tal-funzjonijiet ta’ [daħħal isem il-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza.

5.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika lill-applikant, id-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni fi żmien xahar minn meta l- [niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi l-applikazzjoni għall-parteċipazzjoni. Meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant. Kull deċiżjoni ta’ ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

Artikolu 9

Direttorju tat-TARGET2

1.  Id-direttorju tat-TARGET2 huwa d-database tal-BICs użati għar-routing ta’ ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil:

(a)  ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ u l-friegħi tagħhom b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed;

(b)  ►M3  detenturi ta' kont PM ◄ , inklużi dawk b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed; u

(c) detenturi ta’ BIC indirizzabbli tat-TARGET2.

Għandu jiġi aġġornat kull ġimgħa.

2.  Sakemm ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ ma jitlobx mod ieħor, il-BIC(s) għandhom jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2.

3.   ►M3  Id-detenturi ta' kont PM ◄ jistgħu jqassmu biss id-direttorju tat-TARGET2 lill-fergħat tagħhom u lill-entitajiet b’aċċess b’aktar minn destinatarju wieħed.

4.  L-entitajiet speċifikati fil-paragrafu 1(b) u (c) għandhom biss jużaw il-BIC tagħhom fir-rigward ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ wieħed.

5.   ►M3  Id-detenturi ta' kont PM ◄ jirrikonoxxu li l-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħrajn jistgħu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-BICs. Barra minn hekk, l-ismijiet u l-BICs ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ reġistrati minn ►M3  detentur ta' kont PM ◄ jistgħu jiġu ppub- blikati u ►M3  detentur ta' kont PM ◄ għandhom jiżguraw li ►M3  detentur ta' kont PM ◄ jkunu ftehmu fuq dik il-pubblikazzjoni.



TITOLU III

OBBLIGI TAL-PARTIJIET

Artikolu 10

Obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti

1.  Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu joffri s-servizzi deskritti fit-Titolu IV. Bla ħsara għal kif stipulat xort’oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet jew kif mitlub mil-liġi, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġonevoli skont is-setgħat tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.

2.  Il-parteċipanti għandhom iħallsu lil [daħħal l-isem tal-BĊ] it-tariffi stabbiliti fl-Appendiċi VI.

3.  Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li huma konnessi mat-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fil-jiem tax-xogħol, skont l-iskeda tal-operat fl-Appendiċi V.

4.  Il-parteċipant jiżgura u jiggarantixxi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja li tapplika għalih jew xi ftehim li bih huwa jkun marbut.

Artikolu 11

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.  Fit-twettiq ta-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lill-parteċipanti fir-rigward ta’ diffikultajiet li jinqalgħu b’konnessjoni mal-operazzjonijiet tas-sistema.

3.   ►M6  Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) fuq paġna web apposta fuq il-websajt tal-BĊE. ◄ It-T2IS tista’ tintuża biex tinkiseb informazzjoni dwar kull każ li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jew jikkomunika messaġġi lill-parteċipanti permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM jew permezz ta’ kull mezz ieħor ta’ komunikazzjoni.

▼M6

4a.  Id-detentur tal-kont PM Marbut għandu jkun responsabbli biex jinforma f'waqtu lid-detenturi TIPS DCA tiegħu b'kull messaġġ rilevanti dwar il-messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM, inklużi dawk relatati mas-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' kwalunkwe parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

▼B

5.  Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika ġdida lil [daħal-isem tal-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta’ informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] mill-[daħħa l-isem tal-BC].

6.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat jikkomunika lill-BĊi li jipprovdu l-SSP kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li l-BĊi li jipprovdu l-SSP jista’ jkollhom bżonn fir-rwol tagħhom ta’ amministraturi tas-servizz, skont il-kuntratt fis-seħħ mal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ .

7.  Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom.

8.  Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [niżżel l-isem tal-BĊ] dwar:

(a) kull parteċipant indirett ġdid, detentur ta’ BIC indirizzabbli jew entità b’aċċess b’aktar minn indirizzat wieħed li huma jirreġistraw; u

(b) kull tibdil għall-entitajiet elenkati fil-paragrafu (a).

▼M7

9.  Il-parteċipanti għandhom immedjatament jinformaw lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk humiex soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ) jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.

▼B



TITOLU IV

AMMINISTRAZZJONI TA’ KONTIJIET PM U PPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET TA’ ĦLAS

Artikolu 12

Ftuħ u amministrazzjoni ta’ kontijiet PM

1.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont PM wieħed għal kull parteċipant. Fuq talba ta’ parteċipant li jaġixxi bħala bank ta’ settlement, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ subkont wieħed jew iżjed fit-TARGET2-[daħħal BĊ/pajjiż ta’ referenza] li jintuża biex tiġi ddedikata l-likwidità.

2.  [Daħħal jekk applikabbli: M’għandu jitħalla l-ebda bilanċ ta’ debitu fil-kontijiet PM].

3.  [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu u fit-tmiem tal-jum tan-negozju, għandu jkun hemm bilanċ żero fil-kontijiet PM. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jkunu taw struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jittrasferixxi kull bilanċ fi tmiem il-jum tan-negozju għall-kont indikat mill-parteċipant].

4.  [Daħħal jekk applikabbli: Fil-bidu tal-jum ta’ negozju li jmiss, dan il-bilanċ għandu jiġi ttrasferit mill-ġdid għall-kont PM tal-parteċipant].

▼M2

5.  Il-kontijiet PM u s-sottokontijiet tagħhom għandhom jiġu rremunerati bir-rata ta' żero fil-mija jew ir-rata tal-faċilità ta' depożitu, skont liema tkun l-aktar baxxa, ħlief jekk jintużaw biex iżommu r-riżervi minimi meħtieġa. F'dak il-każ, il-kalkolu u l-ħlas ta' remunerazzjoni għaż-żamma ta' riżervi minimi għandhom jiġu rregolati mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 tat-23 Novembru 1998 li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni ta' riservi minimi tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 15 ) u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni ta' riżervi minimi (BĊE/2003/9) ( 16 ).

▼B

6.  Minbarra s-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-Modulu tal-Ħlasijiet, kont PM jista’ jintuża biex jitħallsu ordnijiet ta’ ħlas lil u minn Home Accounts skont ir-regoli stabbiliti minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

7.  Il-parteċipanti għandhom jużaw l-ICM biex jiksbu informazzjoni dwar il-pożizzjoni tagħhom tal-likwidità. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipprovdi rendikont ta’ kuljum tal-kontijiet lil kull parteċipant li jkun talab dan is-servizz.

Artikolu 13

Tipi ta’ ordnijiet ta’ ħlas

▼M3

Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet ta' TARGET2:

(a) ordnijiet ta' trasferiment ta' kreditu;

(b) istruzzjoni ta' debitu dirett irċevuti taħt awtorizzazzjoni ta' debitu dirett;

▼M6

(c) ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità;

(d) ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA; u

▼M6

(e) ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità minn PM lil TIPS DCA.

▼B

Artikolu 14

Aċċettazzjoni u ċaħda ta’ ordnijiet ta’ ħlas

1.  Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn parteċipanti jitqiesu li ġew aċċettati minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:

(a) il-messaġġ ta’ ħlas huwa konformi mar-regoli stabbiliti mill- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ ;

(b) il-messaġġ ta’ħlashuwakonformi mar-regoli ta’l-ifformattjar u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-[niżżel ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], u jgħaddi d-double entry check, deskritta fl-Appendiċi I; u

(c) fil-każ li xi pagatur jew min jitħallas ikunu ġew sospiżi, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċħad minnufih kull ordni ta’ ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipant b’kull ċaħda ta’ xi ordni ta’ ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I.

▼M6

3.  L-SSP jehmeż it-timbru tal-ħin tiegħu għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sekwenza ta' kif jiġu rċevuti.

▼B

Artikolu 15

Regoli ta’ prijorità

1.  Il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet għandhom jindikaw kull ordni ta’ ħlas bħala waħda minn dawn li ġejjin:

(a) ordni ta’ ħlas normali (klassi ta’ prijorità 2);

(b) ordni ta’ ħlas urġenti (klassi ta’ prijorità 1); jew

(c) ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (klassi ta’ prijorità 0).

Jekk ordni ta’ ħlas ma tindikax il-prijorità, għandha tiġi kkunsidrata bħala ordni ta’ ħlas normali.

▼M6

2.  Ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna jistgħu jiġu indikati hekk minn:

(a) CBs; u

(b) parteċipanti, f'każijiet ta' ħlasijiet lil u minn CLS International Bank, bl-eċċezzjoni ta' ħlasijiet relatati mas-servizz CLS CCP, u trasferimenti ta' likwidità f'relazzjoni ma' soluzzjoni ta' sistema ta' saldu anċillari li tuża l-ASI.

L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha sottomessi minn sistema anċillari permezz tal-ASI biex jiddebitaw jew jikkreditaw il-kontijiet PM tal-parteċipanti u l-ordnijiet kollha ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA sottomessi għandhom jitqiesu bħala ordnijiet ta' ħlas urġenti ħafna.

▼B

3.  Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin permezz tal-ICM huma ordnijiet ta’ ħlas urġenti.

4.  Fil-każ ta’ ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali, il-pagatur jista’ jibdel il-prijorità permezz tal-ICM b’effett immedjat. M’għandux ikun possibbli li tinbidel il-prijorità ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna.

Artikolu 16

Limiti ta’ likwidità

1.  Parteċipant jista’ jillimita l-użu ta’ likwidità disponibbli għal ordnijiet ta’ ħlas fir-rigward ta’ parteċipanti oħra tat-TARGET2, ħlief fir-rigward ta’ xi wieħed mill-BĊi, billi jiffissa limiti bilaterali jew multilaterali. Dawn il-limiti jistgħu jiġu ffissati biss fir-rigward ta’ ordnijiet ta’ ħlas normali.

2.  Il-limiti jistghu jigu stabbiliti biss b’rabta ma’ grupp AL kollu. Il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kont PM wieħed ta’ membru ta’ grupp AL.

3.  Meta parteċipant jiffissa limitu bilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata m’għandhiex tiġi mħallsa, jekk is-somma tiegħu tal-ordnijiet ta’ ħlas normali dovuti lill-kont PM (outgoing) ta’ parteċipant ieħor tat-TARGET2, imnaqqsa bis-somma ta’ kull ħlas urġenti u normali dovuti mill-kont PM (incoming) ta’ dak il-parteċipant tat-TARGET2, teċċedi dan il-limitu bilaterali.

4.  Parteċipant jista’ jiffissa limitu multilaterali għal kull relazzjoni li mhix suġġetta għal limitu bilaterali. Limitu multilaterali jista’ jiġi ffissat biss jekk il-parteċipant ikun iffissa tal-anqas limitu bilaterali wieħed. Jekk xi parteċipant jiffissa limitu multilaterali, huwa jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li ordni ta’ ħlas aċċettata m’għandhiex tiġi mħallsa, jekk it-total tal-ħlasijiet normali tiegħu dovuti lill-kontijiet PM tal-parteċipanti kollha tat-TARGET2 li għalihom ma jkun ġie iffissat l-ebda limitu bilaterali, imnaqqsa bit-total tal-ħlasijiet urġenti u normali dovuti minn dawk il-kontijiet PM, teċċedi dan il-limitu multilaterali.

5.  L-ammont minimu ta’ kull limitu għandu jkun ta’ EUR 1 miljun. Limitu bilaterali jew multilaterali b’ammont ta’ żero għandu jiġi ttrattat daqslikieku m’għandux limitu. Limiti bejn żero u EUR 1 miljun m’humiex possibbli.

6.  Il-limiti jistgħu jinbidlu f’ħin reali b’effett immedjat jew b’effett mill-jum tan-negozju li jmiss permezz tal-ICM. Jekk xi limitu jinġieb lura għal żero, m’għandux ikun possibbli li jerġa’ jinbidel fl-istess jum tan-negozju. L-iffissar ta’ limitu ġdid bilaterali jew multilaterali għandu jkun effettiv biss mill-jum ta’ negozju li jmiss.

Artikolu 17

Faċilitajiet ta’ riżerva ta’ likwidità

1.  Il-parteċipanti jistgħu permezz tal-ICM jirriżervaw likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna.

2.  Il-maniġer tal-grupp AL jista’ biss jirriżerva likwidità għall-grupp AL fl-intier kollu tiegħu. Il-likwidità m’għandhiex tkun irriżervata għal kontijiet waħdiena ġol-grupp AL.

3.  Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta’ likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iħallas biss ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna.

4.  Meta jitlob biex jirriżerva ċertu ammont ta’ likwidità għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti, parteċipant jagħti struzzjonijiet lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex iħallas ordnijiet ta’ ħlas normali jekk ikun hemm likwidità disponibbli wara li jitnaqqas l-ammont irriżervat għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna.

5.  After receipt of the reservation request the [insert name of CB] shall check whether the amount of liquidity on the participant’s PM account is sufficient for the reservation. If this is not the case, only the liquidity available on the PM account shall be reserved. Il-bqija tal-likwidità mitluba għandha tiġi rriżervata jekk ikun hemm likwidità addizzjonali disponibbli.

6.  Il-livell ta’ riżerva ta’ likwidità jista’ jinbel. Il-parteċipanti jistgħu jagħmlu talba permezz tal-ICM biex jirriżervaw ammonti ġodda b’effett immedjat jew b’effett mill-jum tan-negozju li jkun imiss.

Artikolu 17a

Struzzjonijiet permanenti għar-riżerva tal-likwidità u d-dedikazzjoni tal-likwidità

1.  Il-parteċipanti jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità riżervat għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jew urġenti permezz tal-ICM. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss.

2.  Il-parteċipanti permezz tal-ICM jistgħu jiddefinixxu minn qabel l-ammont bażiku ta’ likwidità mpoġġi għal settlement tas-sistema anċillari. Struzzjoni permanenti jew bidla fl-istruzzjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tan-negozju li jmiss. Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lill-[daħħal isem il-BĊ] biex jiddedika l-likwidità f’isimhom jekk is-sistema anċillari rilevanti titlob hekk.

Artikolu 18

Ħinijiet predeterminati għas-saldu

1.  Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jiddeterminaw minn qabel, f’jum tan-negozju, il-ħin meta għandu jsir is-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas billi jużaw l-“Earliest Debit Time Indicator” jew il-“Latest Debit Time Indicator”.

2.  Meta jintuża l-Earliest Debit Time Indicator, l-ordni għall-ħlas aċċettata tinħażen u tiddaħħal biss fl-entry disposition fil-ħin indikat.

3.  Meta jintuża l-“Latest Debit Time Indication”, l-ordni ta’ ħlas aċċettata għandha tiġi rritornata lura bħala mhux saldat jekk ma tkunx tista tiġi saldata sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu ddefinit, għandha tintbagħat notifika awtomatika permezz tal-ICM lill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet. Il-parteċipant li jagħti struzzjonijiet jista’ juża wkoll l-“Latest Debit Time Indicator” bħala indikatur ta’ twissija biss. F’każijiet bħal dawn l-ordni għall-ħlas ikkonċernata m’għandhiex tintbagħat lura.

4.  Parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet jistgħu jibdlu l-“Earliest Debit Time Indicato” u l-“Latest Debit Time Indicato” permezz tal-ICM.

5.  Aktar dettalji tekniċi jinsabu fl-Appendiċi I.

Artikolu 19

Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn qabel

1.  Ordnijiet ta’ ħlas jistgħu jintbagħtu sa ħamest ijiem tan-negozju qabel id-data speċifikata tas-saldu (ordnijiet ta’ ħlas maħżuna).

2.  Ordnijiet ta’ ħlas maħżuna għandhom ikunu aċċettati u jiddaħħlu fl-entry disposition fid-data speċifikata mill-parteċipant li jagħti struzzjonijiet fil-bidu tal-fażi operattiva ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V. Dawn għandhom jitqiegħdu qabel ordnijiet ta’ ħlas tal-istess prijorità.

3.  L-Artikoli 15(3), 22(2) u 29(1)(a) għandhom japplikaw mutatis mutandis għal ordnijiet ta’ ħlas maħżuna.

Artikolu 20

Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fl-entry disposition

1.  Sakemm il-parteċipanti li jagħtu struzzjonijiet ikunu indikaw il-ħin tas-saldu fil-mod deskritt fl-Artikolu 18, għandu jsir saldu minufih tal-ordnijiet ta’ ħlas aċċettati jew sa mhux aktar tard mit-tmiem il-jum tan-negozju li fih ikunu ġew aċċettati, bil-kundizzjoni li jkun hemm fondi disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur, u wara li jitqiesu kull limitu u kull riżerva ta’ likwidità kif imsemmi fl-Artikoli 16 u 17.

2.  Fondi jistgħu jiġu pprovduti:

(a) mil-likwidità disponibbli fil-kont PM; jew

(b) mill-ħlasijiet dovuti minn parteċipanti oħra (incoming) tat-TARGET2, bla ħsara għall-proċeduri applikabbli ta’ titjib.

3.  Għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna għandu japplika l-prinċipju FIFO (“l- ewwel ġewwa, l-ewwel barra”). Dan ifisser li ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna għandhom għandu jkun hemm saldu tagħhom f’ordni kronoloġika. Ordnijiet ta’ ħlas urġenti u normali m’għandhomx ikollhom saldu fil-każ li ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna jkunu qiegħdin fi kju.

4.  Għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti għandu japplika wkoll il-prinċipju FIFO. M’għandux ikun hemm saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas normali jekk ordnijiet ta’ ħlas urġenti u urġenti ħafna jitqiegħdu fil-kju.

5.  B’deroga mill-paragrafi 3 u 4, ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità aktar baxxa (jew tal-istess prijorità imma aċċettati aktar tard) jistgħu jkollhom saldu qabel ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità ogħla (jew tal-istess prijorità imma aċċettati aktar kmieni), jekk l-ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità aktar baxxa joħolqu netting ma’ ħlasijiet li jkunu għad iridu jiġu rċevuti u jekk jirriżultaw f’bilanċ f’żieda ta’ likwidità għall-pagatur.

6.  Ordnijiet ta’ ħlas normali għandhom ikollhom saldu skont il-prinċipju tal-FIFO tal-by-passing. Dan ifisser li jista’ jkun hemm saldu tagħhom minnufih (indipendentament minn ħlasijiet normali oħra mqiegħda fi kju jistennew ikun hemm saldu tagħhom, aċċettati f’xi ħin qabel) u għalhekk jistgħu jiksru l-prinċipju FIFO, sakemm ikun hemm biżżejjed fondi.

7.  Iktar dettalji għas-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition jinsabu fl-Appendiċi I.

Artikolu 21

Saldu u ritorn ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju

1.  Fejn ma jkunx hemm saldu immedjat ta’ ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition, għandhom jitpoġġew fil-kju skont il-prijorità li jkun tahom il-parteċipant relevanti, kif imsemmi fl-Artikolu 15.

2.  Biex jittejjeb is-settlement tal-ordnijiet tal-ħlas fil-kju, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ juża l-proċeduri ta’ titjib deskritti fl-Appendiċi I.

3.  Ħlief għall-ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna, il-pagatur jista’ jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordnijiet ta’ ħlas fi kju (jiġifieri jibdilhom l-ordni) permezz tal-ICM. L-ordnijiet tal-ħlas jistgħu jitressqu jew ’il quddiem jew lejn l-aħħar tal-kju rispettiv b’effett immedjat fi kwalunkwe ħin matul l-ipproċessar ta’ bi nhar, kif imsemmi fl-Appendiċi V.

4.  Fuq talba tal-pagatur, il-[daħħal l-isem tal-BĊ], jew fil-każ ta’ grupp AL, il-BĊ tal-maniġer tal-grupp AL jista’ jiddeċiedi li jibdel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni ta’ ħlas urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ saldu 5 u 6) iżda din il-bidla m’għandhiex taffettwa s- saldu mingħajr xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma tagħtix lok b’xi mod għal riskju sistemiku.

5.  Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità mibdijin fl-ICM għandhom jiġu ritornati minnufih bħala mingħajr saldu jekk ma jkunx hemm biżżejjed likwidità. Ordnijiet ta’ ħlas oħrajn għandhom jiġu rritornati bħala mhemmx saldu jekk ma jkunux jistgħu jitħallsu sal-ħinijiet massimi stabbiliti għat-tip ta’ messaġġ rilevanti, kif speċifikat fl-Appendiċi V.

Artikolu 22

L-entrata ta’ ordnijiet ta’ trasferiment fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom;

1.  Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dan l-Artikolu tad-Direttiva 98/26/KE], l-ordnijiet ta’ ħlas jitqiesu li jiddaħħlu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fil-mument li l-kont PM tal-parteċipant rilevanti huwa ddebitat.

2.  Ordnijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu rrevokati sakemm jiddaħħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] skont il-paragrafu 1. L-ordnijiet ta’ ħlas li huma inklużi f’xi algoriżmu, kif imsemmi fl-Appendiċi I, ma jistgħux jiġu rrevokati matul il-perijodu li l-algoriżmu jkun qed jaħdem.



TITOLU V

L-IPPULJAR TA’ LIKWIDITÀ

Artikolu 23

Arrangamenti għall-ippuljar ta’ likwidità

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri modalità ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat (CAI) u modalità ta’ likwidità aggregata (AL).

Artikolu 24

Modalità ta’ informazzjoni ta’ kont ikkonsolidat

1.  Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità CAI:

(a) istituzzjoni ta’ kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), iżda l-entitajiet ikkonċernati għandu jkollhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(b) żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta’ kreditu li jappartjenu għall-istess grupp u/jew il-fergħat tagħhom, kull wieħed ikollu kont PM wieħed jew aktar identifikati minn BICs differenti.

2.  

(a) Skont il-modalità CAI, kull membru tal-grupp CAI u l-BĊi rispettivi tagħhom jingħataw il-lista ta’ kontijiet PM tal-membri tal-grupp u l-informazzjoni addizzjonali li ġejja kkonsolidata fil-livell tal-grupp CAI:

(i) linji ta’ kreditu intraday (jekk japplikaw);

(ii) bilanċi, inklużi bilanċi f’subkontijiet;

(iii) fatturat;

(iv) ħlasijiet li sar is-saldu tagħhom;

(v) ordnijiet ta’ ħlas fil-kju,

(b) Il-maniġer tal-grupp CAI u l-BĊ rispettiv għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar kull element indikat hawn fuq fir-rigward ta’ kull kont PM tal-grupp CAI.

(c) L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu hija pprovduta permezz tal-ICM.

3.  Il-maniġer tal-grupp CAI għandu jkun intitolat jibda trasferimenti ta’ likwidità permezz tal-ICM bejn il-kontijiet PM, inklużi s-subkontijiet tagħhom, li jiffurmaw parti mill-istess grupp CAI.

4.  Grupp CAI jista’ jinkludi wkoll kontijiet PM li huma inklużi fi grupp AL. F’dan il-każ, il-kontijiet PM kollha tal-grupp AL għandhom jiffurmaw parti mill-grupp CAI.

5.  Meta żewġ kontijiet PM jew aktar jiffurmaw parti minn grupp AL u, fl-istess waqt, minn grupp CAI (li jkopri kontijiet PM addizzjonali), ir-regoli applikabbli għall-grupp AL għandhom jiddominaw fir-rigward tar-relazzjoni ġewwa l-grupp AL.

6.  Grupp CAI, li jinkludi l-kontijiet PM ta’ grupp AL, jista’ jaħtar maniġer tal-grupp CAI li huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL.

7.  Il-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità AL, stabbilita fl-Artikolu 25(4) u (5), għandha tapplika mutatis mutandis għall-proċedura biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-modalità CAI. Il-maniġer tal-grupp CAI m’għandux jindirizza metodu ta’ ftehim CAI eżegwit lill-BĊN li qed jimmaniġġja.

Artikolu 25

Modalità ta’ likwidità aggregata

1.  Dawn li ġejjin jistgħu jużaw il-modalità AL:

(a) istituzzjoni ta’ kreditu u/jew il-fergħat tagħha (kemm jekk dawn l-entitajiet jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le), iżda l-entitajiet ikkonċernati għandu jkollhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(b) fergħat stabbiliti fiż-żona tal-euro (kemm jekk dawn il-fergħat jipparteċipaw fl-istess sistema komponent tat-TARGET2 jew le) ta’ istituzzjoni ta’ kreditu stabbilita barra ż-żona tal-euro, sakemm dawn il-fergħat għandhom diversi kontijiet PM identifikati minn BICs differenti; jew

(c) żewġ istituzzjonijiet, jew aktar, ta’ kreditu msemmija fis-subparagrafu (a) u/jew fergħat imsemmija fis-subparagrafu (b) li jappartienu għall-istess grupp.

F’kull każ imsemmi fis-subparagrafi (a) sa (c), għandu jkun meħtieġ ukoll li l-entitajiet ikkonċernati jkunu stabbilixxew arranġamenti ta’ kreditu intraday mal-BĊN parteċipanti rispettiv.

2.  Skont il-modalità AL, għall-finijiet li jiġi vverifikat jekk xi ordni ta’ ħlas hijiex koperta biżżejjed, tiġi aggregata l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL. Minkejja dan li ntqal, ir-relazzjoni bilaterali tal-kont PM bejn il-membru tal-grupp AL u l-BĊN AL tiegħu, għandha tibqa’ rregolata mill-arranġamenti tas-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, bla ħsara għat-tibdiliet stabbiliti fil-ftehim AL. Il-kreditu intraday estiż għal kull membru tal-grupp AL fil-kont PM tiegħu, jista’ jkun kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM l-oħra miżmuma minn dan il-membru tal-grupp AL jew, fil-kontijiet PM miżmuma minn kull membru tal-grupp AL mal-istess BĊN jew BĊN AL ieħor.

3.  Sabiex juża l-modalità AL, ►M3  detentur ta' kont PM ◄ wieħed jew aktar tat-TARGET2 li jissodisfa l-kriteriji fil-paragrafu 1 għandu jidħol fi ftehim AL ma’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u, jekk japplika, BĊ(i) oħra tas-sistemi komponent tat-TARGET2 li fihom jipparteċipaw membri oħra tal-grupp AL. ►M3  Detentur ta' kont PM ◄ jista’ jidħol biss fi ftehim AL wieħed fir-rigward ta’ kont PM partikolari. Il-ftehim AL għandha tkun konformi mal-mudell rilevanti fl-Appendiċi VII.

4.  Kull grupp AL għandu jagħżel maniġer tal-grupp AL. Fil-każ li l-grupp AL jikkonsisti f’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ wieħed biss, dan ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ għandu jaġixxi bħala l-maniġer tal-grupp AL. Il-maniġer tal-grupp AL għandu jindirizza lill-BĊN li jimmaniġġja talba bil-miktub biex juża l-modalità AL (li tinkludi formoli ta’ ġbir ta’ data statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ]), flimkien mal-ftehim AL eżegwit skont il-mudell ipprovdut mill-BĊN li jimmaniġġja. Il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jindirizzaw it-talbiet bil-miktub tagħhom (li jinkludu formoli ta’ ġbir ta’ dejta statika kif ipprovduti minn [niżżel l-isem tal-BĊ]) lill-BĊNi AL rispettivi tagħhom. Il-BĊN li jimmaniġġja jista’ jitlob kull informazzjoni jew dokument addizzjonali li jidhirlu xieraq sabiex jiddeċiedi fuq it-talba. Barra minn dan, il-BĊN li jimmaniġġja, fi ftehim mal-BĊNi AL l-oħra, jista’ jitlob li tiddaħħal kull dispożizzjoni addizzjonali fil-ftehim AL li jidhirlu xieraq sabiex jiżgura t-twettiq kif suppost u fil-ħin ta’ kull obbligu eżistenti u/jew futur tal-membri kollha tal-grupp AL favur kull BĊN AL.

5.  Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jivverifika jekk l-applikanti jissodisfawx jew le l-obbligi biex jiffurmaw grupp AL u jekk il-ftehim AL ġiex eżegwit jew le kif suppost. Għal dan il-għan, il-BĊN li jimmaniġġja jista’ jikkoordina mal-BĊNi AL l-oħra. Id-deċiżjoni tal-BĊN li jimmaniġġja għandha tkun indirizzata, bil-miktub, lill-maniġer tal-grupp AL fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġġja jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu 4, jew, jekk il-BĊN li jimmaniġġja jitlob informazzjoni addizzjonali, fi żmien xahar minn meta l-BĊN li jimmaniġgja jirċievi din l-informazzjoni. Kull deċiżjoni ta’ ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

6.  Il-membri tal-grupp AL għandu jkollhom aċċess għall-modalità CAI awtomatikament.

7.  L-aċċess għall-għoti tal-informazzjoni u l-miżuri interattivi kollha ta’ kuntroll ġewwa l-grupp AL għandu jkun permezz tal-ICM.

[Daħħal jekk ikun japplika:

Artikolu 25a

Rahan/infurzar

1.  It-talbiet preżenti u futuri ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] li joħorġu mir-relazzjoni legali bejn membru tal-grupp AL u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] u li huma ggarantiti b’[daħħal it-terminu applikabbli: rahan/floating charge] skont l-Artikolu 36(1) u (2) ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, għandhom jinkludu t-talbiet ta’ [niżżel l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta’ dak il-membru tal-grupp AL li joħorġu mill-ftehim AL li tiegħu t-tnejn ikunu parti.

2.  [Daħħal jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Bla ħsara għall-ftehim AL, dan ir-rahan m’għandux iżomm ►M3  lid-detentur ta' kont PM ◄ milli juża l-flus kontanti ddepożitati fil-kont(ijiet) PM tiegħu matul il-jum tan-negozju.]

3.  [Daħħal jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: Klawsola speċjali ta’ allokazzjoni: Il-membru tal-grupp AL jalloka l-flus kontanti ddepożitati fil-kont PM tiegħu għat-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu li jqumu minn [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].]

[Jekk japplika u jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:

Article 25b

Infurzar tar-rahan

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu dritt mhux restritt jillikwida r-rahan mingħajr notifika minn qabel. [Daħħal jekk jitqies xieraq skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti: skont [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali rilevanti li jirregolaw l-infurzar tar-rahan].]

[Jekk japplika u jekk meħtieġ skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni rilevanti:

Article 25c

Infurzar tal-kollateral

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt jillikwida l-garanzija skont l-Artikolu 36.]

Artikolu 26

Tpaċija ta’ talbiet skont l-Artikolu 36(4) u (5)

Malli jiġri xi każ ta’ infurzar, kull talba ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] fil-konfront ta’ dak il-membru tal-grupp AL għandha tiġi aċċellerata awtomatikament u minnufih u għandha tkun suġġetta għall-Artikolu 36(4) u (5) ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.



TITOLU VI

OBBLIGI TA’ SIGURTÀ U KWISTJONIJIET TA’ KONTINĠENZA

▼M7

Artikolu 27

Proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza

1.  Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa l-operat tal-SSP, għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.

2.  L-Eurosistema tipprovdi Soluzzjoni ta’ Kontinġenza jekk l-avvenimenti deskritti fil-paragrafu 1 iseħħu. Il-konnessjoni ma’ u l-użu tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza għandha tkun obbligatorja għal parteċipanti meqjusa minn [daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kritiċi. Parteċipanti oħra jistgħu, fuq talba, jaqbdu mas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza.

▼B

Artikolu 28

Rekwiziti tas-sigurtà

1.  Il-parteċipanti għandhom jimplimentaw kontrolli ta’ sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Il-parteċipanti ghandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.

2.  Il-parteċipanti għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] b’kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b’inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta’ fornituri terzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex il-parteċipant jieħu miżuri xierqa biex jevita milli jerġa’ jseħħ xi inċident ta’ dak it-tip.

▼M7

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà jew il-prevenzjoni tal-frodi, fuq il-parteċipanti kollha u/jew fuq parteċipanti li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

▼M7

4.  Il-parteċipanti għandhom jipprovdu lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bl-awtoċertifikazzjoni TARGET2 tagħhom u l-attestazzjoni ta’ konformità tagħhom mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk tat-TARGET2. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan tal-aħħar, il-parteċipanti għandhom jipprovdu dokument li jiddeskrivi miżuri alternattivi mitiganti għas-sodisfazzjon ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

5.  Il-parteċipanti li jippermettu aċċess għall-kont PM tagħhom minn partijiet terzi kif stabbilit fl-Artikolu 5(2), (3) u (4) għandhom jindirizzaw ir-riskju li jirriżulta mill-għoti ta’ tali aċċess skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. L-awtoċertifikazzjoni msemmija fil-paragrafu (4) għandha tispeċifika li l-parteċipant jimponi r-rekwiżiti tas-sigurtà tal-punt tat-tmiem tal-fornitur ta’ servizz ta’ netwerk tat-TARGET2 fuq partijiet terzi li għandhom aċċess għall-kont PM ta’ dak il-parteċipant.

▼B



TITOLU VII

IL-MODULU TA’ INFORMAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 29

Użu tal-ICM

1.  L-ICM:

(a) jippermetti li l-parteċipanti jkollhom aċċess għall-informazzjoni fir-rigward tal-kontijiet tagħhom u biex jimmaniġġjaw il-likwidità;

▼M6

(b) tista' tintuża biex tibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA, u meta l-ICM jintuża flimkien mas-servizzi tal-valur miżjud TS2, servizzi, ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità tal-T2S DCA to PM; u

▼M7

(c) jippermetti li l-parteċipanti jagħtu bidu għal ridistribuzzjonijiet ta’ riżerva tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenza jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ xi ħsara fl-infrastruttura tal-ħlas tal-parteċipant.

▼B

2.  Aktar dettalji tekniċi fir-rigward tal-ICM jinsabu fl-Appendiċi I.



TITOLU VIII

KUMPENS, REĠIM TA’ RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA

Artikolu 30

Skema ta’ kumpens

Jekk ma jisax ikun hemm saldu ta’ ordni ta’ ħlas fl-istess jum tan-negozju li fih tkun ġiet aċċettata minħabba xi ħsara teknika tat-TARGET2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joffri li jikkumpensa lill-parteċipanti diretti rispettivi skont il-proċedura speċjali stabbilita fl-Appendiċi II.

Artikolu 31

Regim ta’ responsabbiltà

1.  Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jintrabtu b’obbligu ġenerali ta’ bonus paterfamilias fil-konfront ta’ xulxin.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn il-parteċipanti tiegħu f’każijiet ta’ frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta’ negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tal-parteċipant, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni fil-kwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwiex responsabbli għall-ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas li jiġru minkejja l-fatt li [daħħal l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta’ din il-ħsara jew nuqqas fl-operat (dawn għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għall-bidu u t-tkomplija tal-proċeduri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV).

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m’għandux ikun responsabbli:

(a) sakemm it-telf ikun ikkawżat mill-parteċipant; jew

(b) jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment ma kollux kuntroll fuqhom (forza maġġuri).

▼M6

5.  Minkejja d- [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 )], il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sal-punt li tista'ti[i eskluża r-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ].

▼B

6.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u l-passi prattiċi biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f’dan l-Artikolu.

7.  Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jikkummissjona terzi partijiet f’ismu, b’mod partikolari fornitur tat-telekomunikazzjonijiet jew ta’ netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-kummissjonar ta’ kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta’ [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata b’dan il-mod. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊi li jipprovdu l-SSP m’għandhomx jitqiesu bħala terzi.

Artikolu 32

Evidenza

1.  Sakemm ma jiġix ipprovdut xort’oħra f’dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha ta’ ħlas u dawk relatati mal-ipproċessar tal-ħlas fir-rigward tat-TARGET2, bħal konfermi ta’ debiti jew krediti, jew messaġġi ta’ stqarrija bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti, għandhom isiru permezz tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk.

2.  Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta’ evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.

3.  Jekk konnessjoni ta’ xi parteċipant mal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ , jiġrilha l-ħsara, il-parteċipant għandu juża l-mezzi alternattivi ta’ trasmissjoni tal-messaġġi stabbiliti fl-Appendiċi IV. F’dawn il-każijiet, il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ prodott minn [niżżel l-isem tal-BĊ] għandha, għal finijiet ta’ evidenza, titqies daqs li kieku hija verżjoni oriġinali, tkun xi tkun il-forma oriġinali tagħha.

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet għall-ħlas ippreżentati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew il-parteċipanti għal perijodu ta’ [daħħal il-perijodu mitlub mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, bil-patt illi dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta’ ħames snin għal kull parteċipant fit-TARGET2 li huwa soġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.

5.  Il-kotba u d-dokumenti ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq il-karta, il-microfilm, il-microfiche, b’reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f’kull forma oħra riproduċibbli b’mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta’ evidenza ta’ kull obbligu fuq il-parteċipanti u ta’ kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.



TITOLU IX

TMIEM TAL-PARTEĊIPAZZJONI U GĦELUQ TAL-KONTIJIET

Artikolu 33

Il-perijodu u tmiem ordinarju tal-parteċipazzjoni

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 34, il-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija għal perijodu ta’ żmien indefinit.

2.  Parteċipant jista’ jtemm il-parteċipazzjoni tiegħu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f’kull ħin billi jagħti notifika ta’ 14-il jum ta’ negozju, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta’ notifika iqsar ma’ [niżżel l-isem tal-BĊ].

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jtemm il-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f’kull ħin billi jagħti notifika ta’ tliet xhur, sakemm ma jiftiehemx perijodu ta’ notifika differenti ma’ dak il-parteċipant.

4.  Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 38 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta’ ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-tmiem il-parteċipazzjoni.

5.  Mat-tmiem tal-parteċipazzjoni, il-kontijiet PM tal-parteċipant rispettiv għandhom jingħalqu skont l-Artikolu 35.

Artikolu 34

Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni

1.  Il-parteċipazzjoni ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ -[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:

(a) il-ftuħ ta’ proċeduri ta’ insolvenza; u/jew

(b)  ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ m’għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stipulati fl-Artikolu 4.

▼M6

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, it-teħid ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kriżijiet jew miżuri ta' ġestjoni ta' kriżijiet skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ) kontra detentur ta' kont PM m'għandhomx awtomatikament jikkwalifikaw bħala ftuħ ta' proċedimenti ta' insolvenza.

▼B

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni ►M3  tad-detentur ta' kont PM ◄ -[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] mingħajr preavviż jekk:

(a) iseħħu wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);

(b)  ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ qed jikser dawn il-Kundizzjonijiet b’mod materjali;

(c)  ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ jonqos milli jwettaq xi obbligu materjali fil-konfront ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ];

(d)  ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ huwa eskluż minn, jew inkella ma jibqax membru ta’, TARGET2 CUG;

(e) iseħħ avveniment ieħor relatat ►M3  mad-detentur ta' kont PM ◄ li, fl-evalwazzjoni ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ], jhedded l-istabbiltà, is-sodizza u s-sigurtà generali tat-TARGET2 [daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola r-rendiment tal-kompiti ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza; u/jew

(f) BĊN jissospendi jew jittermina l-aċċess ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ għall-kreditu intraday skont l-Artikolu 12 tal-Anness III.

3.  Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta’ inadempjenza jew tal-avvenimenti msemmija fis-subparagrafi (a) sa (c).

4.  

►M4  (a) Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-kont PM tad-detentur fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta' messaġġ imxandar ICM jew messaġġ imxandar T2S, li dak id-detentur tal-kont PM, BĊi oħrajn detenturi tal-kont PM u ►M6  detenturi tad-T2S DCA ◄ fis-sistemi tal-komponenti ta' TARGET2 b'tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tal-kont PN u d- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ li jirċievi l-messaġġ. ◄

▼M4 —————

▼B

(c) La darba dan il-messaġġ imxandar mill-ICM ikun ġie riċevut ►M3  mid-detenturi ta' kont PM ◄ , dawn ta li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, dawk ►M3  id-detenturi ta' kont PM ◄ għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew sistema ta’ komponent ieħor tat-TARGET2. ►M3  id-detenturi ta' kont PM ◄ għandhom iġorru kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni għall-ħlas lil parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew itterminata jekk dan l-ordni għall-ħlas ikun iddaħħal fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar mill-ICM ikun ġiet riċevut.

5.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ ►M3  detentur ta' kont PM ◄ , it-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] m’għandux jaċċetta ordnijiet għall-ħlas ġodda mingħand dan ►M3  id-detentur ta' kont PM ◄ . Ordnijiet għall-ħlas fil-kju, ordnijiet għall-ħlas maħżunin jew ordnijiet għall-ħlas ġodda favur xi ►M3  detentur ta' kont PM ◄ għandhom jiġu restitwiti.

▼M5

6.  Jekk detentur ta' kont PM jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jinħażnu u jiddaħħlu fl-entry disposition wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad-detentur ta' kont PM sospiż biss.

▼M5

7.  Jekk detentur ta' kont PM huwa sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-pajjiż/BĊ] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id-detentur ta' kont tal-PM għandha tkun ipproċessata biss fuq l-istruzzjonijiet tar-rappreżentanti tiegħu, inklużi dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad-detentur ta' kont PM, jew bis-saħħa ta' deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif il-pagamenti għandhom jiġu pproċessati. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.

▼B

Artikolu 35

Għeluq ta’ kontijiet PM

1.  Parteċipanti jistgħu jagħlqu l-kontijiet PM tagħhom f’kull ħin sakemm jagħtu preavviż ta’ 14-il jum tan-negozju lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] dwar dan.

2.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, skont Artikolu 33 jew 34, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet PM tal-parteċipant ikkonċernat, wara li jkun:

(a) għamel saldu ta’ jew irrestitwixxa kwalunkwe ordni għall-ħlas fil-kju; u

(b) għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta’ rahan u tpaċija taħt l-Artikolu 36.



TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 36

Id-drittijiet ta’ rahan u ta’ tpaċija tal-[daħħal l-isem tal-BĊ]

1.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet PM tiegħu, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

1a.  [Daħħal jekk applikabbli: It-talbiet kurrenti jew futuri ta’ parteċipant fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fil-kont PM għandhom jiġu trasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull talba kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tal-parteċipant li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew ikkreditati lill-kont PM tal-parteċipant.]

1b.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta mhux fissa fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tal-parteċipant fil-kontijiet PM tagħhom, biex b’dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

2.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhux dovuti.]

3.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur ta’ kont PM, b’dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ rahan favur [daħħal l-isem tal-BĊ], li miegħu dak il-kont infetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta’ assi mogħtija b’rahan lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kwalunkwe ammonti mħallsin għal ġol-kont PM li l-bilanċ tagħhom huwa mogħti b’rahan għandhom, bis-sempliċi fatt illi jkunu tħallsu, jingħataw b’rahan irrevokabbli, mingħajr limitazzjoni, bħala titolu ta’ kollateral għar-rendiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.]

4.  Malli jseħħ:

(a) każ ta’ inadempjenza, msemmi fl-Artikolu 34(1); jew

(b) kull każ ta’ inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 34(2) li wassal għat-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant, minkejja l-bidu ta’xi proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward ta’ parteċipant u minkejja xi kompitu, sekwestru ġudizzjarju jew ieħor jew xi provvediment ieħor ta’ jew fir-rigward tad-drittijiet tal-parteċipant, l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-ħtieġa għall-approvazzjoni minn qabel ta’ xi awtorità, sabiex ikunu dovuti minnufih. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tal-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu ikunu mpaċija awtomatikament ma’ xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minnufih javża lill-parteċipant b’kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.

6.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jiddebita mingħajr preavviż il-kont PM ta’ kwalunkwe parteċipant bl-ammont li l-parteċipant għandu jagħti lill-Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].

Artikolu 37

Drittijiet tat-titoli fir-rigward ta’ fondi f’subkontijiet

1.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu [daħħal referenza għal teknika ta’ kollateralizzazzjoni skont is-sistema legali applikabbli] fuq il-bilanċ fis-sub-kont ta’ parteċipant li jkun infetaħ għas-saldu ta’ struzzjonijiet ta’ ħlas relatat m’ sistema anċillari skont l-arranġamenti bejn is-sistema anċillari relevanti u l-BĊ tagħha. Dan il-bilanċ għandu jikkollateralizza l-obbligu tal-parteċipant msemmi fil-paragrafu 7 lejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward ta’ dan is-saldu.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiffriża l-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ tal-“bidu taċ-ċiklu”). Fejn applikabbli, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minn hemm ’il quddiem iżid jew inaqqas il-bilanċ iffriżat billi jikkredita jew jiddebita l-ħlasijiet tas-saldu kross-sistema lil jew mis-subkont jew billi jikkredita t-trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont. Dan l-iffriżar għandu jiskadi malli jkun hemm komunikazzjoni mis-sistema anċillari (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

3.  Bil-konferma tal-iffriżar tal-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jiggarantixxi lis-sistema anċillari ħlas sal-ammont ta’ dan il-bilanċ partikolari. Bil-konferma, fejn applikabbli, taż-żieda jew it-tnaqqis tal-bilanċ iffriżat mal-ikkreditar jew l-iddebitar ta’ ħlasijiet tas-saldu kross-sistema jew mal-ikkreditar ta’ trasferimenti ta’ likwidità lis-subkont, il-garanzija hija awtomatikament miżjuda jew imnaqqsa fl-ammont tal-ħlas, Mingħajr preġudizzju għall-fuq imsemmija żieda jew tnaqqis tal-garanzija, il-garanzija għandha tkun irrevokabbli, mingħajr kundizzjoni u pagabbli mal-ewwel talba. Jekk il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwiex il-BĊ tas-sistema anċillari, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitqies bħala li jkun ġie mogħti struzzjonijiet biex joħroġ il-garanzija fuq imsemmija lill-BĊ tas-sistema anċillari.

4.  Fin-nuqqas ta’ proċeduri ta’ insolvenza fir-rigward tal-parteċipant, għandu jsir saldu tal-istruzzjonijiet għall-ħlas relatati mas-sistema anċillari għall-aġġustar tal-obbligu ta’ saldu tal-parteċipant mingħajr ma jistrieħ fuq il-garanzija u mingħajr rikors għad-dritt tat-titolu fuq il-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant.

5.  F’każ li sseħħ l-insolvenza tal-parteċipant, l-istruzzjoni għall-ħlas relatat mas-sistema anċillari għall-aġġustar tal-obbligu ta’ saldu tal-parteċipant għandha tkun l-ewwel talba għal ħlas taħt il-garanzija; l-iddebitar tal-ammont indikat mis-subkont tal-parteċipant (u l-ikkreditar tal-kont tekniku tas-sistema anċillari) għandu b’hekk jinvolvi bl-istess mod it-twettiq tal-obbligu tal-garanzija mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] u r-realizzazzjoni tad-dritt tal-kollateral tiegħu fuq il-bilanċ fis-subkont tal-parteċipant.

6.  Il-garanzija tiskadi mal-komunikazzjoni mis-sistema anċillari illi s-saldu jkun ġie kkompletat (permezz ta’ messaġġ ta’ “tmiem iċ-ċiklu”).

7.  Il-parteċipant għandu jkun obbligat jirrimborża lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] kull ħlas magħmul minn dan tal-aħħar taħt din il-garanzija.

Artikolu 38

Kunfidenzjalità

▼M4

1.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għall-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew għall-klijenti tal-parteċipant, sakemm il-parteċipant jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permess jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrelata mal-isem tal-pajjiż]].

▼M6

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikolu 34 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali.

▼M5

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, il-parteċipant jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni ta' ħlas, teknika jew organizzattiva rigward il-parteċipant, parteċipanti mill-istess grupp jew klijenti tal-parteċipant miksuba waqt l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fit-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sakemm dan ikun meħtieġ għat-tħaddim effiċjenti tat-TARGET2 jew il-monitoraġġ ta' jew l-espożizzjoni tal-grupp tagħha; (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew ►M7  (c) awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli. ◄ Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati l-parteċipant jew il-klijenti tal-parteċipant, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.

▼B

4.  Informazzjoni li tirrigwarda l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] li għalih setgħu kellhom aċċess il-parteċipanti, tista’ tintuża biss għall-finijiet stipulati f’dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkun espliċitament ta l-kunsens tiegħu għall-iżvelar bil-miktub. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jgħaddu kompiti li għandhom jew li jistgħu jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f’dan l-Artikolu.

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

Artikolu 39

Protezzjoni ta’ dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati

1.  Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma’ leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi għall-kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fil-kontijiet PM tagħhom. Il-parteċipanti għandhom ukoll jgħarrfu lilhom infushom bil-politika dwar l-irkupru tad-dejta tal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk qabel ma jidħlu fir-relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz ta’ netwerk.

2.  Il-parteċipanti għandhom jitqiesu li awtorizzaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand xi awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali jew barranija, jekk din l-informazzjoni hija neċessarja għall-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż].

3.  Il-parteċipanti, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ pagatur jew ta’ min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta’ tranżazzjonijiet. Barra minn dan:

(a) meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jkun pagatur:

(i) il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li huwa meħtieġ primarjament li jagħmel notifika jew li jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;

▼M6

(ii) il-parteċipant m'għandux jidħol f'ordni ta' ħlas għat-trasferiment ta' fondi f'kont miżmum minn entità differenti mill-parteċipant, fit-TARGET2 sakemm ikun kiseb konferma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa ġiet magħmul jew il-kunsens ikun inkiseb minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min jitħallas;

▼B

(b) meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta’ ħlas ta’ parteċipant li jirċievi l-ħlas, il-parteċipant għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f’isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b’evidenza li għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-kliem “fornitur tas-servizz ta’ ħlas”, “pagatur” u “min jitħallas” għandhom ikollhom it-tifsiriet li ngħatawlhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.

Artikolu 40

Avvizi

1.  Hlief fejn ipprovdut mod iehor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avvizi kollha mehtiega jew permessi skont dawn il-Kundizzjoni ghandhom jintbaghtu permezz tal-posta rregistrata, faksimile jew bil-miktub mod iehor. Avviżi lil [inserixxi l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[inserixxi d-dipartiment għas-servizzi ta’ pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ]. Avvizi lill-parteċipant għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, numru ta’ faks jew indirizz BIC tiegħu li l-parteċipant jista’ minn zmien ghal zmien jinnotifika bihom lil [inserixxi l-isem tal-BĊ].

2.  Sabiex jiġi ppruvat li jkun intbagħat avviż, għandu jkun biżżejjed li wiħed juri illi l-avviż ġie kkonsenjat lill-indirizz relevanti jew li l-envelop li kien fih dan l-avviż kien indirizzat u mibgħut bil-posta kif suppost.

3.  L-avviżi kollha għandhom jingħataw bi [inserixxi l-ilsien nazzjonali relevanti u/jew bl-Ingliż].

4.  Il-parteċipanti għandhom ikunu marbutin mal-formoli u d-dokumenti kollha tal-[inserixxi l-isem tal-BĊ] li l-parteċipanti jkunu mlew u/jew iffirmaw, inkluż, iżda mhux limitati għal, formoli għall-ġbir ta’ dejta statika, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)(a), u informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 11(5), li ġew ippreżentati b’konformità ma’ paragrafi 1 u 2 u li l-[inserixxi l-isem tal-BĊ] raġjonevolment jemmen li waslu mingħand il-parteċipanti, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.

Artikolu 41

Relazzjoni mal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄

1.  Għall-finijiet ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, il- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ huwa s-SWIFT. Kull parteċipant għandu jidħol fi ftehim separat mas-SWIFT fir-rigward tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti mis-SWIFT fir-rigward tal-użu tal-parteċipant tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Ir-relazzjoni legali bejn il-parteċipant u s-SWIFT għandha tkun irregolata esklussivament bil-kundizzjonijiet tas-SWIFT.

2.  Kull parteċipant għandu jipparteċipa wkoll f’TARGET2 CUG, kif speċifikat mill-BĊi li jipprovdu l-SSP li jaġixxu bħala l-amministraturi tas-servizz SWIFT għall-SSP. L-aċċettazzjoni u l-esklużjoni ta’ parteċipant fi u mit-TARGET2 CUG għandha sseħħ ladarba tiġi kkomunikata lis-SWIFT mill-amministratur tas-servizz SWIFT.

3.  Il-parteċipanti għandhom jaderixxu mat-TARGET2 SWIFT Service Profile, kif magħmul disponibbli minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

4.  Is-servizzi li s-SWIFT għandu jipprovdi m’għandhomx jagħmlu parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tat-TARGET2.

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m’għandux ikun responsabbli għal kull att, żball jew ommissjoni tas-SWIFT (inklużi d-diretturi, il-persunal u s-subkuntratturi tiegħu) bħala l-fornitur tas-servizzi SWIFT, jew għal kull att, żball jew ommissjoni tal-fornituri tan-netwerk magħżula mill-parteċipanti biex jakkwistaw aċċess għan-netwerk SWIFT.

Artikolu 42

Proċedura ta’ emenda

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ f’kull ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, ►M6  inklużi l-Appendiċijiet ◄ . L-emendi ta’ dawn il-Kundizzjonijiet, ►M6  inklużi l-Appendiċijiet ◄ għandhom jitħabbru permezz ta’ [niżżel il-mezz rilevanti ta’ tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm il-parteċipant ma joġġezzjonax b’mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b’dawn l-emendi. Jekk il-parteċipant joġġezzjona għall-emendi, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa intitolat itemm minnufih il-parteċipazzjoni ta’ dak il-parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jagħlaq kull kont PM tiegħu.

Artikolu 43

Drittijiet ta’ terzi

1.  Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mill-parteċipanti lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.  Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqu l-ebda dritt jew obbligu, favur jew fil-konfront ta’ xi entità ħlief [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

Artikolu 44

Liġi li tirregola, ġurisdizzjoni u lok tat-twettiq

1.  Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u l-parteċipanti tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].

2.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta’ [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].”

3.  Il-post tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u l-parteċipanti għandu jkun [niżżel il-lok tas-sede tal-BĊ].

Artikolu 45

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet hija jew ssir invalida, din m’għandhiex tippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 46

Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti

1.  Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].

▼M3

2.  [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: Bil-talba għal kont PM f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], il-parteċipanti li japplikaw jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta' [daħħal isem il-BĊ].]

▼B




Appendiċi I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNICI GHALL-IPPROCESSAR TA’ ORDNIJIET GĦALL-ĦLAS

Minbarra l-Kundizzjonijiet Armonizzati, japplikaw ir-regoli li gejjin ghall-ipprocessar ta’ ordnijiet ghall-ħlas:

1.    Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-network u l-formati.

(1) It-TARGET2 tuża s-servizzi SWIFT għall-iskambju ta’ messaġġi. Għalhekk, kull parteċipant għandu bżonn konnessjoni mas-Secure IP Network tas-SWIFT. Il-kont PM ta’ kull partecipant ghandu jkun identifikat permezz ta’ SWIFT BIC bi tmien jew ħdax-il ċifra. Barra minn hekk, kull parteċipant għandu jgħaddi serje ta’ testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET2-[inserixxi r-referenza għall-BĊ/pajjiż].

(2) Għas-sottomissjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas u l-iskambju ta’ messaġġi ta’ ħlas fil-PM għandu jintuża s-servizz SWIFTNet FIN Y-copy. Għal dan il-għan għandu jitwaqqaf SWIFT Closed User Group (CUG) iddedikat. Ordnijiet għall-ħlas fi ħdan dan it-TARGET2 CUG għandhom ikunu indirizzati direttament lill-parteċipant TARGET2 li qed jirċievi billi tiddaħħal il-BIC tiegħu fl-intestatura tal-messaġġ SWIFTNet FIN.

(3) Għas-servizzi ta’ informazzjoni u kontroll jistgħu jintużaw is-servizzi SWIFTNet li ġejjin:

(a) SWIFTNet InterAct;

(b) SWIFTNet FileAct; u/jew

(c) SWIFTNet Browse.

(4) Is-sigurtà tal-iskambju tal-messaġġi bejn il-parteċipanti għandha tistrieħ esklussivament fuq is-servizz tal-Public Key Infrastructure (PKI) tas-SWIFT. Informazzjoni dwar is-servizz PKI tinsab fid-dokumentazzjoni mogħtija mis-SWIFT.

(5) Is-servizz tal-“immaniġġjar tar-relazzjoni bilaterali” ipprovdut mir-Relationship Management Application (RMA) tas-SWIFT għandu jintuża biss mal-BIC ta’ destinazzjoni ċentrali tal-SSP u mhux għal messaġġi ta’ ħlas bejn il-parteċipanti tat-TARGET2.

2.    Tipi ta’ messaggi ta’ ħlas

(1) It-tipi ta’ messaġġi tas-sistema SWIFTNet FIN li ġejjin huma proċessati:



Tip ta’ Messaġġ

Tip ta’ tranżazzjoni

Deskrizzjoni

MT 103

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent

MT 103

Obbligatorju

Ħlas ta’ klijent (Straight Through Processing)

MT 202

Obbligatorju

Ħlas minn bank lil bank

▼M7

MT 202COV

Obbligatorja

Ħlasijiet ta’ kopertura

▼B

MT 204

Fakultattiv

Ħlas b’debitu dirett

MT 011

Fakultattiv

Notifika ta’ rċevuta

MT 012

Fakultattiv

Notifika tal-mittent

MT 019

Fakultattiv

Notifika ta’ tħassir

MT 900

Fakultattiv

Konferma tal-bidla fil-linja ta’ debitu/kreditu

MT 910

Fakultattiv

Konferma tal-bidla fil-kreditu/linja ta’ kreditu

MT 940/950

Fakultattiv

Messagg tar-rendikont (Klijent)

MT 011, MT 012 u MT 019 huma messaġġi tas-sistema SWIFT.

(2) Meta jirreġistraw mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], il-parteċipanti diretti għandhom jiddikjaraw liema tipi ta’ messaġġi fakultattivi ser jużaw, bl-eċċezzjoni ta’ messaġġi MT 011 u MT 012 li dwarhom il-parteċipanti diretti għandhom jiddeċiedu minn żmien għal żmien jekk għandhomx jirċevuhom jew le b’referenza għal messaġġi speċifiċi.

(3) Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw mal-istruttura tal-messaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet tal-entrata tas-SWIFT, kif iddefinit fid-dokumentazzjoni SWIFT u skont ir-restrizzjonijiet stipulati għat-TARGET2, kif deskritt fil-Kapitolu 9.1.2.2 tal-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS - User Detailed Functional Specifications), Ktieb 1.

(4) Il-kontenut tal-entrati għandu jkun ivvalidat fil-livell ta’ TARGET2-[inserixxi riferenza għall-pajjiż/BĊ] skont ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-partecipanti jistghu jaqblu bejniethom dwar regoli specifici li jirrigwardaw il-kontenut tal-entrati. Madankollu, fit-TARGET2-[inserixxi referenza għall-pajjiż/BĊ] m’għandu jkun hemm ebda verifika speċifika dwar jekk parteċipanti jikkonformawx ma’ regoli bħal dawn.

(5) Messaġġi MT 202COV għandhom jintużaw biex isiru ħlasijiet ta’ kopertura, jiġifieri ħlasijiet magħmulin minn banek korrispondenti biex jagħmlu saldu ta’ (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li jintbagħtu lil bank ta’ klijent b’mezzi oħrajn iktar diretti. Id-dettalji tal-klijent li jinsabu fil-MT 202COV m’għandhomx jintwerew fl-ICM.

3.    Verifika tad-double entry

(1) L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika tad-double-entry, li l-għan tagħha huwa li tiċħad ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba bi żball.

(2) L-entrati tat-tipi ta’ messaġġi tas-SWIFT li ġejjin għandhom jiġu vverifikati:



Dettalji

Parti tal-messaġġ SWIFT

Entrata

Mittent

Intestatura bażika

Indirizz LT

Tip ta’ Messaġġ

Intestatura tal-applikazzjoni

Tip ta’ messaġġ

Riċevitur

Intestatura tal-applikazzjoni

Indirizz tad-destinazzjoni

Numru ta’ referenza tat-transazzjoni (TRN)

Blokka tat-test

:20

Referenza relatata

Blokka tat-test

:21

Data tal-valur

Blokka tat-test

:32

Ammont

Blokka tat-test

:32

(3) Jekk l-entrati kollha deskritti fis-subparagrafu 2 fir-rigward ta’ ordni ta’ ħlas ippreżentata riċentament ikunu identiċi għal dawk fir-rigward ta’ ordni ta’ ħlas li diġà tkun ġiet aċċettata, l-ordni ta’ ħlas mibgħuta riċentament għandha tiġi rritornata.

4.    Kodiċijiet tal-iżbalji

Jekk tinċaħad ordni ta’ ħlas, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjonijiet għandu jirċievi notifika ta’ tħassir (MT 019) li tindika r-raġuni għaċ-ċaħda billi jintużaw ta’ kodiċijiet ta l-iżbalji. Il-kodicijiet ta l-izbalji huma definiti f’Kapitlu 9.4.2 tal-UDFS.

5.    Hinijiet predeterminati għas-saldu

(1) Ghal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw l-“Earliest Debit Time Indicator”, għandha tintuża l-kelma-kodiċi “/FROTIME/”.

(2) Għal ordnijiet ta’ ħlas li jużaw il-“Latest Debit Time Indicator”, għandu jkun hemm disponibbli żewġ għażliet.

(a) Il-kelma-kodiċi “/REJTIME/”: jekk ma jistax isir saldu tal-ordni ta’ ħlas sal-ħin ta’ debitu indikat, l-ordni ta’ ħlas għandha tiġi rritornata.

(b) Il-kodiċi “/TILTIME/”: jekk ma jistax isir saldu tal-ordni ta’ ħlas sal-ħin ta’ debitu indikat, l-ordni ta’ ħlas m’għandhiex tiġi rritornata imma għandha tinżamm fil-kju rilevanti.

Skont iż-żewġ għażliet, jekk ma jsirx saldu ta’ ordni ta’ ħlas b’“Latest Debit Time Indicator” ħmistax-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, tintbagħat notifika awtomatikament permezz tal-ICM.

(3) Jekk tintuża l-kelma-kodiċi “/CLSTIME/”, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħal ordni ta’ ħlas imsemmi fis-subparagrafu 2(b).

6.    Saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fl-entry disposition

(1) Verifiki ta’ tpaċija u, jekk xieraq, verifiki estiżi ta’ tpaċija (iż-żewġ kelmiet kif definiti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom isiru fuq ordnijiet għall-ħlas mdaħħlin fil-entry disposition sabiex jipprovdu saldu gross ta’ ordnijiet ta’ ħlas li huwa veloċi u jiffranka l-likwidità.

(2) Verifika ta’ tpaċija għandha tiddetermina jekk l-ordnijiet ta’ ħlas ta’ min jitħallas li jinsabu fuq quddiem tal-urġenti ħafna jew, jekk ma japplikax, tal-kju tal-urġenti, biex jiġu paċuti mal-ordni ta’ ħlas tal-pagatur (minn hawn ’il quddiem “ordnijiet ta’ ħlas ta’ tpaċija”). Jekk ordni ta’ ħlas ta’ tpaċija ma tipprovdix fondi biżżejjed għall-ordni ta’ ħlas rispettiva tal-pagatur fl-entry disposition, għandu jiġi ddeterminat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur.

(3) Jekk il-verifika ta’ tpaċija tfalli, il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista’ japplika verifika estiża ta’ tpaċija. Verifika estiża ta’ tpaċija tiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas ta’ tpaċija humiex disponibbli f’xi wieħed mill-kjuwijiet ta’ min jitħallas irrispettivament minn meta ngħaqdu fil-kju. Madankollu, jekk fil-kju ta’ min jitħallas ikun hemm ordnijiet ta’ ħlas bi prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti oħra tat-TARGET2, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ din l-ordni ta’ ħlas ta’ tpaċija jwassal għal żieda fil-likwidità għal min jitħallas.

7.    Saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju

(1) It-trattament ta’ ordnijiet ta’ ħlas imqieghda fi kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta’ prijorità li għaliha ġiet assenjata mill-partecipant li jaghti l-istruzzjoni.

(2) Għandu jsir saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti permezz tal-verifiki ta’ tpaċija deskritti fil-paragrafu 6, u jibdew bl-ordni ta’ ħlas fuq quddiem tal-kju f’każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent f’livell ta’ kju (bidla tal-pożizzjoni fil-kju, il-ħin tas-saldu jew il-prijorità, jew revoka tal-ordni ta’ ħlas).

(3) Għandu jsir saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-kju normali fuq bażi kontinwa inkluzi l-ordnijiet ta’ ħlas kollha urgenti hafna u ordnijiet ta’ ħlas urgenti li ghadu ma sarx saldu tagħhom. Jintużaw mekkaniżmi ta’ ottimazzjoni (algoriżmi) differenti. Jekk jirnexxi algoriżmu, għandu jsir saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas inkluzi; jekk algoriżmu ma jirnexxix, l-ordnijiet ta’ ħlas jibqgħu fil-kju. Għandhom jiġu applikati tliet algoriżmi (1 sa 3) sabiex jiġu paċuti l-flussi tal-ħlas. Permezz ta’ Algoriżmu 4, il-proċedura tas-saldu 5 (kif definita f’Kapitolu 2.8.1 tal-UDFS) għandha tkun disponibbli għas-saldu ta’ istruzzjonijiet ta’ ħlas ta’ sistemi anċillari. Biex jigi ottimizzat is-saldu ta’ transazzjonijiet tas-sistema ancillari urġenti ħafna fuq is-subkontijiet ta’ parteċipanti, għandu jintuża algoriżmu speċjali (Algoriżmu 5).

(a) Bl-Algoriżmu 1 (“kollox jew xejn”) il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie ffissat limitu bilaterali, kif ukoll għas-somma totali ta’ relazzjonijiet li għaliha ġie ffissat limitu multilaterali:

(i) jikkalkula l-pożizzjoni globali ta’ likwidità tal-kont PM ta’ kull parteċipant tat-TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet ta’ ħlas ħerġin jew deħlin pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv u, jekk huwa negattiv, jivverifika jekk jaqbiżx il-likwidità disponibbli tal-parteċipant (il-pożizzjoni globali ta’ likwidità għandha tikkostitwixxi l-“pożizzjoni ta’ likwidità totali”); u

(ii) jivverifika jekk il-limiti u r-riżervi stabbiliti minn kull parteċipant TARGET fir-rigward ta’ kull kont PM relevanti humiex rispettati.

Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM relevanti, il-[inserixxi isem il-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom jagħmlu saldu tal-ħlasijiet kollha b’mod simultanju fil-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

(b) Taht l-Algoriżmu 2 (“parzjali”) il-[inserixxi isem tal-BĊ] għandu:

(i) jikkalkula u jivverifika il-pożizzjonijiet tal-likwidità, il-limiti u r-riżervi ta’ kull kont PM rilevanti skont l-Algoriżmu 1; u

(ii) jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kont PM wieħed relevanti jew aktar huwa negattiv, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas individwali sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM relevanti tkun pożittiva.

Minn hemm ’il quddiem, il-[inserixxi isem il-BĊ] u l-BĊi oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, jaghmlu saldu tal-ħlasijiet kollha li jifdal (ħlief għal ordnijiet ta’ ħlas estratti) b’mod simultanju fil-kontijiet PM tal-partecipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

Meta jiġu estratti ordnijiet ta’ ħlas, il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant fit-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni ta’ ħlas fl-aħħar tal-kju bl-anqas prijorità. Il-proċess tal-għażla għandu jaħdem għal żmien qasir biss, li jiġi determinat minn [daħħal isem il-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.

(c) Taħt l-Algoriżmu 3 (“multiplu”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu:

(i) iqabbel pari ta’ kontijiet PM ta’ parteċipanti fit-TARGET2 sabiex jiddetermina jekk ordnijiet ta’ ħlas fil-kju jistax isir saldu tagħhom fil-likwidità disponibbli fil-kontijiet taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par ta’ kontijiet PM bl-anqas differenza bejn l-ordnijiet ta’ ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊi involuti għandhom jirreġistraw dawk il-ħlasijiet simultanjament fiż-żewġ kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2; u

(ii) jekk, fir-rigward ta’ par kontijiet PM kif deskritt taħt punt (i), il-likwidità ma hijiex biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet ta’ ħlas individwali sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F’dan il-kaz il-BĊi involuti ghandhom jagħmlu s-saldu tal-ħlasijiet li jifdal, ħlief għal dawk estratti, b’mod simultanju fil-kontijiet PM taż-żewġ parteċipanti tat-TARGET2.

Wara li jkun wettaq il-verifiki speċifikati taħt is-subparagrafi (i) sa (ii), il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet multilaterali għas-saldu (bejn kont PM ta’ parteċipant u kontijiet PM ta’ parteċipanti oħra fit-TARGET2 li fir-rigward tagħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-proċedura deskritta taht is-subparagrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.

(d) Taħt l-Algoriżmu 4 (“saldu tas-sistema anċillari partial plus”) il-[inserixxi isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess procedura bħal ta’ Algoriżmu 2, iżda mingħajr ma joħrog ordnijiet ta’ ħlas fir-rigward tas-saldu ta’ sistema ancillari (li taghmel saldu fuq bażi simultanja multilaterali).

(e) Taħt l-Algoriżmu 5 (“saldu ta’ sistema anċillari permezz ta’ subkontijiet”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal ta’ Algoriżmu 1, bla ħsara għall-modifika li l-[daħħal isem il-BĊ] għandu jibda Algoriżmu 5 permezz tal-ASI u għandu jivverifika biss jekk hemmx fondi suffiċjenti fis-subkontijiet tal-parteċipanti. Barra minn hekk, ebda limiti u riżervi m’ghandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni. Algoriżmu 5 għandu jitħaddem ukoll matul saldu li jsir bil-lejl.

(4) Ordnijiet ta’ ħlas imdaħħlin fl-entry disposition wara l-bidu ta’ xi wieħed minn algoriżmi 1 sa 4 jista’ madankollu jsir saldu tagħhom immedjatament fl-entry disposition jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet ta’ ħlas kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet ta’ ħlas fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni kurrenti. Madankollu, żewġ algoriżmi m’għandhomx jitħaddmu simultanjament.

(5) Fl-ipproċessar ta’ matul il-jum l-algoriżmi għandhom jaħdmu b’mod sekwenzjali. Sakemm ma jkunx hemm pendenti ebda saldu multilaterali simultanju ta’ sistema anċillari, is-sekwenza għandha tkun kif ġej:

(a) algoriżmu 1,

(b) jekk l-algorizmu 1 ma jirnexxix, imbagħad lalgoriżmu 2,

(c) jekk l-algoriżmu 2 ma jirnexxix, imbagħad l-algoriżmu 3, jew jekk l-algoriżmu 2 jirnexxi, irrepeti l-algoriżmu 1.

Meta jkun pendenti saldu multilaterali simultanju (proċedura 5) fir-rigward ta’ sistema anċillari, għandu jaħdem l-Algoriżmu 4.

(6) L-algoriżmi għandhom jitħaddmu b’mod flessibbli billi tiġi stabbilita minn qabel pawża bejn l-applikazzjoni ta’ algoritmi differenti biex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim taż-żewġ algoriżmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervent manwali għandu jkun possibbli.

(7) Meta jkun inkluż f’algoriżmu li qed jaħdem, ordni ta’ ħlas m’għandhiex tiġi ordnata mill-ġdid (bidla fil-pozizzjoni fil-kju) jew revokata. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew revoka ta’ ordni ta’ ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoriżmu jkun lest. Jekk isir saldu ta’ ordni ta’ ħlas ikkonċernat sakemm ikun qed jaħdem l-algoriżmu, kull talba għal ordni mill-ġdid jew revoka għandha tiġi miċħuda. Jekk ma jsirx saldu tal-ordni ta’ ħlas, it-talbiet tal-parteċipanti għandhom jitqiesu minnufih.

8.    Użu tal-ICM

(1) L-ICM jista’ jintuża biex tinkiseb l-informazzjoni u tiġi ġestita l-likwidità. Is-Secure IP Network (SIPN) tas-SWIFT għandu jkun in-netwerk sottostanti għall-komunikazzjoni teknika, għall-iskambju tal-informazzjoni u t-tħaddim ta’ miżuri ta’ kontroll.

(2) Bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet ta’ ħlas maħżuna u l-informazzjoni ta’ dejta statika, hija biss id-dejta fir-rigward tal-jum tan-negozju kurrenti li għandha tkun disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.

(3) L-informazzjoni għandha tkun offruta f’“pullmode, li tfisser li kull parteċipant għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni.

(4) Il-modalitajiet (modes) tekniċi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu tal-ICM:

(a) application-to-application mode (A2 A)

Fl-A2 A, l-informazzjoni u l-messaġġi jiġu ttrasferiti bejn il-PM u l-applikazzjoni interna tal-parteċipant. Għalhekk, il-parteċipant irid jiżgura li jkun hemm applikazzjoni xierqa għall-iskambju tal-messaġġi XML (talbiet u tweġibiet) mal-ICM permezz ta’ interfaċċa standardizzat. Aktar dettalji jinsabu fil-Manwal ghall-Utent ICM u fil-Ktieb 4 tal-UDFS.

(b) user-to-application mode (U2 A)

L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn partecipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera fi brawżer li jaħdem fuq sistema PC (SWIFT Alliance WebStation jew interfaċċa oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT). Għall-aċċess għall-U2 A l-infrastruttura IT trid tkun taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma deskritti fil-Manwal għall-Utent ICM.

(5) Kull parteċipant għandu jkollu tal-anqas SWIFT Alliance WebStation wieħed, jew interfaċċa oħra, kif ikun meħtieġ mis-SWIFT, biex ikollu aċċess għall-ICM permezz tal-U2 A.

(6) Id-drittijiet ta’ aċċess għall-ICM għandhom jingħataw bl-użu tar-“Role Based Access Control” tas-SWIFT. Is-servizz “Non Repudiation of Emission (NRE)” tas-SWIFT, li jista’ jintuża mill-parteċipanti, iħalli lir-reċipjent ta’ messaġġ XML biex jipprovdi evidenza li dak il-messaġġ ma ġiex modifkat.

(7) Jekk parteċipant għandu problemi tekniċi u ma jistax jibgħat ordni ta’ ħlas, huwa jista’ jiġġenera ħlasijiet ta’ riżerva preformattjati ta ridistribuzzjoni tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenża billi juża l-ICM. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ din il-funzjonalità meta jintalab mill-parteċipant.

(8) Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll l-ICM sabiex jittrfasferixxu l-likwidità.

(a) [daħħal jekk japplika] mill-kont PM tagħhom lill-kont tagħhom barra l-PM;

(b) bejn il-kont PM u s-subkontijiet tal-partecipant; u

▼M6

(c) mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali;

(d) permezz ta' ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA jew, meta l-ICM jintuża flimkien mas-servizzi ta' valur miżjud T2S, ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' T2S DCA lil PM; u

▼M6

(e) permezz ta' ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM.

▼B

9.    L-UDFS u l-Manwal għall-Utent ICM

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli t’hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent ICM, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt ta’ [daħħal l-isem tal-BĊ] u l-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.




Appendiċi II

SKEMA TA’ KUMPENS TAT-TARGET2

1.    Prinċipji ġenerali

(a) F’każ li jkun hemm ħsara teknika fit-TARGET2, il-parteċipanti diretti jistgħu jippreżentaw talbiet għall-kumpens skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 stabbilita f’dan l-Appendiċi.

(b) Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor, l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 ma tapplikax jekk il-ħsara teknika tat-TARGET2 tirriżulta minn avvenimenti esterni li jmorru lil hinn mill-kontroll raġonevoli tal-BĊi konċernati jew bħala riżultat ta’ atti jew omissjonijiet ta’ terzi.

(c) Il-kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2 għandu jkun l-unika proċedura ta’ kumpens offruta f’każ ta’ ħsara teknika tat-TARGET2. Il-parteċipanti jistgħu, madankollu, jużaw mezzi legali oħra biex jagħmlu talba għat-telf. Jekk parteċipant jaċċetta offerta ta’ kumpens taħt l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tal-parteċipant li b’hekk ikun qed jirrinunzja għat-talbiet kollha fir-rigward ta’ dawk l-ordnijiet ta’ ħlas li jista’ jkollu kontra kull BĊ li dwarhom huwa jaċċetta kumpens (inklużi talbiet għal telf konsegwenzjali), u li l-irċevuta min-naħa tiegħu tal-ħlas ta’ kumpens korrispondenti tikkostitwixxi s-saldu sħiħ u finali ta’ dawk it-talbiet kollha. Il-parteċipant għandu jindennizza lill-BĊi kkonċernati, sa massimu tal-ammont irċevut skont l-iskema ta’ kumpens tat-TARGET2, fir-rigward ta’ talbiet ulterjuri li jitqajmu minn xi parteċipant ieħor jew xi terzi oħra fir-rigward tal-ordni ta’ ħlas jew tal-ħlas ikkonċernat.

(d) It-tfassil ta’ offerta ta’ kumpens m’għandux jikkostitwixxi ammissjoni tar-responsabbiltà minn [daħħal isem il-BĊ] jew minn kull BĊ ieħor fir-rigward ta’ ħsara teknika tat-TARGET2.

2.    Kundizzjonijiet ghal offerti ta’ kumpens

(a) Pagatur jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministazzjoni u kumpens tal-imgħax jekk, minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx sar saldu ta’ ordni ta’ ħlas fil-jum tan-negozju li fih ġiet aċċettata.

(b) Min jirċievi l-ħlas jista’ jissottometti talba għal dritt ta’ amministrazzjoni jekk minħabba ħsara teknika tat-TARGET2 ma jkunx irċieva ħlas li kien qed jistenna li ser jirċievi f’jum tan-negozju partikolari. Min jirċievi l-ħlas jista’ wkoll jissottometti talba għall-kumpens ta’ imgħax jekk jigu sodisfatti waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejin:

(i) f’ każ ta’ parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali: minħabba ħsara teknika tat-TARGET2, min jirċievi l-ħlas irrikorra għall-faċilità ta’ self marġinali; u/jew

(ii) f’każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew dak ir-rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.

3.    Kalkolu ta’ kumpens

(a) Fir-rigward ta’ offerta ta’ kumpens għal pagatur:

(i) id-dritt ta’ amministrazzjoni ghandu jkun ta’ EUR 50 ghall-ewwel ordni ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħha, EUR 25 ghal kull wahda mill-erba’ ordnijiet ta’ ħlas li jsegwu u EUR 12,50 ghal kull ordni ta’ ħlas ohra bhal dawn. Id-dritt ta’ amministrazzjoniv jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta’ kull min jirċievi l-ħlas;

▼M4

(ii) il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta' referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja tal-indiċi mil-lum għall-għada tal-euro (EONIA) u r-rata ta' self marġinali. Ir-rata ta' referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta' ħlas li ma jkunx sar saldu tiegħu b'riżultat tal-ħsara teknika ta' TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data tal-ordnijiet ta' ħlas attwali jew, fir-rigward tal-istess ordnijiet ta' ħlas imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), is-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta' ħlas sad-data li fiha l-ordni ta' ħlas kienet saret jew setgħet ġiet saldata b'suċċess. Kull imgħax jew spejjeż li jirriżultaw mit-tpoġġija ta' kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas mhux saldati fuq depożitu mal-Eurosistema għandhom jitnaqqsu minn jew jiġu imposti fuq l-ammont ta' kwalunkwe kumpens, skont il-każ; u

▼B

(iii) l-ebda kumpens ta’ imgħax m’għandu jitħallas jekk u sakemm fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta’ ħlas li ma jkunx sar saldu tagħhom jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw biex jissodisfaw l-obbligi tar-riżervi minimi.

(b) Fir-rigward ta’ offerta ta’ kumpens għal min jirċievi l-ħlas:

(i) id-dritt ta’ amministrazzjoni ghandu jkun ta’ EUR 50 li ma jkunx sar saldu tagħha, EUR 25 ghal kull wahda mill-erba’ ordnijiet ta’ ħlas li jsegwu u EUR 12,50 ghal kull ordni ta’ ħlas ohra bhal dawn Id-dritt ta’ amministrazzjoniv jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta’ kull pagatur;

(ii) il-metodu stipulat fis-subparagrafu (a)(ii) għall-kalkolu tal-kumpens ta’ imgħax japplika, hlief li l-kumpens ta’ imghax ghandu jkun pagabbli b’rata ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata ta’ self marginali u r-rata ta’ referenza, u ghandu jigi kkalkolat fuq l-ammont ta’ rikors ghall-facilita' ta’ self marginali li jseħħ bhala rizultat tad-difett tekniku tat-TARGET2.

4.    Regoli proċedurali

(a) Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq il-websajt ta’ [daħħal isem il-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal referenza għall-websajt tal-BĊ]). Il-pagaturi għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta’ kull min jirċivi l-ħlas, u dawk li jirċievu l-ħlas għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta’ kull pagatur. Għandhom jingħataw informazzjoni addizzjonali u dokumenti biżżejjed biex isaħħu l-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista’ tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta’ ħlas speċifiku jew ordni ta’ ħlas.

(b) Il-parteċipanti għandhom jippreżentaw il-formoli tat-talba tagħhom lil [niżżel l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat minn meta ssir il-ħsara teknika tat-TARGET2. Kull informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal isem il-BĊ] għandha tingħata fi żmien ġimgħatejn minn meta ssir din it-talba.

(c) Il-[daħħal isem il-BC] għandu jagħmel rieżami tat-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lill-parteċipanti, it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li sseħħ il-ħsara teknika fit-TARGET2.

(d) Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jikkomunika r-riżultat tal-evalwazzjoni msemmija fis-subparagrafu (ċ) lill-parteċipanti relevanti. Jekk l-evalwazzjoni tinvolvi offerta ta’ kumpens, il-parteċipanti kkonċernati għandhom, fi żmien erba’ ġimgħat mill-komunikazzjoni ta’ din l-offerta, jaċċettawha jew jiċħduha, fir-rigward ta’ kull ħlas jew ordni ta’ ħlas inkluż f’kull talba, billi jiffirma ittra ta’ aċċettazzjoni standard (fil-forma disponsibbli fuq il-websajt tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] (ara [daħħal ir-referenza għall-websajt tal-BĊ]). Jekk din l-ittra ma tkunx waslet għand [daħħal l-isem tal-BĊ] fi żmien erba’ ġimgħat, il-parteċipanti kkonċernati għandhom jitqiesu bħala li jkunu ċaħdu l-offerta ta’ kumpens.

(e) Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta’ kumpens meta jirċievi l-ittra ta’ aċċettazzjoni tal-kumpens ta’ parteċipant. L-ebda imgħax ma huwa pagabbli fuq ħlas ta’ kumpens.




Appendiċi III

TERMINI TA’ REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA’ KAPAĊITÀ U DAWK NAZZJONALI

Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet ta’ kapaċità għal parteċipanti tat-TARGET2

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

Parteċipazzjoni fil-[isem tas-sistema]

[post]

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [in-house jew esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta’ [il-ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa ’l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant] (minn issa ’l quddiem il-“Parteċipant”) f’[isem is-sistema komponent tat-TARGET2] (minn issa ’l quddiem is-“Sistema”).

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. M’għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f’dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni], kemm jekk il-Parteċipant jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu jew minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni], jew le, meta jibgħat ordnijiet ta’ ħlas u jirċievi ħlasijiet.

I.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna:

(1) kopja ċċertifikata ta’ [speċifika d-dokument(i) kostituzzjonali rilevanti] tal-Parteċipant hekk kif inhu/huma fis-seħħ fid-data tal-preżenti;

(2) [[jekk japplika] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanija rilevanti], u [jekk applikabbli] [ir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ir-reġistru analogu];

(3) [safejn japplika] kopja tal-liċenzja tal-Parteċipant jew prova oħra tal-awtorizzazzjoni li huwa għandu biex jagħti servizz bankarju, ta’ investiment, ta’ trasferiment ta’ fondi jew servizzi finanzjarji oħra f’[ġurisdizzjoni];

(4) [jekk japplika] kopja ta’ riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew mill-bord governattiv rilevanti tal-Parteċipant f’[daħħal data], [daħħal sena], li tagħti xhieda li l-Parteċipant jaqbel li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif iddefinit hawn isfel;

(5) [speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jagħtu xhieda tas-setgħa neċessarja tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif iddefinit hawn isfel) f’isem il-Parteċipant];

u d-dokumenti l-oħra kollha dwar il-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xierqa tal-Parteċipant għall-għoti ta’ din l-Opinjoni (minn issa ’l quddiem id-“Dokumenti tal-Parteċipant”).

Għall-finijiet ta’ din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- ►M3  Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM f'TARGET2 ◄ ] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa ’l quddiem ir- “Regoli”) u;

(2) […].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa ’l quddiem bħala d- “Dokumenti tas-Sistema” (u flimkien mad-Dokumenti tal-Parteċipant bħala “d-Dokumenti”).

II.   ASSUNZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew veri kopji tagħhom;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) id-Dokumenti tal-Parteċipant huma fil-kapaċità u s-setgħa ta’ u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b’mod validu mill-partijiet rilevanti; u

(4) id-Dokumenti tal-Parteċipant jorbtu lill-partijiet li lihom jindirizzaw, u ma kien hemm l-ebda ksur ta’ xi waħda mill-kundizzjonijiet tagħhom.

III.   OPINJONIJIET DWAR IL-PARTEĊIPANT

A. Il-Parteċipant huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata kif suppost jew inkella inkorporata jew organizzata kif suppost skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

B. Il-Parteċipant għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa biex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom huwa parti.

C. L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mill-Parteċipant tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom il-Parteċipant huwa parti, mhumiex ser jiksru bl-ebda mod xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta’ [ġurisdizzjoni] applikabbli għall-Parteċipant jew għad-Dokumenti tal-Parteċipant.

D. L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, preżentazzjoni, reġistrazzjoni, tranżunzjoni jew ċertifikazzjoni oħra ta’ jew ma’ kull qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] m’hi meħtieġa mill-Parteċipant f’konnessjoni mal-adozzjoni, il-validità tal-inforzabbiltà ta’ kull Dokument tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi li dawn ta’ hawn fuq jinkludu.

E. Il-Parteċipant ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa, u passi oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u jorbtu legalment.

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuqha, u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens tagħna minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta’ [ġuris-dizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]:

Termini ta’ referenza għall-opinjonijiet nazzjonali għal parteċipanti li mhumiex fiż-ŻEE fit-TARGET2

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

[isem tas-sistema]

Post

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Bħala l-konsulenti legali [esterni] ta’ [speċifika l-isem tal-Parteċipant jew il-fergħa tal-Parteċipant] (il-“Parteċipant”) fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni li fiha l-Parteċipant huwa stabbilit; minn issa ’l quddiem il- “ġurisdizzjoni”] ġejna mitluba biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] b’konnessjoni mal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant f’sistema li hija komponent tat-TARGET2 (minn issa ’l quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti kollha applikabbli ta’ [ġurisdizzjoni]. Qed nesprimu hawnhekk opinjoni skont il-liġi ta’ [ġurisdizzjoni], b’mod partikolari għall-Parteċipant stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jqumu mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif stabbilit fid-Dokumenti tas-Sistema ddefiniti hawn isfel.

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta’ din l-Opinjoni. M’għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta’ xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f’dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Assumejna li fil-liġijiet ta’ ġuris- dizzjoni oħra m’hemm xejn li jaffettwa din l-Opinjoni.

1.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il- ►M3  Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM f'TARGET2 ◄ ] għas-Sistema datata [daħħal data] (minn issa ’l quddiem ir-“Regoli”); u

(2) kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn il-Parteċipant u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu minn issa ‘l quddiem “Dokumenti tas-Sistema”.

2.   ASSUNZJONIJIET

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta’ u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b’mod validu mill-partijiet rilevanti;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta’ [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) il-parteċipanti fis-Sistema li permezz tagħhom tintbagħat kull ordni ta’ ħlas jew jiġu irċevuti ħlasijiet, jew li permezz tagħhom kull dritt jew obbligu skont id-Dokumenti tas-Sistema jiġi eżegwit jew imwettaq, huma lliċenzjati biex jipprovdu servizzi ta’ trasferiment ta’ fondi, fil-ġurisdizzjonijiet kollha rilevanti; u

(4) id-dokumenti li ntbagħtulna bħala kopja jew kampjuni jikkonformaw mal-oriġinal.

3.   OPINJONI

Fuq il-bażi ta’ u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f’kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:

3.1.    Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [safejn japplikaw]

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta’ [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma’ u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tal-Parteċipant li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta’ aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].

▼M7

3.2.    Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a  Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tal-Parteċipant jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom il-Parteċipant jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-“Proċedimenti ta’ Insolvenza”).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, il-Parteċipant, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom, ħlasijiet lil u/jew mill-Parteċipant jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn il-ħlasijiet jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-“Proċedimenti”).

3.2.b  Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].

▼B

3.3.    Inforzabbiltà ta’ Dokumenti tas-Sistema

Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u inforzabbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni], b’mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant.

B’mod partikolari aħna tal-opinjoni li:

3.3.a.    L-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta’ ordnijiet ta’ ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u inforzabbli. Partikolarment, l-ordnijiet ta’ ħlas kollha pproċessati bis-saħħa ta’ dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta mill-Parteċipant lis-Sistema jsiru inforzabbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.b.    L-awtorità ta’ [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu

Il-bidu ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta’ [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [safejn japplika] li: l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta’ kull entità oħra li tipprovdi lill-Parteċipanti b’servizzi direttament u meħtieġa biex jipparteċipaw fis-Sistema (eż. ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ )].

3.3.c.    Rimedji fil-każ ta’ inadempjenza

[Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta’ talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta’ talbiet minħabba l-użu tad-depożiti tal-Parteċipant, l-infurzar ta’ xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta’ parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax applikabbli (default interest), u t-tmiem ta’ ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawsoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.d.    Sospensjoni u terminazzjoni

Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tal-Parteċipant fis-Sistema dwar il-bidu ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta’ inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk il-Parteċipant jirrappreżenta xi tip ta’ riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.e.    Sistema ta’ penali

Meta japplika fir-rigward tal-Parteċipant, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli fir-rigward ta’ penali imposti fuq Parteċipant li ma jkunx f’qagħda li jirrimborsa fil-ħin kreditu tat-tip intraday jew overnight, safejn japplikaw, huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.3.f.    Ċessjoni ta’ drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi tal-Parteċipant ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mill-Parteċipant lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub u bil-quddiem ta’ [daħħal isem il-BĊ].

3.3.g.    Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b’mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta’ xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.4.    Preferenzi annullabbli

Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li joħroġ mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta’ kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant ma jista’ jitwarrab f’dawn il-proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġurisdizzjoni].

B’mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta’ kull ordni ta’ ħlas mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B’mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta’ [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-inforzabbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta’ ħlas huma validi u inforzabbli, u li ordni ta’ ħlas mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta’ [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tistax titwarrab f’kull Proċediment ta’ Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta’ [ġurisdizzjoni].

3.5.    Sekwestru

Jekk xi kreditur tal-Parteċipant jitlob ordni ta’ sekwestru (inkluża kull ordni ta’ iffriżar, ordni ta’ qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Parteċipant) – minn issa ’il quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” – skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].

3.6.    Kollateral [jekk japplika]

3.6.a.    Ċessjoni ta’ drittijiet jew depożitu ta’ assi għall-finijiet ta’ kollateral, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta’ kollateral huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni]. B’mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni].

3.6.b.    Prijorità tal-interess ta’ ċessjonarji, ta’ detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos fuq dak ta’ kredituri oħra,

Fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, id-drittijet jew l-assi mogħtija b’ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, jew mirhuna mill-Parteċipant favur ta’ [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, se tingħatalhom prijorità ta’ ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tal-Parteċipant u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.

3.6.c.    Infurzar ta’ titolu taħt garanzija

Anke fil-każ ta’ Proċedimenti ta’ Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tal-Parteċipant, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta’ rahan jew xerrejja ta’ repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jinfurzaw u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant permezz tal-azzjoni ta’ [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli.

3.6.d.    Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni.

M’hemm l-ebda rekwiżit għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta’ garanzija ta’, jew il-ħolqien u l-infurzar ta’ rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tal-Parteċipant, u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta’ kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika,] jew kull dettall ta’ dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati f’kwalunkwe qorti kompetenti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f’[ġurisdizzjoni].

III.7    Fergħat [safejn japplika]

3.7.a.    L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-fergħat

Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tal-Parteċipant tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni] f’sitwazzjonijiet fejn il-Parteċipant jaġixxi permezz ta’ waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].

3.7.b.    Konformità mal-liġi

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta’ ħlas minn fergħa ta’ Parteċipant ma jiksru bl-ebda mod il-liġijiet ta’ [ġurisdizzjoni];

3.7.c.    Awtorizzazzjonijiet meħtieġa

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta’ ordnijiet ta’ ħlas minn fergħa ta’ Parteċipant ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta’ jew ma’ kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [Parteċipant]. L-ebda persuna oħra ma tista’ tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta’ din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta’ [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

Firma:




Appendiċi IV

PROĊEDURI GĦALL-KONTINWITÀ TAS-SERVIZZ U TAL-KONTINĠENZA

1.    Dispożizzjonijiet ġenerali

(a) Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [daħħal isem il-BĊ] u l-parteċipanti, jew sistemi anċillari, jekk komponent wieħed jew aktar tal-SSP jew in-netwerk tat-telekommunikazzjonijiet ifallu jew jiġu affettwati minn każ estern mhux normali, jew jekk il-ħsara taffettwa parteċipant jew sistema anċillari.

(b) Ir-referenzi kollha għall-ħinijiet speċifiċi f’dan l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-Central European Time (CET ( 19 )).

2.    Miżuri ta’ ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza

(a) Fil-każ li jiġri xi każ estern mhux normali u/jew ikun hemm ħsara fl-SSP jew in-netwerk tat-telekomunikazzjonijiet li taffettwa l-operat normali tat-TARGET2, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun intitolat biex jadotta miżuri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza.

(b) Il-miżuri prinċipali tal-kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli fit-TARGET2:

(i) ir-rijallokazzjoni tat-tħaddim tal-SSP għal sit alternattiv;

(ii) il-bidla fis-sigħat tat-tħaddim tal-SSP; u

(iii) il-bidu ta’ pproċessar ta’ kontinġenza ta’ ħlasijiet kritiċi ħafna u dawk kritiċi, kif iddefinit fil-paragrafu 6(ċ) u (d) rispettivament.

(c) Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontinwità tas-servizz u ta’ pproċessar ta’ kontinġenza, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta’ jekk u liema miżuri għandhom jiġu adottati biex ikun hemm saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas.

3.    Komunikazzjoni dwar xi inċident

(a) L-informazzjoni dwar il-ħsara fl-SSP u/jew dwar każ estern mhux normali għandha tiġi kkomunikata lill-parteċipanti permezz tal-kanali domestiċi ta’ komunikazzjoni, l-ICM u t-T2IS. B’mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lill-parteċipanti għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(i) deskrizzjoni tal-każ;

(ii) id-dewmien antiċipat fl-ipproċessar (jekk ikun magħruf);

(iii) informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu; u

(iv) il-parir lill-parteċipanti.

(b) Barra minn dan, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jinnotifika lill-parteċipanti dwar kull każ ieħor eżistenti jew antiċipat li jkollu l-potenzjal li jaffettwa l-operat normali tat-TARGET2.

4.    Rijallokazzjoni tal-operat tal-SSP għal sit alternattiv

(a) Fil-każ li jiġri xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), l-operat tal-SSP jista’ jiġi rijallokat għal sit alternattiv, jew fl-istess reġjun jew f’reġjun ieħor.

▼M4

(b) Fil-każ li l-operazzjoni tal-SSP jew tal-Pjattaforma jiġu rilokati minn reġjun wieħed (Reġjun 1) għal reġjun ieħor (Reġjun 2), il-parteċipanti għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jirrikonċiljaw il-pożizzjonijiet tagħhom sal-mument tal-ħsara jew sa meta jkun ġara l-każ estern mhux normali, u jipprovdu lil [daħħal isem il-BĊ] l-informazzjoni kollha rilevanti f'dan ir-rigward.

▼M4

(c) Meta ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM għal T2S DCA ◄ tiġi ddebitata fuq il-kont PM tal-parteċipant fuq l-SSP fir-Reġjun 1, imma, wara r-rikonċiljazzjoni, ma jidhirx li hija ddebitata fuq l-SSP fir-Reġjun 2, il-BĊ responsabbli għall-parteċipan, għandu jiddebita l-kont PM tal-parteċipant fir-Reġjun 2 biex iġib lura l-bilanċ tal-kont PM tal-parteċipant għal-livell li kellu qabel ir-rilokazzjoni.

▼B

5.    Bidla fis-sigħat tax-xogħol

(a) L-ipproċessar ta’ bi nhar tat-TARGET2 jista’ jiġi estiż, jew jista’ jiddewwem il-ħin tal-ftuħ ta’ jum ġdid tan-negozju. Matul kull ħin tal-operat estiż tat-TARGET2, l-ordnijiet ta’ ħlas għandhom jiġu pproċessati skont il-[niżżel ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati], bla ħsara għall-modifiki li jinsabu f’dan l-Appendiċi.

(b) L-ipproċessar ta’ bi nhar jista’ jiġi estiż u għalhekk jiddewwem il-ħin tal-għeluq jekk tkun seħħet xi ħsara fl-SSP matul il-jum imma tkun ġiet solvuta qabel is-18.00. Dan id-dewmien fil-ħin tal-għeluq għandu, f’ċirkostanzi normali, ma jeċċedix sagħtejn u għandu jitħabbar lill-parteċipanti kmieni kemm jista’ jkun. Jekk dan id-dewmien jitħabbar qabel il-16.50, il-perijodu minimu ta’ siegħa bejn il-cut-off time għal ordnijiet ta’ ħlas tal-klijenti u dawk ta’ bejn il-banek għandu jibqa’ fis-seħħ. Ladarba jitħabbar dan id-dewmien, ma jkunx possibli li jiġi rtirat.

(c) Il-ħin tal-għeluq għandu jiddewwem f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP tkun ġrat qabel is-18:00 u ma tkunx ġiet solvuta sas-18.00. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika minnufih id-dewmien fil-ħin tal-għeluq lill-parteċipanti.

(d) Malli l-SSP jirkupra, għandhom jittieħdu l-passi li ġejjin:

(i) Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jara li jagħmel is-saldu tal-ħlasijiet kollha fil-kju f’siegħa; dan il-ħin jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara tal-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard (f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00).

(ii) Il-bilanċi finali tal-parteċipanti għandhom jiġu stabbiliti f’siegħa; dan il-ħin għandu jitnaqqas għal 30 minuta fil-każ li l-ħsara fl-SSP isseħħ fil-17.30 jew aktar tard, f’każijiet fejn il-ħsara fl-SSP kienet għadha għaddejja fis-18.00.

(iii) Fil-cut-off time għal ħlasijiet ta’ bejn il-banek (interbank payments), għandu jseħħ l-ipproċessar ta’ tmiem il-jum, inkluż ir-rikors għall-faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema.

(e) Sistemi anċillari li jeħtieġu likwidità filgħodu kmieni għandhom ikunu diġa’ stabbilixxew mezzi dwar kif se jlaħħqu ma’ każijiet fejn l-ipproċessar ta’ bi nhar ma jkunx jista’ jinbeda fil-ħin minħabba ħsara fl-SSP fil-jum ta’ qabel.

6.    Ipproċessar ta’ kontinġenza

▼M7

(a) Jekk [daħħal l-isem tal-BĊ] iqis li hu meħtieġ li jsir hekk, għandu jibda l-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas permezz tas-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza tal-SSP. F’dawn il-każijiet, il-parteċipanti u s-sistemi anċillari għandhom jingħataw biss livell ta’ servizz minimu. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lill-parteċipanti u s-sistemi anċillari tiegħu bil-bidu tal-ipproċessar ta’ kontinġenza permess ta’ kull mezz disponibbli ta’ komunikazzjoni.

(b) Fl-ipproċessar ta’ kontinġenza, l-ordnijiet ta’ ħlas għandhom ikunu sottomessi mill-parteċipanti u awtorizzati mill-[daħħal isem il-BĊ]. Barra minn hekk, is-sistemi anċillari jistgħu jissottomettu fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ ħlas, li jistgħu jittellgħu fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

▼B

(c) Il-ħlasijiet li ġejjin għandhom jitqiesu “kritiċi ħafna” u [daħħal isem il-BĊ] għandu jagħmel l-aħjar tiegħu biex jipproċessahom f’sitwazzjonijiet ta’ kontinġenza:

▼M6

(i) ħlasijiet relatati mal-CLS Bank International, bl-eċċezzjoni ta' pagamenti relatati mas-servizz CLS CCP;

▼B

(ii) Proċeduri tal-aħħar tal-jum EURO1;

(iii)  margin calls tal-kontroparti ċentrali.

▼M7

(d) Ħlasijiet meħtieġa biex jiġi evitat ir-riskju sistemiku għandhom jitqiesu “kritiċi” u [daħħal isem il-BĊ] jista’ jiddeċiedi biex jibda pproċessar ta’ kontinġenza fir-rigward tagħhom.

(e) Il-parteċipanti għandhom jissottomettu ordnijiet ta’ ħlas għall-ipproċessar ta’ kontinġenza direttament fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza u l-informazzjoni lil min jitħallas għandha tingħata permezz ta’ [niżżel il-mezzi ta’ komunikazzjoni]. Is-sistemi anċillari għandhom jissottomettu fajls li jkun fihom struzzjonijiet ta’ pagament lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jitellgħu fis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza u li jawtorizzaw [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jagħmlu dan. [daħħal l-isem tal-BĊ] jista’, b’mod eċċezzjonali, ukoll idaħħal il-pagamenti manwalment f’isem il-parteċipanti. L-informazzjoni dwar il-bilanċi tal-kontijiet u l-entrati ta’ debitu u kreditu tista’ tiġi akkwistata permezz ta’ [daħħal isem il-BĊ].

▼B

(f) Ordnijiet ta’ ħlas li jkunu ntbagħtu diġa’ lit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż], imma li jkunu fil-kju, jistgħu ukoll igħaddu mill-ipproċessar ta’ kontinġenza. F’dawn il-każijiet il- [daħħal isem il-BĊ] għandu jipprova bis-sħiħ biex jevita l-ipproċessar doppju ta’ ordnijiet ta’ ħlas, imma għandhom ikunu l-parteċipanti li jassumu r-riskju ta’ dan l-ipproċessar doppju jekk dan iseħħ.

(g) Għall-ipproċessar ta’ kontinġenza ta’ ordnijiet ta’ ħlas, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kollateral addizzjonali. Matul l-ipproċessar ta’ kontinġenza, ħlasijiet ta’ kontinġenza dovuti mingħand oħrajn (incoming) jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw ħlasijiet ta’ kontinġenza dovuti lil oħrajn (outgoing). Għall-finijiet tal-ipproċessar ta’ kontinġenza, il-likwidità disponibbli tal-parteċipanti tista’ ma titqisx mill- [daħħal isem il-BĊ].

7.    Ħsarat marbuta ma’ parteċipanti jew sistemi anċillari

▼M7

(a) Fil-każ li parteċipant ikollu problema li żżommu milli jagħmel saldu ta’ ħlasijiet fit-TARGET2, tkun ir-responsabbiltà tiegħu biex isolvi l-problema. B’mod partikolari, parteċipant jista’ juża soluzzjonijiet in-house jew il-funzjonalità tal-ICM, jiġifieri ridistribuzzjonijiet ta’ riżerva tal-likwidità u ħlasijiet ta’ riżerva ta’ kontinġenza (per eżempju CLS, EURO1).

▼B

(b) Jekk parteċipant jiddeċiedi li juża l-funzjonalità tal-ICM biex jagħmel ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu, jekk il-parteċipant jitlob hekk, jiftaħ din il-funzjonalità permezz tal-ICM. Jekk il-parteċipant jitlob hekk, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jittrasmetti messaġġ ta’ komunikazzjoni tal-ICM biex jinforma lil parteċipanti oħra dwar l-użu minn dak il-parteċipant ta’ ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva. Il-parteċipant għandu jkun responsabbli biex jibgħat dawn il-ħlasijiet f’somma waħda ta’ riżerva esklużivament lil parteċipanti oħra li magħhom ikun qabel bilateralment dwar l-użu ta’ dawk il- ħlasijiet, u għandu jkun responsabbli wkoll għal passi oħra fir-rigward ta’ dawn il-ħlasijiet.

(c) Jekk jintużaw il-miżuri kollha msemmija fis-subparagrafu (a) jew jekk huma ineffiċjenti, il-parteċipant jista’ jitlob għajnuna minn [daħħal isem il-BĊ].

(d) Fil-każ li xi ħsara taffettwa sistema anċillari, dik is-sistema anċillari għandha tkun responsabbli biex issolvi l-ħsara. Jekk is-sistema anċillari titlob hekk, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jaġixxi f’isimha. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-diskrezzjoni biex jiddeċiedi liema għajnuna għandu jagħti lis-sistema anċillari, inkluż matul l-operazzjonijiet ta’ bil-lejl tas-sistema anċillari. Jistgħu jittieħdu dawn il-miżuri ta’ kontinġenza li ġejjin:

(i) is-sistema anċillari tagħti bidu għal ħlasijiet nodfa, jiġifieri ħlasijiet li mhumiex marbuta mat-tranżazzjoni relatata permezz tal-Interfaċċa tal-Parteċipant;

(ii) il-[daħħal isem il-BĊ] joħloq u/jew jipproċessa struzzjonijiet/fajls XML f’isem is-sistema anċillari; u/jew

(iii) il-[daħħal isem il-BĊ] jagħmel ħlasijiet nodfa f’isem is-sistema anċillari.

(e) Il-miżuri ta’ kontinġenza ddettaljati fir-rigward ta’ sistemi anċillari għandhom jiġu inklużi fl-arranġamenti bilaterali bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u s-sistema anċillari rilevanti.

8.    Dispożizzjonijiet oħrajn

(a) Fil-każ li ċerta dejta ma tkunx disponibbli minħabba li jkun seħħ xi wieħed mill-każijiet msemmija fil-paragrafu 3(a), il-[daħħal isem il-BĊ] huwa intitolat jibda jew ikompli jipproċessa ordnijiet ta’ ħlas u/jew jopera t-TARGET2-[daħħal ir-riferenza għall-BĊ/pajjiż] fuq il-bażi tal-aħħar dejta disponibbli, kif iddeterminat minn [daħħal isem il-BĊ]. Jekk mitlub minn [daħħal isem il-BĊ], il-parteċipanti u s-sistemi anċillari għandhom jibagħtu mill-ġdid il-messaġġi FileAct/Interact tagħhom jew jieħdu kull azzjoni oħra li titqies xierqa minn [daħħal isem il-BĊ].

▼M5

(b) Fil-każ ta' ħsara ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], il-funzjonijiet tekniċi kollha tiegħu, jew xi wħud minnhom, fir-rigward tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra tal-Eurosistema jew ►M6  mit-tim operattiv tal-SSP ◄ .

▼M4

(c) Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob li l-parteċipanti jipparteċipaw f'ittestjar regolari jew ad hoc ta' miżuri ta' kontinwità tas-servizz u ta' pproċessar ta' kontinġenza, f'taħriġ jew f'kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [daħħal isem il-BĊ]. L-ispejjeż kollha li l-parteċipanti jkollhom b'riżultat ta' dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mill-parteċipanti biss.

▼B




Appendiċi V

SKEDA OPERATTIVA

1. It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta’ Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta’ Diċembru.

2. Il-ħin ta’ referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri is-CET.

3. Il-jum tan-negozju kurrenti jiftaħ filgħaxija tal-jum tan-negozju ta’ qabel u jaħdem skont l-iskeda li ġejja:

▼M6



Ħin

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawsa ta' negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta' bi nhar (1)

7.00-18.00

L-ipproċessar ta' bi nhar

17,00

Il-cut-off time għal ħlasijiet tal-klijenti, jiġifieri ħlasijiet meta l-oriġinatur u/jew il-benefiċjarju ta' xi ħlas mhuwiex parteċipant dirett jew indirett kif identifikat fis-sistema bl-użu ta' messaġġ MT 103 jew MT 103+

18.00

Il-cut-off time għal ħlasijiet ta' bejn il-banek (interbank payments) jiġifieri ħlasijiet oħra minbarra dawk tal-klijenti

Il-cut-off time għat-trasferimenti tal-likwidità bejn it-TARGET2 u TIPS

(Ftit wara) 18.00 (***)

Tlestija tal-aħħar algoritmi fit-TARGET2

Mat-tlestija tal-aħħar algoritmi

TARGET2 jibgħat messaġġ lil TIPS biex tibda l-bidla tal-ġurnata tan-negozju fit-TIPS

Ftit wara t-tlestija tal-aħħar algoritmi

Fajls ta' tmiem il-jum (General Ledger) riċevuti minn TIPS

18.00-18.45 (2)

Proċessar ta' tmiem il-jum

18.15 (2)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta' faċilitajiet permanenti

(Ftit wara) 18.30 (3)

Id-dejta għall-aġġornament tas-sistemi ta' kontabilità hija disponibbli għall-BĊi

18.45-19.30 (3)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

19.00 (3) -19.30 (2)

Għoti ta' likwidità fil-kont PM

19.30 (3)

Messaġġ “tal-bidu tal-proċedura” u saldu tal-ordnijiet permanenti biex tiġi ttrasferita l-likwidità mill-kontijiet PM għas-subkontijiet/kont tekniku (saldu relatat mas-sistema anċillari)

Bidu tat-trasferimenti tal-likwidità bejn it-TARGET2 u TIPS

19.30 (3) -22.00

Eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġi “bidu taċ-ċiklu” għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced; perjodu ta' saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' bil-lejl (għall-proċedura ta' saldu anċillari biss tas-sistema 6 fil-ħin reali u l-proċedura ta' saldu 6 interfaced)

22.00-1.00

Perijodu ta' manutenzjoni teknika

1.00-6.45

Proċedura ta' saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' bil-lejl (biss għal proċedura ta' saldu anċillari tas-sistema 6 f'ħin reali u l-proċedura ta' saldu 6 interfaced)

Trasferimenti ta' likwidità bejn it-TARGET2 u TIPS.

(1)   “Operazzjonijiet ta' bi nhar” tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.

(2)   Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

(3)   Jibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

▼B

4. L-ICM huwa disponibbli għal trasferimenti ta’ likwidità mis-19.30 ( 20 ) sas-18.00 tal-għada, ħlief għal matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika bejn l-22.00 sas-1.00.

5. Is-siegħat ta’ operazzjoni jistgħu jinbidlu fil-każ li l-miżuri ta’ kontinwità tas-servizz jiġu adottati skont il-paragrafu 5 tal-Appendiċi IV.

▼M6

6. Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) fuq paġna web apposta fuq il-websajt tal-BĊE. L-informazzjoni dwar l-istatus operattiv tal-SSP fuq it-T2IS u l-websajt tal-BĊE għandha tiġi aġġornata biss matul il-ħinijiet normali tax-xogħol.

▼M3




Appendiċi VI

SKEDA TA' DRITTIJIET U L-ĦRUĠ TA' FATTURI

Drittijiet għal parteċipanti diretti

1. Id-dritt ta' kull xahar għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għal parteċipanti diretti, skont l-opzjoni li jkun għażel il-parteċipant dirett, għandu jkun jew:

(a) EUR 150 għal kull kont PM flimkien ma' dritt fiss għal kull tranżazzjoni (reġistrata bħala dejn) ta' EUR 0,80; jew

(b) EUR 1 875 għal kull kont PM flimkien ma' dritt għal kull tranżazzjoni (reġistrata bħala dejn) iddeterminat kif ġej, skont il-volum ta' tranżazzjonijiet (numri ta' partiti pproċessati) fix-xahar:



Faxxa

Minn

Għal

Prezz

1

1

10 000

EUR 0,60

2

10 001

25 000

EUR 0,50

3

25 001

50 000

EUR 0,40

4

50 001

100 000

EUR 0,20

5

'il fuq minn 100 000

EUR 0,125

Trasferimenti ta' likwidità bejn il-kont PM ta' parteċipant u s-subkontijiet tiegħu m'għandhomx ikunu suġġetti għal imposta.

▼M6

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA jew ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA mibgħuta minn kont PM ta' parteċipant u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM riċevuti fuq kont PM ta' parteċipant għandhom jitħallsu skont l-għażla ta' prezzijiet (a) jew (b) hawn fuq magħżula għal dak il-kont PM.

▼M3

2. Id-dritt ta' kull xahar għall-aċċess għal aktar minn indirizzat wieħed huwa ta' EUR 80 għal kull indirizz BIC ta' 8 ċifri li mhuwiex il-BIC tal-kont tal-parteċipant dirett.

3. Għandu jkun hemm dritt addizzjonali ta' kull xahar ta' EUR 30 għal kull kont għal parteċipanti diretti li ma jixtiqux li l-BIC tal-kont tagħhom jiġi ppubblikat fid-direttorju TARGET2.

4. Id-dritt ta' kull xahar għal kull reġistrazzjoni minn parteċipant dirett ta' parteċipant indirett fid-direttorju ta' TARGET2 għandu jkun ta' EUR 20.

5. Id-dritt ta' darba pagabbli għal kull reġistrazzjoni ta' detentur ta' BIC indirizzabbli fid-direttorju ta' TARGET2, għal friegħi ta' parteċipanti diretti jew indiretti, friegħi ta' korrispondenti jew detenturi ta' BIC indirizzabbli li huma membri tal-istess grupp, kif definit fl-Artikolu 1, huwa ta' EUR 5.

6. Id-dritt ta' kull xahar għal kull reġistrazzjoni fid-direttorju ta' TARGET2 ta' detentur ta' BIC indirizzabbli għal korrispondent huwa ta' EUR 5.

7. Id-dritt ta' kull xahar għal parteċipanti diretti li jissottoskrivu għas-servizzi b'valur miżjud ta' TARGET2 għandu jkun ta' EUR 50 għal dawk il-parteċipanti li għażlu l-opzjoni (a) fil-paragrafu 1 iktar 'il fuq, u EUR 625 għal dawk il-parteċipanti li għażlu l-opzjoni (b) fil-paragrafu 1 iktar 'il fuq.

Drittijiet għall-aggregazzjoni ta' likwidità

8. Għall-modalità CAI, id-dritt ta' kull xahar huwa ta' EUR 100 għal kull kont inkluż fil-grupp.

9. Għall-modalità AL, id-dritt ta' kull xahar huwa ta' EUR 200 għal kull kont inkluż fil-grupp AL. Jekk il-grupp AL juża l-modalità CAI, kontijiet mhux inklużi fil-modalità AL għandhom iħallsu d-dritt ta' kull xahar tas-CAI ta' EUR 100 għal kull kont.

10. Għall-modalità AL kif ukoll għall-modalità CAI, l-istruttura digressiva tad-dritt tat-tranżazzjoni stabbilita fit-tabella fil-paragrafu 1(b) għandha tapplika għall-ħlasijiet kollha li jsiru mill-parteċipanti fil-grupp, daqslikieku dawn il-ħlasijiet intbagħtu mill-kont ta' parteċipant wieħed.

11. Id-dritt ta' kull xahar ta' EUR 1 875 imsemmi fil-paragrafu 1(b) jitħallas mill-maniġer tal-grupp relevanti, u d-dritt ta' kull xahar ta' EUR 150 imsemmi fil-paragrafu 1(a) għandu jitħallas mill-membri l-oħra kollha tal-grupp. Jekk grupp AL huwa parti minn grupp CAI, u l-maniġer tal-grupp AL huwa l-istess maniġer tal-grupp CAI, id-dritt ta' kull xahar ta' EUR 1 875 għandu jitħallas darba biss. Jekk il-grupp AL huwa parti minn grupp CAI u l-maniġer tal-grupp CAI huwa differenti mill-maniġer tal-grupp AL, il-maniġer tal-grupp CAI għandu jħallas dritt addizzjonali ta' EUR 1 875 ta' kull xahar. F'dawn il-każijiet il-fattura għat-total tad-drittijiet għall-kontijiet kollha fil-grupp CAI (inkluż il-kontijiet tal-grupp AL) għandha tintbagħat lill-maniġer tal-grupp CAI.

Drittijiet għal detenturi ta' kont PM Ewlieni

12. Flimkien mad-drittijiet imsemmijin iktar 'il fuq f'dan l-Appendiċi, għandu jitħallas minn detenturi ta' kont PM Ewlieni dritt kull xahar ta' EUR 250 għal kull ►M6  T2S DCA ◄ konness.

13. Id-detenturi ta' kont PM Ewlieni għandhom iħallsu d-drittijiet li ġejjin għal servizzi T2S konnessi ma' ►M6  T2S DCA(s) ◄ konness(i). Għandu jintalab ħlas separat għal dawn il-partiti.



Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' ħlas

▼M7

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

Għal kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 ċenteżmu ta’ euro

Għal kull tranżazzjoni

▼M3

Servizzi ta' informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4 euroċenteżmi

Għal kull partita ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat

Mistoqsijiet A2 A

0,7 euroċenteżmi

Għal kull mistoqsija fuq partita ta' negozju f'kull mistoqsija ġġenerata A2 A

Mistoqsijiet U2 A

10 euroċenteżmi

Għal kull funzjoni ta' tiftix li ssir

▼M6

Mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7 euro cent

Għal kull partita ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat u mniżżel

▼M3

Messaġġi miġbura f'fajl

0,4 euroċenteżmi

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2 euroċenteżmi

Kull trażmissjoni

▼M6

Tariffi għad-detenturi ta' Kont PM Marbut

13a. Id-detentur tal-kont PM marbut għandu jiġi mitlub iħallas it-tariffi li ġejjin għas-servizz TIPS marbut mat-TIPS DCAs marbuta ma' dak il-kont PM.



Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

Ordni ta' ħlas immedjat

0,20 euro cent

Irid jitħallas ukoll għal tranżazzjonijiet mhux saldati

Rikjesta għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba negattiva għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba pożittiva għall-irtirar

0,20 euro cent

Irid jitħallas lid-detentur tal-kont tal-PM marbut miegħu assoċjat mat-TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat (ukoll għal tranżazzjonijiet mhux saldati)

13b. Sa l-ewwel għaxar miljun ordni ta' ħlas immedjat u tweġibiet għall-irtirar pożittiv, kumulattivament, riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA sa tmiem l-2019, għandhom ikunu bla ħlas. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċċarġja lid-detenturi tal-kont tal-PM Marbut għal kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas istantanji u tweġibiet għall-irtirar pożittiv irċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA assoċjat sa tmiem l-2019, fis-sena ta' wara.

▼M3

Ħruġ ta' fatturi

▼M5

14. Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin dwar il-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett (il-grupp AL jew maniġer ta' grupp CAI f'każ li jintużaw il-modi AL jew CAI) għandu jirċievi l-fatturi relevanti għax-xahar ta' qabel li jispeċifikaw it-tariffi li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. ►M6  Il-ħlasijiet għandhom isiru mhux aktar tard mill-14-il jum tan-negozju ta' dak ix-xahar fil-kont speċifikat minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jew għandhom jiġu ddebitati minn kont speċifikat mid-detentur tal-kont PM. ◄

▼B




Appendiċi VII

FTEHIM TA’ LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT A

Mudell għall-użu tal-modalità AL minn iktar minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda



Artikolu 1

Effettività ta’ dan il-Ftehim

Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2.

Artikolu 2

Interess reċiproku tal-membri tal-grupp AL u tal-BĊNi tal-AL

1.  Il-membri tal-grupp AL jiddikjaraw b’mod ċar u jirrikonoxxu li l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim isservi tajjeb l-interessi ekonomiċi, soċjali u finanzjarji reċiproċi tagħhom billi l-ordnijiet ta’ ħlas tal-membri kollha tal-grupp AL jistgħu jkollhom saldu fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, sa ammont li jikkorrispondi mal-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM tal-membri kollha tal-grupp AL, b’hekk tiġi ddistribwita l-likwidità disponibbli f’sistemi komponenti oħra tat-TARGET2.

2.  Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa ikkollateralizzat skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta’ debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, li huma ikkollateralizzati għat-twettiq tal-obbligi min-naħa ta’ xi membru tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL

1.  Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu flimkien u in solidum bejniethom responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-saldu, fis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tagħhom, tal-ordni ta’ ħlas ta’ kwalunkwe membru tal-grupp AL. Il-membri tal-grupp AL m’għandhomx ikunu intitolati jistrieħu fuq kwalunkwe arranġamenti interni tal-grupp dwar it-tqassim tar-responsabbiltajiet biex jevitaw kwalunkwe responsabbiltà lejn il-BĊNi tal-AL fir-rigward tal-aggregazzjoni tar-responsabbiltajiet kollha hawn fuq imsemmija.

2.  Il-valur totali tal-ordnijiet kollha ta’ ħlas li jkun sar saldu tiegħu mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom ma jista’ qatt jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità kollha disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha.

3.  Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità CAI, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

4.  Il-membri tal-grupp AL għandhom jiżguraw li jkun hemm ftehim intern bejniethom li jinkludi inter alia:

(a) ir-regoli tal-organizzazzjoni interna tal-grupp AL;

(b) il-kundizzjonijiet li skonthom il-maniġer tal-grupp AL għandu l-obbligu li jirrapporta lill-membri tal-grupp AL;

(c) l-ispejjeż tal-modalità AL (inkluża l-allokazzjoni tagħhom bejn il-membri tal-grupp AL); u

(d) id-drittijiet biex jitħallsu bħala remunerazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL għas-servizzi skont il-ftehim AL, u r-regoli biex tiġi kkalkulata l-kunsiderazzjoni finanzjarja.

Bl-eċċezzjoni tas-subparagrafu (d), il-membri tal-grupp AL jistgħu jiddeċiedu jekk jiżvelawx jew le dan il-ftehim intern jew xi partijiet minnu lill-BĊNi tal-AL. Il-membri tal-grupp tal-AL għandhom jiżvelaw l-informazzjoni msemmija fis-subparagrafu (d) lill-BĊNi tal-AL.

Artikolu 4

Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL

1.  Meta xi membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta’ ħlas lis-sistema komponent tat-TARGET2 rispettiva tiegħu għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta’ dan il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa kkollateralizzat bil-likwidità disponibbli f’kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu jew fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri l-oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta’ kreditu intraday minn dak il-BĊN tal-AL.

2.  Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta minn kwalunkwe membru tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fil-kju sakemm issir disponibbli likwidità biżżejjed.

3.  Ħlief għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza kontra xi wieħed jew aktar mill-membri tal-grupp AL, BĊN tal-AL jista’ jitlob minn kull membru tal-grupp AL it-twettiq sħiħ tal-obbligi kollha li jirriżultaw mis-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ kull membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-istess membru.

Artikolu 5

Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL

1.  Il-membri tal-grupp AL qiegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.

2.  Il-membri kollha tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊN tal-AL rispettiv tagħhom, kif ukoll lill-maniġer tal-grupp AL, kull informazzjoni li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitu, kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp stabbilita fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati], is-seħħ ta’ xi każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista’ jaffettwa l-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għar-rahan, id-dispożizzjonijiet dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra tal-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi immedjatament lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 li jkollha x’taqsam miegħu nnifsu jew ma’ kull membru ieħor tal-grupp AL.

4.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġewwa l-grupp AL.

5.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL u, b’mod partikolari, għandu jaġixxi bħala l-aġent tal-membri tal-grupp AL fir-rigward tal-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux limitat għal, kull tibdil fil-prijorità ta’ xi ordni ta’ ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-saldu, trasferimenti ta’ likwidità (inkluż minn u lil subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta’ tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżerva ta’ likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;

(b) it-tranżazzjonijiet kollha ta’ likwidità ta’ tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati, sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta’ debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta’ debitu mhux iggarantit minn kollateral eliġibbli (minn issa ’l quddiem din il-proċedura hija msejħa bħala “livellar”);

(c) struzzjonijiet ġenerali li skonthom għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b’likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati fil-livellar;

(d) fin-nuqqas ta’ kull struzzjoni ċara mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (c), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ debitu.

L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (c) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta’ infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

6.  Il-membri tal-grupp AL jirrinunzjaw b’mod espliċitu kull dritt li jista’ jkollhom kontra l-maniġer tal-grupp AL skont [daħħal, jekk tapplika, referenza għad-dispożizzjoni relevanti tal-liġi nazzjonali], li jirriżultaw mill-ikkumbinar tal-kapaċità ta’ dak il-maniġer bħala detentur ta’ kont PM u membru tal-grupp AL bil-kapaċità tiegħu bħala maniġer tal-grupp AL.

Artikolu 6

Ir-Rwol tal-ECOFIN

1.  Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.

2.  Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membrui tal-grupp AL rispettivi tagħhom li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluża imma mhux limitata għal kull modifika jew it-tmiem tar-rabtiet bejn il-membri tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp, is-seħħ ta’ xi każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.  Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluża, imma mhux limitata għal, informazzjoni fir-rigward ta’ kull linja ta’ kreditu, il-bilanċ, il-fattura totali, ħlasijiet saldati, ħlasijiet fi kju, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervi ta’ likwidità tal-membri tal-grupp AL.

Artikolu 7

Perijodu taż-żmien u tmiem ta’ dan il-ftehim

1.  Dan il-ftehim huwa għal perijodu illimitat.

2.  Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista’ itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta’ 14-il jum ta’ negozju lil dak il-BĊN tal-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi tal-AL kollha, li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

3.  Dan il-ftehim jew il-parteċipazzjoni ta’ kull membru tal-grupp AL f’dan il-ftehim, skont kif ikun il-każ, għandha tkun awtomatikament itterminata mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk iseħħ xi wieħed jew aktar mill-każijiet li ġejjin:

(a) modifika jew tmiem tar-rabtiet bejn il-membri kollha tal-grupp AL meħtieġa għall-konformità mad-definizzjoni ta’ grupp, kif stabbilit fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati], jew li taffettwa xi membru jew aktar tal-grupp AL; u/jew

(b) kull rekwiżit ieħor biex tintuża’ l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] mhumiex aktar sodisfatti mill-membri kollha tal-grupp AL, jew membru jew aktar tal-grupp AL.

4.  Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta’ ħlas li tkun intbagħtet diġà minn membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti għandha tibqa’ valida u inforzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti dwar ir-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra dwar sigurtà rilevanti] għandu jibqa’ validu wara li jintemm ta’ dan il-ftehim, sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta’ debitu fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, ikunu mwettqa għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]

5.  Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊN tal-AL rilevanti, jista’ f’kull ħin itemm mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat, il-parteċipazzjoni ta’ kull membru tal-grupp AL f’dan il-ftehim jekk dak il-membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni. Jekk il-parteċipazzjoni tintemm b’dan il-mod, il-membri tal-grupp AL li l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim ma tkunx intemmet, huma intitolati biex itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom f’dan il-ftehim bil-kundizzjoni li jagħtu lill-BĊN li jimmaniġġja u lill-BĊN tal-AL rilevanti notifika bil-miktub ta’ ħamest ijiem ta’ negozju. Jekk il-parteċipazzjoni tal-maniġer tal-grupp AL tintemm, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

6.  Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista’ itemm dan il-ftehim mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex jagħmel dan għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad- deċiżjoni.

7.  Dan il-ftehim għandu jibqa’ validu sakemm ikun hemm mill-anqas żewġ membri tal-grupp AL.

Artikolu 8

Emenda 4

Kull tibdil ta’ dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu u inforzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.

Artikolu 9

Liġi regolatorja

Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skont il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL miżmum mal-BĊN li jimmaniġġja]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:

(a) ir-relazzjoni bejn membru tal-grupp AL u l-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu rregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u

(b) id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM tal-membru tal-grupp AL li l-likwidità disponibbli tiegħu tintuża bħala kollateral.

Artikolu 10

Applikazzjoni ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati]

1.  Fir-rigward ta’ kull membru tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata b’mod ċar minn dan il-ftehim.

2.  [Daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali

Magħmul, f’numru ta’ kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[…data ….]

FTEHIM TA’ LIKWIDITÀ AGGREGATA – VARJANT B

Mudell għall-użu tal-modalità AL minn istituzzjoni ta’ kreditu waħda



Artikolu 1

Effettività ta’ dan il-Ftehim

Dan il-ftehim u kull emenda tiegħu għandhom ikunu effettivi biss meta l-BĊN li jimmaniġġja, wara li jkun akkwista kull informazzjoni jew dokumenti li huwa jidhirlu xieraq, jikkonferma bil-miktub li dan il-ftehim jew xi emendi tiegħu jaderixxu mal-obbligi stabbiliti fil-kundizzjonijiet rispettivi għal parteċipazzjoni f’sistemi komponenti tat-TARGET2.

Artikolu 2

Interess reċiproku tal-BĊNi tal-AL

Il-BĊNi tal-AL għandhom interess reċiproku li jipprovdu kreditu intraday lill-membri tal-grupp AL, billi dan jippromwovi l-effiċjenza globali tas-saldu tal-ħlasijiet fit-TARGET2. Il-kreditu intraday huwa kkollateralizzat skont l-Artikolu 18 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew billi l-bilanċ ta’ debitu li jirriżulta mill-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas huwa kopert bil-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM miżmuma mill-membri tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi, li huma kkollateralizzati għat-twettiq tal-obbligi min-naħa tal-membri tal-grupp AL favur il-BĊNi tal-AL.

Artikolu 3

Id-drittijiet u l-obbligi tal-membri tal-grupp AL

1.  Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu responsabbli lejn il-BĊNi tal-AL kollha fir-rigward tat-talbiet kollha li jirriżultaw mis-saldu fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 rispettivi tagħhom, tal-ordnijiet ta’ ħlas ta’ kull membru tal-grupp AL.

2.  Il-valur totali tal-ordnijiet kollha ta’ ħlas saldat mill-membri tal-grupp AL fil-kontijiet PM tagħhom qatt ma jista’ jaqbeż l-ammont aggregat tal-likwidità disponibbli f’dawk il-kontijiet PM kollha.

3.  Il-membri tal-grupp AL għandhom ikunu awtorizzati biex jużaw il-modalità tal-informazzjoni tal-kont ikkonsolidat (CAI), kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati].

Artikolu 4

Id-drittijiet u l-obbligi tal-BĊNi tal-AL

1.  Meta membru tal-grupp AL jibgħat ordni ta’ ħlas lil sistema komponent tat-TARGET2 għal ammont li jeċċedi l-likwidità disponibbli fil-kont PM ta’ dak il-membru tal-grupp AL, il-BĊN tal-AL relevanti għandu jestendi l-kreditu intraday li huwa kkollateralizzat bil-likwidità disponibbli f’kontijiet PM oħra miżmuma mill-membru tal-grupp AL mal-BĊN tal-AL rispettiv tiegħu, jew f’kontijiet PM miżmuma minn membri oħra tal-grupp AL mal-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom. Dan il-kreditu intraday għandu jkun irregolat bir-regoli li japplikaw għall-għoti ta’ kreditu intraday minn dawk il-BĊNi tal-AL.

2.  Ordnijiet ta’ ħlas mibgħuta mill-membri tal-grupp AL li għandhom l-effett li jeċċedu l-likwidità disponibbli fil-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, għandhom jitqiegħdu fi kju sakemm likwidità biżżejjed issir disponibbli.

3.  Kull BĊN tal-AL jista’ jitlob mill-membri tal-grupp AL it-twettiq sħiħ tal-obbligi kollha li jirriżultaw mis-saldu tal-ordnijiet ta’ ħlas tal-membri tal-grupp AL fis-sistemi komponenti tat-TARGET2 li fihom iżommu kontijiet PM.

Artikolu 5

Ħatra u rwol tal-maniġer tal-grupp AL

1.  Il-membri tal-grupp AL qegħdin hawnhekk jaħtru bħala l-maniġer tal-grupp AL [indika l-parteċipant maħtur bħala l-maniġer tal-grupp AL], li għandu jkun il-kuntatt għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha relatati mal-grupp AL.

2.  Il-membri tal-grupp AL għandhom jipprovdu lill-BĊNi tal-AL rilevanti kull informazzjoni li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluż, mingħajr limitazzjoni, is-seħħ ta’ kull każ ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew kull każ li jista’ jaffettwa l-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew kull dispożizzjoni rilevanti oħra tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jgħaddi minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2.

4.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkun responsabbli fir-rigward tas-sorveljar intraday tal-likwidità disponibbli ġewwa l-grupp AL.

5.  Il-maniġer tal-grupp AL għandu jkollu prokura fuq il-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL u, b’mod partikolari, għandu jwettaq l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) kull operazzjoni tal-ICM fir-rigward tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, inkluż, imma mhux limitat għal, kull tibdil fil-prijorità ta’ xi ordni ta’ ħlas, revoka, bidla fil-ħin tas-saldu, trasferimenti ta’ likwidità (inkluż minn u lil subkontijiet), l-irranġar mill-ġdid ta’ tranżazzjonijiet fil-kju, ir-riżerva ta’ likwidità fir-rigward tal-grupp AL, u l-iffissar u t-tibdil tal-limiti fir-rigward tal-grupp AL;

(b) it-tranżazzjonijiet kollha ta’ likwidità ta’ tmiem il-jum bejn il-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL li jiżguraw li l-bilanċi kollha tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL huma llivellati, sabiex l-ebda minn dawn il-kontijiet ma jkollu bilanċ ta’ debitu fi tmiem il-jum jew, meta applikabbli, bilanċ ta’ debitu mhux iggarantit minn kollateral eliġibbli (minn issa ’l quddiem din il-proċedura hija msemmija bħala “livellar”);

(c) struzzjonijiet ġenerali li skonthom għandu jsir livellar awtomatiku, jiġifieri d-definizzjoni tas-sekwenza tal-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL b’likwidità disponibbli biex jiġu ddebitati fil-livellar;

(d) fin-nuqqas ta’ kull struzzjoni ċara mill-maniġer tal-grupp AL, kif stabbilit fis-subparagrafi (b) u (c), għandu jitwettaq livellar awtomatiku, fejn jibda bil-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ kreditu lejn il-kont PM bl-ogħla bilanċ ta’ debitu.

L-istess kriterji kif iddefiniti fis-subparagrafi (c) u (d) għandhom jintużaw jekk iseħħ xi każ ta’ infurzar, kif iddefinit fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

Artikolu 6

Ir-Rwol tal-BĊN li jimmanniġġja

1.  Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkun il-kuntatt regolari għall-kwistjonijiet amministrattivi kollha fir-rigward tal-grupp AL.

2.  Il-BĊNi tal-AL kollha għandhom jipprovdu minnufih lill-BĊN li jimmaniġġja kull informazzjoni dwar il-membru tal-grupp AL li tista’ taffettwa l-validità, l-inforzabbiltà u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, inkluża imma mhux limitata għas-seħħ ta’ xi każijiet ta’ inadempjenza fit-tifsira ta’ [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] jew każijiet li jistgħu jaffettwaw il-validità u/jew l-inforzabbiltà ta’ [daħħal ir-riferenza għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rahan, dwar il-close-out netting jew dispożizzjonijiet oħra rilevanti tal-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati].

3.  Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward tal-kontijiet PM kollha tal-membri tal-grupp AL, inkluża, imma mhux limitata għal, informazzjoni fir-rigward ta’ kull linja ta’ kreditu, il-bilanċ, il-fattura totali, ħlasijiet saldati, ħlasijiet fi kju, kif ukoll l-informazzjoni dwar il-limiti u r-riżervi ta’ likwidità tal-membri tal-grupp AL.

Artikolu 7

Dewmien u tmiem ta’ dan il-ftehim

1.  Dan il-ftehim huwa għal perijodu illimitat.

2.  Kull wieħed mill-membri tal-grupp AL jista’ itemm unilateralment il-parteċipazzjoni tiegħu f’dan il-ftehim, iżda jrid jagħti notifika bil-miktub ta’ 14-il jum ta’ negozju lil dak il-BĊN tal-AL li fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu huwa jipparteċipa, u lill-BĊN li jimmaniġġja. Il-BĊN li jimmaniġġja għandu jikkonferma mal-membru tal-grupp AL id-data tat-tmiem tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-ftehim AL, u għandu jikkomunika din id-data lill-BĊNi tal-AL kollha li għandhom jinfurmaw lill-membri tal-grupp AL tagħhom dwar dan. Jekk dak il-membru tal-grupp AL kien il-maniġer tal-grupp AL, il-membri tal-grupp AL li jifdal għandhom jaħtru minnufih maniġer ġdid tal-grupp AL.

3.  Dan il-ftehim għandu jintemm awtomatikament mingħajr notifika minn qabel u b’effett immedjat jekk l-obbligi biex tintuża l-modalità AL, kif deskritt fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] mhumiex aktar sodisfatti.

4.  Minkejja li jseħħ xi wieħed mill-każijiet deskritti fil-paragrafu 3, ordni ta’ ħlas li tkun intbagħtet diġà mill-membru tal-grupp AL fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti, għandha tibqa’ valida u inforzabbli fir-rigward tal-membri kollha tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL. [Daħħal jekk rilevanti: Barra minn dan, il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti dwar ir-rahan u/jew dwar il-close-out netting jew arranġamenti oħra dwar sigurtà rilevanti] għandu jibqa’ validu wara t-tmiem ta’ dan il-ftehim, sakemm il-pożizzjonijiet kollha ta’ debitu fil-kontijiet PM li l-likwidità tagħhom kienet aggregata, huma sodisfatti għal kollox mill-membri tal-grupp AL.]

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL rilevanti, jista’ f’kull ħin itemm dan il-ftehim jekk xi membru tal-grupp AL ikun qed jikser xi waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Din id-deċiżjoni għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri kollha tal-grupp AL fejn tinkludi r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni.

6.  Il-BĊN li jimmaniġġja, bi ftehim mal-BĊNi tal-AL l-oħra, jista’ jtemm dan il-ftehim jekk l-involviment tiegħu jkun se jipperikola l-istabbiltà globali, il-validità u s-sigurtà tat-TARGET2, jew jippreġudika t-twettiq, mill-BĊNi tal-AL, tal-ħidmiet tagħhom skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Kull deċiżjoni biex itemm dan il-ftehim għandha tiġi indirizzata bil-miktub lill-membri tal-grupp AL, filwaqt li tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni.

Artikolu 8

Proċedura ta’ emenda

Kull tibdil ta’ dan il-ftehim, inkluża l-estensjoni tal-grupp AL għal parteċipanti oħra, għandu jkun validu u inforzabbli biss jekk ikun hemm qbil ċar mill-partijiet kollha bil-miktub.

Artikolu 9

Liġi regolatorja

Dan il-ftehim għandu jkun irregolat, miftiehem u implimentat skont il-[daħħal ir-referenza għal-liġi li tirregola l-kont PM tal-maniġer tal-grupp AL]. Dan għandu jkun bla ħsara għal:

(a) ir-relazzjoni bejn il-membri tal-grupp AL u l-BĊNi tal-AL rispettivi tagħhom irregolata bil-liġi tal-BĊN tal-AL rispettiv, u

(b) id-drittijiet u l-obbligi bejn il-BĊNi tal-AL irregolati bil-liġi tal-BĊN tal-AL li jżomm il-kont PM li fih il-likwidità disponibbli tintuża bħala kollateral.

Artikolu 10

Applikazzjoni ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati]

1.  li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] Fir-rigward ta’ kull wieħed mill-kontijiet PM tal-membri tal-grupp AL, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] għandhom jirregolaw kull kwistjoni mhux irregolata espressament minn dan il-ftehim.

2.  [Daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Kundizzjonijiet Armonizzati] u dan il-ftehim għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-istess relazzjoni kuntrattwali.

Magħmul, f’numru ta’ kopji daqs kemm hawn partijiet, il-[…data ….]

▼M3




ANNESS IIa

▼M6

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U T-TĦADDIM TA' KONT TAL-FLUS DEDIKAT T2S (T2S DCA) FI TARGET2

▼M3

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (iktar 'il quddiem imsejħin il-“Kundizzjonijiet”) japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

▼M4

 “Awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraġurnata mogħti mill-Bank Ċentrali Nazzjonali (BĊN) taż-żona tal-euro fi flus tal-bank ċentrali attivata meta ►M6  detentur T2S DCA ◄ ma jkollux biżżejjed fondi biex jissalda tranżazzjonijiet ta' garanziji, fejn tali kreditu intraġurnata jiġi kkollateralizzat jew billi jinxtraw titoli (kollaterali fuq fluss), jew b'garanziji miżmumin diġà mid- ►M6  detentur T2S DCA ◄ (kollateral fi stokk). Tranżazzjoni ta' awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti minn żewġ tranżazzjonijiet distinti, waħda għall-għoti ta' awtokollateralizzazzjoni u waħda għar-rimbors tagħha. Tista' tinkludi t-tielet tranżazzjoni għal kull rilokazzjoni tal-kollateral eventwali. Għall-finijiet tal-Artikolu 16, it-tliet tranżazzjonijiet huma kkunsidrati li ddaħħlu fis-sistema u tqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni,

▼M3

  ►M6  “Kont tal-Flus Dedikat T2S (T2S DCA)”, tfisser kont miżmum minn detentur tat-T2S DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għal ħlasijiet fi flus kontanti b'rabta mal-ħlas tat-titoli f'T2S, ◄

 “ordni ta' trasferiment ta' likwidità immedjata” tfisser struzzjoni biex issir ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM ◄ , issir ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA ◄ jew issir ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA ◄ dak il-ħin stess meta tiġi rċevuta dik l-istruzzjoni,

 “ordni ta' trasferiment ta' likwidità predefinita” tfisser struzzjoni għal trasferiment ta' ammont speċifikat ta' fondi minn ►M6  T2S DCA ◄ lil kont PM li tiġi eżegwita darba biss f'ħin jew każ definit,

 “aġġustament ta' likwidità” tfisser l-awtorizzazzjoni mogħtija mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , lis-CSD parteċipant tagħha jew [daħħal isem il-BĊ] b'arranġament kuntrattwali speċjali ddokumentat debitament u rreġistrat fid-Dejta Statika biex jibdew trasferimenti ta' likwidità bejn ►M6  T2S DCA ◄ u Kont PM, jew bejn żewġ ►M6  T2S DCAs ◄ ,

  ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM ◄ ” tfisser l-istruzzjoni għat-trasferiment ta' ammont speċifiku ta' fondi minn ►M6  T2S DCA ◄ lil kont PM,

  ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA ◄ ” tfisser l-istruzzjoni għat-trasferiment ta' ammont speċifiku ta' fondi minn kont PM lil ►M6  T2S DCA' ◄ ,

  ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA ◄ ” tfisser l-istruzzjoni għat-trasferiment ta' ammont speċifiku ta' fondi minn (i) ►M6  T2S DCA ◄ lil ►M6  T2S DCA ◄ marbut mal-istess kont Ewlieni PM jew (ii) minn ►M6  T2S DCA ◄ lil ►M6  T2S DCA ◄ miżmum mill-istess entità ġuridika;

▼M4

 “Kont PM Ewlieni” ifisser il-Kont PM li miegħu hemm magħqud ►M6  T2S DCA ◄ u li fih jiġi awtomatikament ripatrijat kull bilanċ li jibqa' fl-aħħar tal-jum,

▼M3

 “ordni ta' trasferiment ta' likwidità permanenti” tfisser struzzjoni għat-trasferiment ta' ammont speċifiku ta' kontanti jew “kontanti kollha” disponibbli f'T2S DCA minn ►M6  T2S DCA ◄ lil kont PM li jiġi eżegwit ripetutament fi żmien jew każ definit fiċ-ċiklu ta' proċessar T2S sakemm l-ordni titħassar jew jiskadi l-perijodu ta' validità,

 “Dejta Statika” tfisser is-sett ta' oġġetti ta' negozju, speċifiċi għal ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew bank ċentrali, f'T2S u proprjetà rispettiva ta' dak id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew bank ċentrali, li T2S jeħtieġ biex tiġi pproċessata d-dejta tranżazzjonali relatata ma' dak id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew bank ċentrali,

 “kodiċi għall-Identifikazzjoni ta' Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362,

 “Kodiċi tal-pajjiż ISO” tfisser kodiċi kif iddefinit bl-Istandard ISO Nru 3166-1,

  ►M6  “jum ta' negozju” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas kif stipulat f'Appendiċi V, ◄

 “opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għal parteċipant li fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali tal-parteċipant li jikkonkludi jew jeżegwixxi l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet,

 “banek centrali (BĊi)” tfisser il-BĊ tal-Eurosistema u l-BĊi konnessi;

 “BĊN konness” tfisser BĊN, li mhuwiex BĊN taż-żona tal-euro, li huwa konness ma' TARGET2 skont ftehim speċifiku,

 “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 [u, jekk ikun rilevanti, daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimenta l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,

 “BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro,

 “BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jew BĊN parteċipanti taż-żona tal-euro,

 “każ ta' inadempjenza” jfisser każ imminenti jew eżistenti, li meta jiġri jista' jhedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet jew kwalunkwe regoli oħrajn li japplikaw għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-[daħħal isem il-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:

 

(a) meta l-parteċipant m'għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stabbiliti fl-Artikolu 5 jew ir-rekwiżiti stabbilti fl-Artikolu 6(1)(a)(i);

(b) il-ftuħ ta' proceduri ta' falliment b'rabta mal-partiċipant;

(c) is-sottomissjoni ta' applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fil-punt (b),

(d) il-ħruġ mill-parteċipant ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw b'rabta ma' kreditu intraday;

(e) id-dħul tal-parteċipant fi ftehim jew arranġament ġenerali volontarju mal-kredituri tiegħu;

(f) fejn il-parteċipant huwa, jew jitiqies mill-BĊ tiegħu li hu, insolventi jew ma jistax iħallas id-djun tiegħu;

▼M6

(g) fejn il-bilanċ ta' kreditu tal-parteċipant fuq il-kont PM, T2S DCA, jew TIPS DCA tiegħu jew l-assi kollha tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta' iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;

▼M3

(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-parteċipant f'sistema ta' komponent ta' TARGET2 oħra u/jew f'sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i) fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekontrattwali magħmula mill-parteċipant jew li huwa intiż li saret mill-parteċipant skont il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera jew;

(j) iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom,

 “proċeduri ta' insolvenza” tfisser proċeduri ta' insolvenza fit-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ),

 “fornitur tas-servizz ta' netwerk TARGET2” ifisser il-fornitur ta' konnessjonijiet tan-netwerk kompjuterizzati appuntat mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE għall-finijiet tas-sottomissjoni tal-messaġġi ta' ħlas f'TARGET2.

 “fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S” ifisser impriża li kkonkludiet ftehim ta' liċenzja mal-Eurosistema biex jipprovdi servizzi ta' konnettività fil-kuntest ta' T2S,

 “min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 28 ta' dawn il-Kundizzjonijiet, ifisser parteċipant f'TARGET2 li d- ►M6  T2S DCA ◄ tiegħu jiġi kkreditat minħabba l-ħlas ta' ordni ta' ħlas,

 “min iħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 28 ta' dawn il-Kundizzjonijiet, ifisser parteċipant f'TARGET2 li d- ►M6  T2S DCA ◄ tiegħu jiġi ddebitat minħabba l-ħlas ta' ordni ta' ħlas,

 “ordni ta' ħlas” tfisser ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM ◄ , ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA ◄ jew ►M6  ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA ◄ ,

 “Modulu tal-Ħlasijiet (PM)” tfisser modulu ta' SSP li fih isir ħlas ta' ħlasijiet tal-parteċipanti f'TARGET2 f'kontijiet PM,

 “kont PM” tfisser kont miżmum minn parteċipant f'TARGET2 fil-PM ma' BĊ tal-Eurosistema li huwa neċessarju sabiex dan il-parteċipant f'TARGET2:

 

(a) jissottometti ordnijiet ta' ħlas jew jirċievi ħlasijiet permezz ta' TARGET2, u

(b) jagħmel dawn il-ħlasijiet lil dan il-BĊ tal-Eurosistema,

 “Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika unika pprovduta mil-BĊNi li jipprovdu l-SSP;

 “TARGET2-Securities (T2S)” jew “Pjattaforma T2S” ifissru is-sett ta' ħardwer, softwer u komponenti ta' infrastruttura teknika li permezz tagħhom l-Eurosistema tipprovdi s-servizzi lil CSDs u BĊi tal-Eurosistema li jippermettu l-ħlas ewlieni, newtrali u mingħajr konfini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli fuq bażi ta' konsenja mal-ħlas fi flus tal-bank ċentrali,

 “BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “4CBs” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia u l-Banco de España fil-kapaċità tagħhom ta' BĊi li jibnu u jħaddmu l-Pjattaforma T2S għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “formula għall-ġbir tad-dejta statika” tfisser formula żviluppata minn [daħħal isem il-BĊ] għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikanti għal servizzi ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u jiġi rreġistrat kwalunkwe tibdil għall-provvista ta' dawn is-servizzi,

 “sospensjoni” tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta' parteċipant għal perijodu ta' żmien li jiġi ddeterminat minn [daħħal isem il-BĊ],

 “T2S GUI” tfisser modulu fuq il-Pjattaforma T2S Platform li tippermetti ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ li jiksbu informazzjoni onlajn u jagħtihom il-possibbiltà li jissottomettu ordnjijiet ta' ħlas,

 “TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]” tfisser is-sistemi komponenti TARGET2 [daħħal isem il-BĊ],

 “TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha ta' TARGET2 tal-BĊi,

 “sistema komponenti ta' TARGET2” tfisser kwalunkwe sistema real-time gross settlement (RTGS) ta' kwalunkwe BĊ li tifforma parti minn TARGET2;

 “parteċipant f'TARGET2” tfisser kull parteċipant fi kwalunkwe sistema ta' komponent TARGET2,

  ►M6  “Parteċipant” jew “parteċipant dirett” tfisser entità li żżomm mill-inqas kont PM wieħed (detentur tal-kont PM) u/jew Kont ta' Flus Dedikat T2S wieħed (detentur T2S DCA) u/jew Kont ta' Flus Dedikat TIPS (detentur TIPS DCA) ma' BĊ tal-Eurosistema, ◄

 “ħsara teknika ta' TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter użati minn TARGET2-[daħħal il-BĊ/pajjiż ta' referenza] inklużi l-Pjattaforma SSP jew T2S, jew kull każ li jagħmilha impossibbli li jiġi eżegwit u kkompletat l- ►M6  ipproċessar tal-ħlasijiet fl-istess jum ta' negozju ◄ fis-sistema komponenti relevanti ta' TARGET2-[daħħal il-BĊ/pajjiż ta' referenza];

 “likwidità disponibbli” tfisser il-bilanċ ta' kreditu fuq id- ►M6  T2S DCA ◄ mnaqqas bl-ammont ta' kull riżerva pproċessata ta' likwidità jew imblokkar ta' fondi,

 “Depożitorju ta' Titoli Ċentrali parteċipant” jew “CSD parteċipant” tfisser CSD li ffirma l-Ftehim ta' Qafas T2S,

 “A2A” jew “Applikazzjoni għal applikazzjoni” tfisser modalità ta' konnettività li tippermetti lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jiskambja informazzjoni mal-applikazzjoni tas-softwer tal-Pjattaforma T2S,

 “U2A” jew “Applikazzjoni għal utent” tfisser modalità ta' konnettività li tippermetti lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jiskambja informazzjoni mal-applikazzjoni tas-softwer tal-Pjattaforma T2S permezz ta' interfaċċa grafika għall-utent.

 “Isem Distint T2S” jew “T2S DN” ifisser l-indirizz tan-netwerk għall-pjattaforma T2S li għandha tiġi inkluża fil-messaġġi kollha intiżi għas-sistema.

 “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

 “ordni ta' ħlas mhux imħallsa” tfisser ordni ta' ħlas li mhix imħallsa fl-istess jum ta' negozju bħal dak li fih tkun ġiet aċċettata;

 “ħlas gross dak il-ħin stess” ifisser l-ipproċessar u l-ħlas ta' ordnijiet ta' ħlas fuq il-bażi ta' tranżazzjoni b'tranżazzjoni dak il-ħin stess,

▼M7

 “Modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Sitwazzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza,

▼M6

 “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

 “Servizz ta' Saldu ta' Ħlas Istantanju TARGET (TIPS)” tfisser is-saldu fi flus tal-bank ċentrali ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji fuq il-Pjattaforma TIPS,

 “Pjattaforma TIPS” tfisser l-infrastruttura unika ta' pjattaforma teknika pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS,

 “BĊNi li jipprovdu Pjattaforma TIPS” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-Pjattaforma TIPS għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “Kont ta' Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għall-provvista ta' servizzi ta' ħlas immedjat lill-klijenti tagħha,

 “ordni ta' ħlas immedjat” tfisser, f'konformità mal-iskema ta' Trasferiment ta' Kreditu Istantanju SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew, struzzjoni ta' ħlas li tista' tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, b'ipproċessar immedjat jew qrib immedjat u notifika lil min iħallas,

 “Rikjesta għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, messaġġ minn detentur TIPS DCA li jitlob rimborż ta' ordni ta' ħlas istantanju stabbilit,

 “Tweġiba għall-irtirar pożittiv” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, ordni ta' ħlas mibdija mir-riċevitur ta' talba għall-irtirar, b'risposta għal talba għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta' dik it-talba għall-irtirar,

 “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' PM lil TIPS DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn kont PM lil TIPS DCA,

 “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn TIPS DCA lil PM,

▼M7

 “ditta ta’ investiment” tfisser kumpanija ta’ investiment skont it-tifsira ta’ [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*)], bl-esklużjoni tal-istituzzjonijiet speċifikati fi [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni hija:

 

(a) awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) intitolata li twettaq attivitajiet msemmija taħt [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE],

 “Soluzzjoni ta’ Kontingenza”tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza.

▼M3

Artikolu 2

Ambitu

Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw r-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ tiegħu għal dak li jirrigwarda l-Ftuħ u l-Operazzjoni tad- ►M6  T2S DCA ◄ kkonċernat.

Artikolu 3

Appendiċijiet

1.  L-Appendiċijiet jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjonijiet.

Appendiċi I

:

Parametri tal- ►M6  kontijiet ta' kontanti dedikati T2S ◄ — Speċifikazzjonijiet tekniċi;

Appendiċi II

:

Skema ta' kumpens TARGET2 fir-rigward tal-Ftuħ u l-Operazzjoni tad- ►M6  T2S DCA ◄ ;

Appendiċi III

:

Termini ta' referenza għall-kapaċità u opinjonijiet tal-pajjiż;

Appendiċi IV

:

Proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza;

Appendiċi V

:

Skeda ta' operazzjoni;

Appendiċi VI

:

Skeda tad-drittijiet.

2.  Fil-każ ta' kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta' kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta' kull dispożizzjoni oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jipprevalu.

▼M6

Artikolu 4

Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2

1.  TARGET2 jipprovdi ħlas gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs għall-fini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u T2S DCAs għall-iskop ta' pagamenti istantanji.

2.  It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma pproċessati fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:

(a) tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(b) saldu tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;

(c) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir transkonfinali

(d) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika;

(e) ħlas tal-parti tal-flus kontanti ta' tranżazzjonijiet ta' titoli;

(f) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA;

(fa) ordnijiet ta' ħlas istantanju;

(fb) tweġibiet għall-irtirar pożittivi;

(fc) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA; u

(g) kull tranżazzjoni oħra f'euro indirizzata lill-parteċipanti tat-TARGET2.

3.  TARGET2 jipprovdi saldu gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, b'saldu fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs u TIPS DCAs. TARGET2 hija stabbilita u tiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar irċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa stabbilit teknikament u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma TIPS. Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊNi li jipprovdu l-SSP u l-4BĊi għandhom jiġu kkunsidrat bħala atti u ommissjonijiet ta' [daħħal isem il-BĊ], li għalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 21 hawn taħt. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn id-detenturi tad-T2S DCA u l-BĊN li jipprovdu l-SSP jew l-4CBs meta xi wieħed minn dawn jaġixxi f'dik il-kariga. L-istruzzjonijiet, il-messaggi jew l-informazzjoni li detentur ta' T2S DCA jircievi minghand, jew jibghat lil, l-SSP jew il-Pjattaforma T2S b'rabta mas-servizzi pprovduti taht dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bhala li waslu minghand, jew mibghuta lil, [daħħal l-isem tal-BC].

4.  It-TARGET2 huwa legalment strutturat bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas magħmula mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2, li huma indikati bħala “sistemi” skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. It-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija indikata bħala “sistema” skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE].

5.  Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tad-detenturi T2S DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas taħt dawn il-Kundizzjonijiet (Titolu IV u Appendiċi I) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew pagamenti riċevuti minn kwalunkwe detentur tat-T2S DCA.

▼M3

TITOLU II

PARTECIPAZZJONI

Artikolu 5

Kriterji ta' Aċċess

1.  It-tipi ta' entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ wara talba f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]:

▼M6

(a) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(b) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

▼M3

(c) BĊNi ta' Stati Membri tal-UE u l-BĊE;

sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2.

2.  Il-[daħħal isem il-BĊ] jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin bħala ►M6  detenturi tad-T2S DCA ◄ :

▼M7

(a) id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;

▼M3

(b) korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

▼M7

(c)

 

(i) ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii) ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

▼M3

(d) entitajiet li jimmaniġġjaw sistemi anċillari u li jaġixxu f'dik il-kapaċità; u

(e) istituzzjonijiet ta' kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati taħt il-punti (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f'pajjiż li miegħu l-Unjoni għandha ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess minn kwalunkwe entità minn dawn għal sistemi ta' ħlas fl-Unjoni, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm is-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.

3.  Istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi, fit-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 )], ma humiex intitolati li jipparteċipaw f'TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż ta' referenza].

Artikolu 6

Proċedura ta' applikazzjoni

1.  Sabiex [daħħal isem ta' BĊ] jiftaħ ►M6  T2S DCA ◄ għal entità, dik l-entità għandha tikkonforma mal-kriterji ta' aċċess tad-dispożizzjonijiet ta' [daħħal isem ta' BĊ] li jimplimentaw l-Artikolu 5 u għandha:

(a) tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(i) tinstalla, tamministra, topera u timmonitorja u tiżgura s-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex tiġi pprovduta konnessjoni teknika mal-SSP u/jew mal-Pjattaforma T2S u jiġu sottomessi lilha ordnijiet ta' ħlas. Meta tagħmel hekk, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil terzi, imma jibqgħu unikament responsabbli. B'mod partikolari, meta jaqbdu direttament mal-Pjattaforma T2S, l-applikanti ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jidħlu fi ftehim mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S biex jiksbu l-konnessjoni u l-permessi meħtieġa, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi I; u

(ii) ikunu għaddew iċ-ċertifikazzjoni tal-ittestajar u jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-[daħħal isem il-BĊ]; u

(b) jissodisfaw ir-rekwiziti legali li gejjin:

(i) jagħtu opinjoni ta' kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f'din l-opinjoni ta' kapaċita jkunu diġà ngħataw minn [daħħal isem il-BĊ] f'kuntest ieħor; u

▼M7

(ii) għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti tal-investiment stabbiliti barra miż-ŻEE, li jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, jipprovdu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi III, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu provduti f’dik l-opinjoni nazzjonali diġà nkisbu mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor.

▼M3

2.  L-entitajiet li jixtiequ jiftħu ►M6  T2S DCA ◄ għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal isem il-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:

(a) formoli kompluti ta' ġbir ta' dejta statika kif ipprovduti minn [daħħal isem il-BĊ],

(b) l-opinjoni dwar il-kapaċità, jekk meħtieġ mill-[dħħal isem il-BĊ], u

(c) l-opinjoni nazzjonali, jekk mitluba minn [daħħal isem il-BĊ].

▼M6

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' wkoll jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhirlu meħtieġa biex tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex tiftaħ T2S DCA.

▼M3

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni għall-ftuħ ta' ►M6  T2S DCA ◄ jekk:

(a) ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 5;

(b) ma jiġux sodisfatti wieħed jew iżjed mill-kriterji ta' parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew

(c) fil-valutazzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ], il-ftuħ ta' ►M6  T2S DCA ◄ jipperikola l-istabbiltà, is-saħħa finanzjarja u s-sigurtà globali ta' TARGET2 [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jew kwalunkwe komponent ieħor ta' TARGET2, jew jipperikola l-prestazzjoni tal-funzjonijiet ta' [daħħal isem il-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta' prudenza.

▼M6

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni biex jiftaħ T2S DCA lid-detentur applikant T2S DCA fi żmien xahar minn meta tirċievi r-riċevuta tagħha [daħħal l-isem tal-BĊ]. Meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant detentur tat-T2S DCA. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

▼M3

Artikolu 7

▼M6

Detenturi ta' T2S DCA

▼M3

►M6  Detenturi tad-T2S DCA ◄ f'TARGET2 [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jkollhom tal-inqas ►M6  T2S DCA ◄ wieħed ma' [daħħal isem il-BĊ].

Artikolu 8

Rabtiet bejn kontijiet ta' titoli u ►M6  T2S DCAs ◄

1.   ►M6  Detentur ta' T2S DCA ◄ jista' jitlob lil [daħħal isem il-BĊ] biex jorbot id- ►M6  T2S DCA ◄ tiegħu ma' kont wieħed jew iktar ta' titoli miżmumin f'ismu jew f'isem il-klijenti tiegħu li jżommu kontijiet ta' titoli f'CSD parteċipant wieħed jew iżjed.

2.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ li jorbtu d- ►M6  T2S DCA ◄ tagħhom ma' kont(ijiet) ta' titoli f'isem klijenti kif stabbilit fil-paragrafu 1 huma responsabbli biex iwaqqfu u jżommu l-lista ta' kontijiet ta' titoli konessi u, meta jkun rilevanti, l-istruttura tal-karatteristika klijent-titolizzazzjoni.

3.  Bħala riżultat tat-talba skont il-paragrafu 1, id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jitqies li ta mandat lis-CSD meta dawn il-kontijiet ta' titoli konnessi jiżammu biex jiddebitaw lid- ►M6  T2S DCA ◄ b'ammonti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' titoli li jseħħu fuq dawn il-kontijiet ta' titoli.

4.  Il-paragrafu 3 għandu japplika irrispettavament minn kull ftehim li d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu mas-CSD u/jew id-detenturi ta' kontijiet ta' titoli.

TITOLU III

OBBLIGI TAL-PARTIJIET

Artikolu 9

Obbligi ta' [daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄

1.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ wara talba tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u jopera ►M6  T2S DCA ◄ [wieħed jew iktar] denominati f'euro. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet jew mitlub mil-liġi, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġjonevoli fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.

2.  Id-drittijiet għas-servizzi ►M6  T2S DCA ◄ huma stabbiliti fl-Appendiċi VI. Id-detentur tal-kont PM Ewlieni li miegħu huwa marbut ►M6  T2S DCA ◄ huwa responsabbli għall-ħlas ta' dawn id-drittijiet.

3.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jiżguraw li huma konnessi ma' TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] fil-jiem ta' negozju, skont l-iskeda ta' operazzjoni fl-Appendiċi V.

4.  Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jiżgura u jiggarantixxi lil [daħħal isem il-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksrux xi liġi, regolament jew liġi sussidjarja li tapplika għalih jew xi ftehim li bih huwa jkun marbut.

5.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jiżguraw li l-likwidità fid- ►M6  T2S DCA ◄ matul il-jum tkun ġestita sewwa. Dan l-obbligu għandu jinkludi imma ma jkunx limitat għal kisba ta' informazzjoni regolari fuq il-pożizzjoni ta' likwidità tagħhom. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jipprovdi prospett ta' kontijiet ta' kuljum lil kwalunkwe ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jkun għażel servizz bħal dak fuq il-Pjattaforma T2S iżda d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jkun konness mal-Pjattaforma T2S permezz ta' fornitur ta' servizz tan-netwerk T2S.

Artikolu 10

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.  Fit-twettiq tal-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-saħħa finanzjarja u s-sigurtà ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin b'kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.

2.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lil ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ fir-rigward ta' diffikultajiet li jinqalgħu fir-rigward tal-operazzjonijiet tas-sistema.

▼M6

3.  Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma T2S għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u s-Sistema tat-Tagħrif tat-Titoli TARGET2 rispettivament fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. It-T2IS u s-Sistema tat-Tagħrif tat-Titoli tat-TARGET2 jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni dwar kull każ li jaffettwa l-operat normali tal-pjattaformi rispettivi.

▼M3

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jew jikkomunika messaġġi lil ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni jew permezz ta' kull mezz ieħor ta' komunikazzjoni. ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ jistgħu jiġbru informazzjoni permezz tal-ICM, safejn ikollhom kont PM, jew mod ieħor permezz tat-T2S GUI.

5.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta' ġbir ta' dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta' ġbir ta' dejta statika ġdida lil [daħħal isem il-BĊ]. ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta' informazzjoni dwarhom li tiddaħħal f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] mill-[daħħal isem il-BĊ].'

6.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat jikkomunika lill-BĊNi li jipprovdu l-SSP jew il-4CBs kull informazzjoni dwar id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ li tal-ewwel jistgħu jeħtieġu fir-rwol tagħhom ta' amministraturi tas-servizz, skont il-kuntratt fis-seħħ mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TARGET2 u/jew il-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S.

7.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jinfurmaw lil [daħħal isem il-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom.

8.   ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jinfurmaw il-[daħħal isem il-BĊ] dwar:

(a) kull detentur ġdid ta' kont ta' titoli konness mad- ►M6  T2S DCA ◄ skont l-Artikolu 8(1), li huma jaċċettaw; u

(b) kull bidla relatata mad-detenturi ta' titoli elenkati fil-punt (a).

▼M7

9.  Id-detenturi ta’ T2S DCA għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk humiex soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.

▼M3

Artikolu 11

Indikazzjoni, sospensjoni jew terminazzjoni tal-kont PM Ewlieni

1.  Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jindika kont PM Ewlieni li miegħu huwa marbut ►M6  T2S DCA ◄ . Il-kont PM Ewlieni jista' jinżamm f'sistema ta' komponent TARGET2 li ma jkunx [daħħal isem il-BĊ] u jista' jappartjeni lil entità ġuridika differenti minn tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

2.  Parteċipant li juża aċċess bl-Internet ma jistax jiġi indikat bħala detentur ta' kont PM Ewlieni.

3.  Jekk id-detentur ta' kont PM Ewlieni u d- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ huma entitajiet legali differenti u fil-każ li l-parteċipazzjoni ta' dak id-detentur ta' kont PM Ewlieni jiġi sospiż jew itterminat, il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandhom jieħdu l-passi kollha raġonevoli u prattiċi biex inaqqsu kull ħsara jew telf li jirriżultaw. Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jindika kont PM ġdid mingħajr dewmien żejjed li mbagħad ikun responsabbli għal kull fattura pendenti. Fil-jum tas-sospensjoni jew terminazzjoni tad-detentur ta' kont PM Ewlieni u sakemm jiġi indikat kont PM Ewlieni ġdid, il-fondi li jibqgħu fuq id- ►M6  T2S DCA ◄ fl-aħħar tal-jum għandhom jiċċaqalqu għall-kont ta' [daħħal isem il-BĊ]. Dawn il-fondi jkunu suġġetti għall-kundizzjonijiet ta' remunerazzjoni ta' [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Artikolu 12(5) tal-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont PM f'TARGET2] kif aġġornati minn żmien għal żmien.

4.  [daħħal isem il-BĊ] m'għandu jkun responsabbli għal ebda telf li jġarrab ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ bħala konsegwenza tas-sospensjoni jew terminazzjoni tad-detentur tal-kont PM Ewlieni.

TITOLU IV

FTUĦ U ĠESTJONI TAD- ►M6  T2S DCA ◄ U L-IPPROĊESSAR TA' OPERAZZJONIJIET

Artikolu 12

Ftuħ u ġestjoni tad- ►M6  T2S DCA ◄

1.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiftaħ u jopera tal-anqas kont ►M6  T2S DCA ◄ wieħed għal kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ . ►M6  T2S DCA ◄ għandu jkun identifikat ►M6  permezz ta' numru tal-kont uniku sa 34 karattru ◄ uniku li jkun strutturat kif ġej.



 

Isem

Format

Kontenut

Parti A

Tip ta' kont

Karattru 1 eżatt

“C” għal kont ta' kontanti

Kodiċi tal-pajjiż tal-bank ċentrali

2 karattri eżatt

Kodiċi tal-pajjiż ISO 3166-1

Kodiċi tal-munita

3 karattri eżatt

EUR

Parti B

Detentur tal-kont

11-il karattru eżatt

Kodiċi BIC

Parti C

Subklassifikazzjoni tal-kont

Sa 17-il karattru

Test liberu (alfanumeriku) li għandu jiġi pprovdut mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄

2.  M'għandu jitħalla l-ebda bilanċ ta' dejn fuq ►M6  T2S DCAs ◄ .

3.  Id- ►M6  T2S DCA ◄ m'għandux iżomm fondi matul il-lejl. Fil-bidu u fit-tmiem tal-jum ta' negozju, għandu jkun hemm bilanċ żero fid- ►M6  T2S DCAs ◄ . ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jitqiesu li taw struzzjonijiet lil [daħħal isem il-BĊ] biex jittrasferixxi kull bilanċ li jibqa' fl-aħħar ta' jum ta' negozju kif iddefinit fl-Appendiċi V fil-kont PM Ewlieni msemmi fl-Artikolu 11(1).

4.  Id- ►M6  T2S DCA ◄ għandu jintuża biss fil-perijodu bejn il-bidu tal-jum T2S u t-tmiem tal-jum T2S kif iddefinit fl-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati tal-Utent T2S (UDFS).

5.  Id- ►M6  T2S DCAs ◄ għandhom ikunu mingħajr imgħax.

Artikolu 13

Operazzjonijiet li jistgħu jsiru permezz tad- ►M6  T2S DCA ◄

Bla ħsara għad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jindika l-kont(ijiet) ta' titoli meħtieġa, id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jista' jagħmel l-operazzjonijiet li ġejjin permezz ta' ►M6  T2S DCA ◄ jew f'ismu jew f'isem il-klijenti tiegħu:

(a)  ►M6  ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA ◄ ;

(b)  ►M6  ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA ◄

(c) il-ħlas ta' struzzjonijiet ta' kontanti ġejjin mill-Pjattaforma T2S; u

(d) trasferiment ta' kontanti bejn id- ►M6  T2S DCA ◄ u d- ►M6  T2S DCA ◄ ta' [daħħal isem il-BĊ] fil-kuntest partikolari tal-paragrafi 8 u 9 tal-Anness IIIa.

Artikolu 14

Aċċettazzjoni u ċaħda ta' ordnijiet ta' ħlas

1.  Ordnijiet ta' ħlas mibgħuta minn ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ jitqiesu li ġew aċċettati minn [daħħal isem il-BĊ] jekk:

(a) il-messaġġ ta' ħlas huwa konformi mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S;

(b) il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjonijiet ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika ta' dħul doppju deskritta fl-Appendiċi I; u

(c) fil-każ li min iħallas jew min jitħallas ikun ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-BĊ tal-parteċipant sospiż.

2.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jiċħad minnufih kull ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jinforma lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ b'kull ċaħda ta' ordni ta' ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I.

▼M6

3.  Il-Pjattaforma T2S torbot is-timestamp tagħha għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sekwenza tal-wasla tagħhom.

▼M3

Artikolu 15

Riżerva u mblokkar ta' likwidità

1.  Il-parteċipanti jistgħu jirriżervaw jew jimblokkaw likwidità fuq id- ►M6  T2S DCA ◄ tagħhom. Dan ma jikkostitwixxix garanzija ta' ħlas fil-konfront ta' kwalunkwe terza parti.

2.  Meta jitlob biex jirriżerva jew jimblokka ammont ta' likwidità, parteċipant jagħti struzzjoni lil [daħħal isem il-BĊ] biex inaqqas il-likwidità disponibbli b'dan l-ammont.

3.  Talba ta' riżerva hija struzzjoni li biha, jekk il-likwidità disponibbli hija daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rriżervat, tiġi pproċessata r-riżerva. Jekk il-likwidità disponibbli tkun iktar baxxa, tiġi rriżervata u n-nuqqas tista' tagħmel tajjeb għalih il-likwidità li tidħol sakemm l-ammont sħiħ tar-riżerva jkun disponibbli.

4.  Talba għall-imblokkar hija struzzjoni li biha, jekk il-likwidità disponibbli hija daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi mblokkat, tiġi pproċessata t-talba għall-imblokkar. Jekk il-likwidità disponibbli tkun iktar baxxa, l-ebda ammont ma jiġi mblokkat u t-talba għall-imblokkar terġa' tintbagħat, sakemm l-ammont sħiħ tat-talba tal-imblokkar jista' jiġi ssodisfatt bil-likwidità disponibbli.

5.  Il-parteċipant jista' fi kwalunkwe żmien matul il-jum ta' negozju meta tkun ġiet ipproċessata talba għar-riżerva jew l-imblokkar ta' likwidità, jagħti struzzjonijiet [daħħal isem il-BĊ] biex jitħassru r-riżerva jew l-imblokkar. M'għandux jiġi permess it-tħassir parzjali.

6.  It-talbiet kollha għal riżerva jew imblokkar ta' likwidità skont dan l-artikolu għandhom jiskadu fl-aħħar tal-jum ta' negozju.

Artikolu 16

Mument ta' dħul, mument ta' irrevokabbiltà

1.  Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE], ►M6  ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA ◄ jew ►M6  ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità lil PM T2S DCA ◄ jitqiesu li ddaħħlu f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u huma irrevokabbli fil-mument li l-kont ►M6  T2S DCA ◄ tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ rilevanti jiġi ddebitat. ►M6  Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA ◄ huma rregolati mill-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operat ta' Kont ta' Kontanti Dedikat f'TARGET2 applikabbli għal sistema ta' komponent TARGET2 li joriġinaw minnha.

▼M6

2.  Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li timplimenta dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE] u għat-tranżazzjonijiet kollha li jissaldaw fuq T2S DCAs, japplikaw ir-regoli li ġejjin.

(a) għat-tranżazzjonijiet kollha li jissaldaw fuq T2S DCAs u li huma soġġetti għal tqabbil ta' żewġ ordnijiet ta' trasferiment separati, tali ordnijiet ta' trasferiment jitqiesu mdaħħla fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ikunu ġew iddikjarati konformi mal- Regoli tekniċi ta' T2S mill-Pjattaforma T2S u irrevokabbli fil-mument li t-tranżazzjoni ngħatat l-istatus “imqabbla” mal-Pjattaforma T2S; jew

(b) bħala eċċezzjoni għall-punt (a), għal transazzjonijiet li jinvolvu CSD parteċipanti li jkollhom komponent ta' tqabbil separat fejn l-ordnijiet ta' trasferiment jintbagħtu direttament lil dik is-CSD parteċipanti biex tiġi mqabbla fil-komponent separat ta' tqabbil tagħha, ordnijiet ta' trasferiment jitqiesu mdaħħla fit-TARGET2- [Daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] fil-mument li fih ġew iddikjarati konformi mar-regoli tekniċi ta' T2S minn dik is-CSD parteċipanti u irrevokabbli mill-mument li t-tranżazzjoni ngħatat l-istatus “imqabbla” mal-Pjattaforma T2S. Lista tas-CSDs li għalihom japplika dan il-punt (b) hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE.

▼M6 —————

▼M3

TITOLU V

REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ, KWISTJONIJIET TA' KONTINĠENZA U INTERFAĊĊI TAL-UTENT

Artikolu 17

Proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza

Fil-każ li jseħħ xi każ estern straordinarju jew kull każ ieħor li jaffettwa t-tranżazzjonijiet fuq id- ►M6  T2S DCAs ◄ , għandhom japplikaw il-proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza deskritti fl-Appendiċi IV.

Artikolu 18

Rekwiziti tas-sigurtà

1.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jimplimentaw kontrolli ta' sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. ►M6  Id-detenturi T2S DCA ghandhom ikunu responsabbli esklussivament ghall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi taghhom. ◄

2.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jinfurmaw lil [daħħal isem il-BĊ] b'kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b'inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta' fornituri terzi. ►M6  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex id-detenturi T2S DCA jieħdu miżuri xierqa biex jiġi evitat milli jerġa' jseħħ xi inċident ta' dak it-tip. ◄

▼M7

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi obbligi ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà jew il-prevenzjoni tal-frodi, fuq id-detenturi T2S DCA kollha u/jew fuq id-detenturi T2S DCA li huma kkunsidrati kritiċi minn [daħħal l-isem tal-BĊ].

▼M3

Artikolu 19

Interfaċċi tal-utent

1.  Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , jew id-detentur tal-kont PM Ewlieni li jaġixxi f'ismu, għandu juża jew wieħed jew iż-żewġ mezzi li ġejjin biex ikollu aċċess għal dak id- ►M6  T2S DCA ◄ :

(a) konnessjoni diretta mal-Pjattaforma T2S fil-modalitajiet U2 A jew A2 A; jew

(b)  ►M6  BICi ◄ flimkien mas-servizzi ta' valur miżjud TARGET2 għal T2S.

2.  Konnessjoni diretta mal-Pjattaforma T2S tippermetti lid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ :

(a) li jkollhom aċċess u, meta japplika, jemendaw informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom;

(b) li jiġġestixxu l-likwidità u jibdew ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità mid- ►M6  T2S DCAs ◄ .

3.  It- ►M6  BICi ◄ flimkien mas-servizzi b'valur miżjud ta' TARGET2 għal T2S jippermetti lid-detentur tal-Kont PM Ewlieni:

(a) li jkollu aċċess għal informazzjoni dwar il-kontijiet tagħhom;

(b) li jiġġestixxi l-likwidità u jibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità mid- ►M6  T2S DCAs ◄ .

Iktar dettalji tekniċi dwar it- ►M6  BICi ◄ jinsabu fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazjonali li jimplimentaw l-Appendiċi I sal-Anness II tal-Linja Gwida].

TITOLU VI

KUMPENS, SISTEMA TA' RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA

Artikolu 20

Skema ta' kumpens

Fil-każ li jibqgħu fondi matul il-lejl fuq ►M6  T2S DCA ◄ minħabba ħsara teknika jew tal-SSP jew tal-Pjattaforma T2S, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu joffri kumpens lill-parteċipanti kkonċernati skont il-proċedura speċjali preskritta fl-Appendiċi II.

Artikolu 21

Sistema ta' responsabbiltà

1.  Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jintrabtu b'obbligu ġenerali ta' diliġenza raġonevoli fil-konfront ta' xulxin.

2.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ tiegħu f'każijiet ta' frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mill-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta' negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta' [daħħal isem il-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni inkwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.

3.  Il-[daħħal isem il-BĊ] ma huwa responsabbli għal ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-dejta, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta' [daħħal isem il-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas li jiġru minkejja l-fatt li [daħħal isem il-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta' din il-ħsara jew nuqqas (dawn għandhom jinkludu imma ma jkunux limitati għall-bidu u t-tkomplija tal-proċeduri ta' kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza msemmija fl-Appendiċi IV).

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandux ikun responsabbli:

(a) sakemm it-telf ikun ikkawżat mid- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ ; jew

(b) jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[daħħal isem il-BĊ] raġonevolment ma kollux kontroll fuqhom (forza maġġuri).

▼M6

5.  Minkejja l-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/2366], il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sa fejn ir-responsabilità ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] tista' tiġi eskluża.

▼M3

6.  Il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli u l-passi prattiċi biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f'dan l-Artikolu.

7.  Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jikkummissjona terzi f'ismu, b'mod partikolari fornituri tat-telekomunikazzjonijiet jew ta' netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta' [daħħal isem il-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta' [daħħal isem il-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-ikkummissjonar ta' kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta' [daħħal isem il-BĊ] għandha tkun limitata b'dan il-mod. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-BĊNi li jipprovdu l-SSP u l-4CBs m'għandhomx jitqiesu bħala terzi.

Artikolu 22

Evidenza

1.  Sakemm mhux ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha marbutin mal-ħlas u l-ipproċessar tal-ħlas fir-rigward ta' ►M6  T2S DCAs ◄ , bħal konfermi ta' debiti jew krediti, jew messaġġi ta' rendikont, bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom ikunu disponibbli permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S.

2.  Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal isem il-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk T2S għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta' [daħħal isem il-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta' evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.

3.  Jekk il-konnessjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S tkun bil-ħsara, id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu juża mezz alternattiv ta' trażmissjoni ta' messaġġi miftiehma [daħħal isem il-BĊ]. F'dawn il-każijiet, il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ prodott minn [daħħal isem il-BĊ] għandha, għal finijiet ta' evidenza, titqies daqs li kieku hija verżjoni oriġinali, tkun xi tkun il-forma tagħha.

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jżomm reġistri tal-ordnijiet ta' ħlas ippreżentati kompleti u l-ħlasijiet li jkunu rċevew id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għal perijodu ta' [daħħal il-perijodu meħtieġ mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet ta' ħlas u meta jaslu l-ħlasijiet, iżda dawn ir-reġistri kompleti għandhom ikopru minimu ta' ħames snin għal kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2 li huwa suġġett għall-viġilanza kontinwa bis-saħħa tal-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew mill-Istati Membri, jew għal aktar jekk meħtieġ minn regolamenti speċifiċi.

5.  Il-kotba u d-dokumenti ta' [daħħal isem il-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq karta, microfilm, microfiche, b'reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f'kull forma oħra riproduċibbli b'mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza ta' kull obbligu tad- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ u ta' kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.

TITOLU VII

TERMINAZZJONI U GĦELUQ TA' ►M6  T2S DCAs ◄

Artikolu 23

Kemm idumu u terminazzjoni ordinarja ta' ►M6  T2S DCAs ◄

1.  Bla ħsara għall-Artikolu 24, ►M6  T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jinfetaħ għal perijodu indefinit ta' żmien.

2.   ►M6  Detentur ta' T2S DCA ◄ jista' jtemm il-parteċipazzjoni ►M6  T2S DCA ◄ tiegħu f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti avviż ta' 14-il jum ta' negozju, sakemm ma jaqbilx ma' perijodu ta' notifika iqsar mal-[daħħal isem il-BĊ].

3.  Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jittermina d- ►M6  T2S DCA ◄ ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' tliet xhur, sakemm ma jaqbilx ma' perijodu ta' notifika differenti ma' dak id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

4.  Mat-terminazzjoni tad- ►M6  T2S DCA ◄ , id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 27 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-terminazzjoni.

5.  Mat-terminazzjoni tad- ►M6  T2S DCA ◄ , għandu jingħalaq skont l-Artikolu 25.

Artikolu 24

Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni

1.  Il-parteċipazzjoni ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta' inadempjenza li ġejjin:

(a) il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza; u/jew

(b) id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ m'għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stabbiliti fl-Artikolu 5.

▼M6

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, it-teħid ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżuri ta' maniġġar ta' kriżijiet fis-sens tad-Direttiva 2014/59/UE kontra detentur tat-T2S DCA m'għandux awtomatikament jikkwalifika bħala l-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment.

▼M3

2.  Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] mingħajr preavviż jekk:

(a) iseħħu wieħed jew aktar mill-każijiet ta' inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);

(b) id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ qed jikser dawn il-Kundizzjonijiet b'mod materjali;

(c) id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jonqos milli jwettaq xi obbligu materjali fil-konfront ta' [daħħal isem il-BĊ];

(d) id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ huwa eskluż minn, jew altrimenti ma jibqax membru ta', Grupp Magħluq T2S ta' Utenti (CGU); u/jew

(e) iseħħ kwalunkwe każ relatat ieħor mad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li, fil-valutazzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ], jipperikola l-istabbiltà, is-saħħa finanzjarja u sigurtà globali ta' TARGET2 [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jew kwalunkwe sistema komponenti oħra ta' TARGET2, jew jipperikola t-twettiq tal-funzjonijiet ta' [daħħal isem il-BĊ] kif deskritti fi [irreferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew joħloq riskji għal raġunijiet ta' prudenza;

3.  Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) sa (c).

4.  

►M4  (a) Fil-każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-kont PM tad-detentur fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta' messaġġ imxandar ICM jew messaġġ imxandar T2S, lil dak id- ►M6  detentur T2S DCA ◄ , lil BĊi u ►M6  dententuri tad-T2S DCA ◄ oħrajn, u lil detenturi tal-kont PM fis-sistemi tal-komponenti ta' TARGET2 kollha b'tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ u d-detentur tal-kont PN li jirċievi l-messaġġ. ◄

▼M4 —————

▼M3

(c) Ladarba dan il-messaġġ imxandar ICM (fil-każ ta' detenturi ta' kont PM) jew messaġġ imxandar T2S (fil-każ ta' ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ ) ikun ġie riċevut mill-parteċipanti, dawk il-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jew sistema ta' komponent ieħor ta' TARGET2. Il-parteċipanti għandhom ibatu kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta' ordni għall-ħlas lil parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom tkun ġiet sospiża jew itterminata jekk din l-ordni għall-ħlas tkun iddaħħlet f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar ICM ikun ġie iriċevut jew il-messaġġ imxandar T2S skont liema għażla teknika juża d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ taħt l-Artikolu 19.

5.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] m'għandux jaċċetta ordnijiet ta' ħlas ġodda mingħand dak id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

▼M5

6.  Jekk ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jiġi sospiż mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], għal raġunijiet li mhumiex dawk speċifikati fil-paragrafu 1(a), il-ħlasijiet kollha li jidħlulu u l-ordnijiet għall-ħlas kollha li joħorġu minnu għandhom jiġu ppreżentati għas-saldu biss wara li jkunu ġew aċċettati espliċitament mill-BĊ tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ .

▼M5

7.  Jekk ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu 1(a), kull ordni ta' ħlas li toħroġ minn dak id- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ għandha tkun ipproċessata biss fuq struzzjonijiet tar-rappreżentati tiegħu, inkluż dawk maħtura minn awtorità kompetenti jew qorti, bħall-amministratur tal-insolvenza tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ , jew skont deċiżjoni infurzabbli ta' awtorità kompetenti jew qorti li tipprovdi struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu pproċessati l-ħlasijiet. Il-ħlasijiet kollha li deħlin għandhom jiġu identifikati skont il-paragrafu 6.

▼M3

Artikolu 25

Għeluq ta' ►M6  T2S DCAs ◄

1.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ jistgħu jitolbu l-[daħħal isem il-BĊ] biex jagħlaq id- ►M6  T2S DCAs ◄ tagħhom fi kwalunkwe ħin iżda għandhom jagħtu l-[daħħal isem il-BĊ] avviż ta' 14-il jum ta' negozju dwaru.

2.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, bis-saħħa jew tal-Artikolu 23 jew 24, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jagħlaq id- ►M6  T2S DCA ◄ tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ kkonċernat, wara li jkun ħallas jew irritorna kull ordni ta' ħlas mhux imħallsa u jkun għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta' rahan u tpaċija skont l-Artikolu 26.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Id-drittijiet ta' rahan u ta' tpaċija tal-[daħħal isem il-BĊ]

1.  [Daħħal jekk japplika: Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ fuq id- ►M6  T2S DCAs ◄ tiegħu, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talba kurrenti u futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

1a. [Daħħal jekk japplika: It-talbiet kurrenti jew futuri ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ fir-rigward tal-[daħħal isem il-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fid- ►M6  T2S DCA ◄ għandhom jiġu ttrasferiti lil [daħħal isem il-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull talba kurrenti jew futura tal-[daħħal isem il-BĊ] fir-rigward tal-parteċipant li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew ikkreditati lid- ►M6  T2S DCA ◄ tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .]

1b. [Daħħal jekk japplika: Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu imposta mhux fissa fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ fuq id- ►M6  T2S DCAs ◄ tiegħu, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talba kurrenti u futura li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

2.  [Daħħal jekk japplika: Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anki jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhumiex dovuti.]

3.  [Daħħal jekk japplika: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , b'dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta' rahan favur [daħħal isem il-BĊ], li miegħu dak id- ►M6  T2S DCA ◄ nfetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta' assi mogħtija b'rahan lil [daħħal isem il-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kull ammont imħallas fid- ►M6  T2S DCA ◄ li l-bilanċ tiegħu huwa mogħti b'rahan għandu, bis-sempliċi fatt illi jkun tħallas, jingħata b'rahan irrevokabbli, mingħajr ebda limitazzjoni, bħala titolu ta' kollateral għall-adempjiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.]

4.  Malli jseħħ:

(a) każ ta' inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 24(1); jew

(b) kull każ ieħor ta' inadempjenza jew każ imsemmi fl-Artikolu 24(2) li wassal għat-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , minkejja l-bidu ta' kwalunkwe proċedura ta' insolvenza fir-rigward ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u minkejja kwalunkwe ċessjoni, sekwestru ġudizzjarju jew mod ieħor jew dispożizzjoni oħra ta' jew fir-rigward tad-drittijiet tad- ►M6  detentur ta T2S DCA ◄ ;

l-obbligi kollha tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-bżonn għal approvazzjoni minn qabel ta' kwalunkwe awtorità, biex ikun immedjatament dovut. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u l-[daħħal isem il-BĊ] għandhom jiġu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.

5.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu minnufih javża lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ b'kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.

6.  Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jiddebita mingħajr preavviż id- ►M6  T2S DCA ◄ ta' kwalunkwe ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ bl-ammont li d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jagħti lil [daħħal isem il-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u l-[daħħal isem il-BĊ].

Artikolu 27

Kunfidenzjalità

1.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew sigrieta, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew lill-klijenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , sakemm id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permezz jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrigwarda l-isem tal-pajjiż].

▼M6

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-detentur tad-T2S DCA jaqbel li l-informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikolu 24 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali.

▼M5

2.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, id- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ jaqbel li l-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela ►M6  ħlas ◄ , informazzjoni teknika jew organizzattiva rigward id- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ , ►M6  T2S DCAs ◄ oħra miżmuma minn detenturi tad- ►M6  T2S DCA ◄ tal-istess grupp, jew il-klijenti tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ miksuba fil-kors tat-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal (a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fl-operat tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sa fejn dan ikun meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2, jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad- ►M6  detentur tad-T2S DCA ◄ jew tal-grupp tiegħu (b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżijiet meħtieġa għal operazzjonijiet tas-suq, funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja jew ►M7  (ċ) awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli. ◄ Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d- ►M6  detentur T2S DCA ◄ jew il-klijenti tad- ►M6  detentur T2S DCA ◄ , il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni dwar ħlas li jirrigwarda lill-parteċipant jew lill-klijenti tal-parteċipant għal finijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew oħrajn fl-eżerċitar tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.

▼M3

4.  Informazzjoni li tirrigwarda l-operazzjoni ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] li għalih kellhom aċċess id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ , tista' tintuża biss għall-finijiet stabbiliti f'dawn il-Kundizzjonijiet. Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal isem il-BĊ] ma jkunx ta espliċitament l-kunsens tiegħu bil-miktub għall-iżvelar. Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissubkuntrattaw kompiti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f'dan l-Artikolu.

5.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel ħlas ta' ordnijiet ta' ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta' netwerk T2S.

Artikolu 28

Protezzjoni ta' dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati

1.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma', l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma' leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi għall-konsenja ta' armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ►M6  ħlasijiet ◄ iddebitata minn jew ikkreditata fil-kontijiet ►M6  T2S DCA ◄ tagħhom. Qabel ma jidħlu f'relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S, id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom ikunu familjari mal-politika dwar il-ġbir tad-dejta.

2.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jitqiesu li awtorizzaw lil [daħħal isem il-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand xi awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali kif ukoll barranija, jekk din l-informazzjoni tkun neċessarja għall-parteċipazzjoni tal- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż].

3.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ , meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet. Barra minn dan:

(a) meta l-[daħħal isem il-BĊ] ikun il-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jkun min ħallas:

(i) id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f'isem il-bank ċentrali li huwa meħtieġ primarjament biex jagħmel notifika jew biex jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lil [daħħal isem il-BĊ] b'evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;

▼M6

(ii) id-detentur tad-T2S DCA m'għandux jidħol f'ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lilT2S DCA, bl-eċċezzjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess detentur T2S DCA, f'TARGET2 sakemm ikun kiseb konferma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa tkun saret jew il-kunsens ikun inkiseb minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min jitħallas;

▼M3

(b) meta l-[daħħal isem il-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jirċievi l-ħlas, id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f'isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lil [daħħal isem il-BĊ] b'evidenza li għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kliem “fornitur ta' servizz ta' ħlas”, “min iħallas” u “min jitħallas” għandu jkollhom it-tifsir li jingħatalhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.

Artikolu 29

Avviżi

1.  Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtieġa jew permessi skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faks jew altrimenti bil-miktub jew b'messaġġ awtentikat permezz ta' fo0rnitur tas-servizz tan-netwerk T2S. Avviżi lil [daħħal isem il-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal d-dipartiment għas-servizzi ta' ħlas jew it-taqsima relevanti tal-BĊ] ta' [daħħal isem il-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ]. Avviżi lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandhom jintbagħtulu fl-indirizz, numru ta' faks jew indirizz BIC tiegħu li d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jista' minn żmien għal żmien jinnotifika lil [daħħal isem il-BĊ].

2.  Sabiex jiġi ppruvat li jkun intbagħat avviż, għandu jkun biżżejjed li jiġi ppruvat illi l-avviż ġie kkonsenjat lill-indirizz relevanti jew li l-envelopp li kien fih dan l-avviż kien indirizzat u mibgħut bil-posta kif suppost.

3.  L-avviżi kollha għandhom jingħataw bi [daħħal l-ilsien nazzjonali relevanti u/jew “l-Ingliż”].

4.  Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom ikunu marbutin mal-formoli u d-dokumenti kollha tal-[daħħal isem il-BĊ] li d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ jkunu mlew u/jew iffirmaw, inkluż, iżda mhux limitati għal, formoli għall-ġbir ta' dejta statika, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), u informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 10(5), li ġew ippreżentati b'konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li l-[daħħal isem il-BĊ] raġonevolment jemmen li waslu mingħand id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ , l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.

Artikolu 30

Relazzjoni kuntrattwali mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S

1.  Kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jista' jidhol fi ftehim separat ma' fornitur tas-servizz tan-netwerk fir-rigward tas-servizzi li għandhom jingħataw fir-rigward tal-użu mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ tad- ►M6  T2S DCA ◄ . Ir-relazzjoni legali bejn ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S għandha tkun irregolata esklussivament bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim separat tagħhom.

2.  Is-servizzi li għandu jipprovdi fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S m'għandhomx jagħmlu parti mis-servizzi li għandhom jitwettqu minn [daħħal isem il-BĊ] fir-rigward ta' TARGET2.

3.  Il-[daħħal isem il-BĊ] m'għandu jkun responsabbli għal ebda att, żball jew ommissjoni tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S (inklużi d-diretturi, il-persunal u s-subkuntratturi tiegħu), jew għal ebda att, żball jew ommissjoni minn terzi magħżula minn ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ biex ikollhom aċċess għan-netwerk ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S.

Artikolu 31

Proċedura ta' emenda

Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' f'kull żmien jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom. L-emendi ta' dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom, għandhom jitħabbru permezz ta' [daħħal il-mezzi rilevanti ta' tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma joġġezzjonax b'mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b'dawn l-emendi. Fil-każ li ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ joġġezzjona għall-emenda, il-[daħħal isem il-BĊ] huwa intitolat li immedjatament jittermina u jagħlaq dak id- ►M6  T2S DCA ◄ tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ fit TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż].

Artikolu 32

Drittijiet ta' terzi

1.  Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' [daħħal isem il-BĊ].

2.  Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqux drittijiet u obbligi lejn ebda entità ħlief il-[daħħal isem il-BĊ] u ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż].

Artikolu 33

Liġi applikabbli, ġurisdizzjoni u post ta' twettiq

1.  Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].

2.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta' [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].

3.  Il-post tat-twettiq fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u d- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandu jkun [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].

Artikolu 34

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f'dawn il-Kundizzjonijiet hija jew issir invalida, dan m'għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti

1.  Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].

2.  [Daħħal jekk xieraq taħt il-liġi nazzjonali rilevanti: B'talba għal ►M6  T2S DCA ◄ f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż], l-entitajiet li japplikaw jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fil-konfront ta' [daħħal isem il-BĊ].]




Appendiċi 1

▼M6

PARAMETRI TAL-KONTIJIET TAL-FLUS DEDIKATI T2S - SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

▼M3

Flimkien mal-Kundizzjonijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-interazzjoni mal-Pjattaforma T2S:

1.    Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-netwerk u l-formati.

(1) T2S tuża s-servizzi ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S għall-iskambju ta' messaġġi. Kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li juża konnessjoni diretta għandu jkollu konnessjoni ma' mill-inqas netwerk IP sigur ta' fornitur wieħed tas-servizz tan-netwerk T2S.

(2) Kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jgħaddi sensiela ta' testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista' jipparteċipa f'TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż].

(3) Għas-sottomissjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità fid- ►M6  T2S DCA ◄ għandhom jintużaw is-servizzi tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk T2S. Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità għandhom ikunu indirizzati direttament lid-DN T2S u għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja:

(a) fil-każ ta' trasferimenti ta' likwidità bejn żewġ ►M6  T2S DCAs ◄ , in-numri tal-kont bi 34 karattru uniku ta' kemm id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jibgħat u li jirċievi; jew

(b) fil-każ ta' trasferimenti ta' likwidità minn ►M6  T2S DCA ◄ għal kont PM, in-numru tal-kont bi 34 karattru uniku tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li jibgħat u n-numru tal-kont PM li jirċievi.

(4) Għall-iskambju ta' informazzjoni mal-modalitajiet tal-Pjattaforma T2S jistgħu jintużaw jew A2 A jew U2 A. Is-sigurtà tal-iskambju tal-messaġġ bejn ►M6  T2S DCA ◄ u l-Pjattaforma T2S għandha tiddependi fuq il-servizz Public Key Infrastructure (PKI) [Infrastruttura ta' Kodiċi Pubbliku] offrut mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S. Informazzjoni dwar is-servizz PKI tinsab fid-dokumentazzjoni mogħtija minn dan il-fornitur tas-servizz tan-netwerk T2S.

(5)  ►M6  Detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jikkonformaw mal-istruttura tal-messaġġ ISO20022 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam. Il-messaġġi kollha għandhom jinkludu Business Application Header (BAH). Struttura ta' messaġġ, speċifikazzjonijiet tal-qasam u BAHs huma ddefiniti fid-dokumentazzjoni ISO, taħt ir-restrizzjonijiet previsti għal T2S, kif deskritt fil-Kapitolu 3.3.3 Cash Management (camt) tat-T2S UDFS.

(6) Il-kontenut ta' oqsma għandhom ikunu vvalidati fil-livell tal-Pjattaforma T2S skont ir-rekwiżiti T2S UDFS.

2.    Tipi ta' messaġġi

It-tipi ta' messaġġi li ġejjin huma pproċessati, bla ħsara għas-sottoskrizzjoni:



Tip ta' messaġġ

Deskrizzjoni

(camt.003)

GetAccount

(camt.004)

ReturnAccount

(camt.005)

GetTransaction

(camt.006)

ReturnTransaction

(camt.009)

GetLimit

(camt.010)

ReturnLimit

(camt.011)

ModifyLimit

(camt.012)

DeleteLimit

(camt.018)

GetBusinessDayInformation

(camt.019)

ReturnBusinessDayInformation

(camt.024)

ModifyStandingOrder

(camt.025)

Receipt

(camt.050)

LiquidityCreditTransfer

(camt.051)

LiquidityDebitTransfer

(camt.052)

BankToCustomerAccountReport

(camt.053)

BankToCustomerStatement

(camt.054)

BankToCustomerDebitCreditNotification

(camt.064)

LimitUtilisationJournalQuery

(camt.065)

LimitUtilisationJournalReport

(camt.066)

IntraBalanceMovementInstruction

(camt.067)

IntraBalanceMovementStatusAdvice

(camt.068)

IntraBalanceMovementConfirmation

(camt.069)

GetStandingOrder

(camt.070)

ReturnStandingOrder

(camt.071)

DeleteStandingOrder

(camt.072)

IntraBalanceMovementModificationRequest

(camt.073)

IntraBalanceMovementModificationRequestStatusAdvice

(camt.074)

IntraBalanceMovementCancellationRequest

(camt.075)

IntraBalanceMovementCancellationRequestStatusAdvice

(camt.078)

IntraBalanceMovementQuery

(camt.079)

IntraBalanceMovementQueryResponse

(camt.080)

IntraBalanceModificationQuery

(camt.081)

IntraBalanceModificationReport

(camt.082)

IntraBalanceCancellationQuery

(camt.083)

IntraBalanceCancellationReport

(camt.084)

IntraBalanceMovementPostingReport

(camt.085)

IntraBalanceMovementPendingReport

3.    Verifika ta' entrata doppja

(1) L-ordnijiet għat-trasferiment ta' likwidità kollha għandhom jgħaddu minn verifika ta' entrata doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għat-trasferiment ta' likwidità li ġew sottomessi aktar minn darba.

(2) Għandhom jiġu vverifikati l-parametri li ġejjin:

 Ordni ta' Referenza (End to End Id) [Tarf sa Tarf ID];

 Kont ta' Dejn u Kreditu (kont ►M6  T2S DCA ◄ jew PM); u

 Ammont fl-istruzzjoni.

(3) Jekk l-oqsma kollha deskritti fil-punt (2) f'ordni ta' trasferiment ta' likwidità sottomessa ġdida jkunu identiċi ma' dawk f'ordni ta' trasferiment ta' likwidità li ġiet aċċettata imma li għadha mhix imħallsa jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità li tħallset fl-aħħar tliet ijiem ta' negozju, għandha tiġi rrifjutata l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità ġdida.

4.    Kodiċijiet tal-iżbalji

Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-oqsma fil-parafrafu 3(2), id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jirċievi messaġġ dwar l-istatus [camt.025], kif deskritt fil-Kapitolu 4.1 tat-T2S UDFS.

5.    Attivazzjonijiet tal-ħlas

(1) Għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità immedjata, l-ebda XML tag speċifika ma hija meħtieġa;

(2) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità predefinita u ordnijiet permanenti ta' trasferiment ta' likwidità jistgħu jiġu attivati f'ħin jew każ speċifiku fil-jum ta' ħlas:

 għal ħlas fi żmien speċifiku, għandha tintuża l-XML tag “Time(/ExctnTp/Tm/)”;

 għal ħlas meta jiġri każ speċifiku, għandha tintuża XML tag “(EventType/ExctnTp/Evt/)”

(3) Il-periodu ta' validità għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità permanenti għandu jiġi stabbilit skont l-XML tags li ġejjin: “FromDate/VldtyPrd/FrDt/” u “ToDate/VldtyPrd/ToDt/”.

6.    Ħlas ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità

Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ma humiex rriċiklati, imqiegħda fi kju jew paċuti.

L-istatus differenti għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità huma deskritti fil-Kapitolu 1.6.4 tat-T2S UDFS.

7.    Użu tal-modalità U2 A u A2 A

(1) Il-modalitajiet U2 A u A2 A jistgħu jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni u għall-ġestjoni tal-likwidità. In-netwerks tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk T2S għandhom ikunu n-netwerks ta' komunikazzjonijiet tekniċi sottostanti għall-iskambju ta' informazzjoni u tmexxija ta' miżuri ta' kontroll. Il-modalitajiet li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu mid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ fi:

(a) il-modalità applikazzjoni għal applikazzjoni (A2 A)

Fl-A2 A, l-informazzjoni u l-messaġġi jiġu ttrasferiti bejn il-Pjattaforma T2S u l-applikazzjoni interna tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ . Għalhekk ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jiżgura li applikazzjoni xierqa tkun disponibbli għall-iskambju ta' messaġġi XML (talbiet u risposti).

(b) modalità utent għal applikazzjoni (U2 A)

U2 A jippermetti komunikazzjoni diretta bejn ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u l-T2S GUI. L-informazzjoni tintwera fi brawżer li jaħdem fuq sistema tal-kompjuter). Għall-aċċess għall-U2 A l-infrastruttura IT trid tkun taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma spjegati fil Manwal għall-Utent T2S.

(2) Dejta statika għandha tkun disponibbli li tintwera fil-modalità U2 A. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliż biss.

(3) L-informazzjoni għandha tkun offruta fil-modalità “pull”, li jfisser li kull ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni.

(4) Drittijiet ta' aċċess għall-modalità U2 A u A2 A għandha tingħata bl-użu ta' T2S GUI.

(5) Il-firma “Non Repudiation of Origin” (NRO) tippermetti lil min jirċievi messaġġ li jipprova li dak il-messaġġ inħareġ u ma nbidilx.

(6) Jekk ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu problemi tekniċi u ma jkun jista' jibgħat l-ebda ordni ta' trasferiment ta' likwidità, jista' jikkuntattja l-bank ċentrali tiegħu li fuq il-bażi tal-aħjar sforz jaġixxi f'isem id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

8.    Dokumentazzjoni rilevanti

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta' hawn fuq jinsabu f'T2S UDFS u fil-Manwal għall-Utent T2S, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.




Appendiċi II

SKEMA TA' KUMPENS TARGET2 FIR-RIGWARD TAL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TAD- ►M6  T2S DCA ◄

1.    Prinċipji ġenerali

(a) F'każ li jkun hemm ħsara teknika f'TARGET2, id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ jistgħu jippreżentaw talbiet għall-kumpens skont l-iskema ta' kumpens ta' TARGET2 stabbilita f'dan l-Appendiċi.

(b) Sakemm il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ma jiddeċidix mod ieħor, l-iskema ta' kumpens ta' TARGET2 ma tapplikax jekk il-ħsara teknika ta' TARGET2 tirriżulta minn każijiet esterni li jmorru lil hinn mill-kontroll raġonevoli tal-BĊi kkonċernati jew bħala riżultat ta' atti jew omissjonijiet ta' terzi.

(c) Il-kumpens taħt l-iskema ta' kumpens ta' TARGET2 għandu jkun l-unika proċedura ta' kumpens offruta f'każ ta' ħsara teknika ta' TARGET2. Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ jistgħu, madankollu, jużaw mezzi legali oħra biex jagħmlu talba għat-telf. Jekk ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jaċċetta offerta ta' kumpens taħt l-iskema ta' kumpens ta' TARGET2, dan għandu jikkostitwixxi l-qbil irrevokabbli tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li b'hekk ikun qed jirrinunzja għat-talbiet kollha fir-rigward ta' dawk l-ordnijiet ta' ħlas li dwarhom ikun qed jaċċetta kumpens (inklużi kwalunkwe talba għal telf konsegwenzjali) li jista' jkollu kontra kull BĊ, u li meta jirċievi l-ħlas ta' kumpens korrispondenti dan jikkostitwixxi l-ħlas sħiħ u finali ta' dawk it-talbiet kollha. Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jikkumpensa lill-BĊi kkonċernati, sa massimu tal-ammont irċevut skont l-iskema ta' kumpens ta' TARGET2, fir-rigward ta' talbiet ulterjuri li jitqajmu minn kwalunkwe parteċipant ieħor jew xi terzi oħrajn fir-rigward tal-ordni ta' ħlas jew tal-ħlas ikkonċernat.

(d) L-offerta ta' kumpens m'għandhiex tikkostitwixxi ammissjoni ta' responsabbiltà minn [daħħal isem il-BĊ] jew minn kull BĊ ieħor fir-rigward ta' ħsara teknika ta' TARGET2.

2.    Kundizzjonijiet għal offerti ta' kumpens

(a) Min iħallas jista' jissottometti talba għal dritt ta' amministazzjoni u kumpens ta' imgħax jekk, minħabba ħsara teknika ta' TARGET2 ma jkunx sar ħlas ta' ordni ta' trasferiment ta' likwidità fil-jum ta' negozju li fih ġiet aċċettata.

(b) Min jirċievi l-ħlas jista' jissottometti talba għal dritt ta' amministrazzjoni jekk, minħabba ħsara teknika ta' TARGET2, ma jkunx irċieva ħlas li kien qed jistenna li ser jirċievi f'jum ta' negozju partikolari. Min jirċievi l-ħlas jista' wkoll jissottometti talba għall-kumpens ta' imgħax jekk jigu sodisfatti waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) f'każ ta' parteċipanti li għandhom aċċess għall-faċilità ta' self marġinali: minħabba ħsara teknika ta' TARGET2, min jitħallas irrikorra għall-faċilità ta' self marġinali; u/jew

(ii) f'każ tal-parteċipanti kollha: kien teknikament impossibbli li wieħed jirrikorri għas-suq tal-flus jew dak ir-rifinanzjament kien impossibbli għal raġunijiet oġġettivament raġonevoli oħrajn.

3.    Kalkolu ta' kumpens

(a) Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal min iħallas:

(i) id-dritt ta' amministrazzjoni għandu jkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux imħallsa, EUR 25 għal kull waħda mill-erba' ordnijiet ta' ħlas li jsegwu u EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn Id-dritt ta' amministrazzjoni għandu jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta' kull min jitħallas;

▼M4

(ii) il-kumpens ta' imgħax għandu jiġi ddeterminat bl-applikazzjoni ta' rata ta' referenza ffissata minn jum għal jum. Din ir-rata ta' referenza għandha tkun dik l-aktar baxxa mir-rata medja tal-indiċi mil-lum għall-għada tal-euro (EONIA) u r-rata ta' self marġinali. Ir-rata ta' referenza għandha tiġi applikata għall-ammont tal-ordni ta' ħlas li ma jkunx sar saldu tiegħu b'riżultat tal-ħsara teknika ta' TARGET2 għal kull jum fil-perijodu mid-data tal-ordnijiet ta' ħlas attwali jew, fir-rigward tal-istess ordnijiet ta' ħlas imsemmija fil-paragrafu 2(b)(ii), is-sottomissjoni maħsuba tal-ordni ta' ħlas sad-data li fiha l-ordni ta' ħlas kienet ġiet saldata jew setgħet ħiet saldata b'suċċess. Kull imgħax jew kosti li jirriżultaw mit-tpoġġġija ta' kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas mhux saldati fuq depożitu mal-Eurosistema għandhom jitnaqqsu minn jew jiġu imposti mill-ammont ta' kwalunkwe kumpens, skont il-każ; u

▼M3

(iii) l-ebda kumpens ta' imgħax m'għandu jitħallas jekk u sakemm fondi li jirriżultaw minn ordnijiet ta' ħlas li ma jkunux ħallsu jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-riżervi minimi.

(b) Fir-rigward ta' offerta ta' kumpens għal min jitħallas:

(i) id-dritt ta' amministrazzjoni għandu jkun ta' EUR 50 għall-ewwel ordni ta' ħlas mhux imħallsa, EUR 25 għal kull waħda mill-erba' ordnijiet ta' ħlas li jsegwu u EUR 12,50 għal kull ordni ta' ħlas oħra bħal dawn Id-dritt ta' amministrazzjoni għandu jiġi kkalkulat separatament fir-rigward ta' kull min iħallas;

(ii) il-metodu stabbilit fil-punt (a)(ii) għall-kalkolu tal-kumpens ta' imgħax għandu japplika, ħlief li l-kumpens ta' imgħax għandu jitħallas b'rata ekwivalenti għad-differenza bejn ir-rata ta' self marginali u r-rata ta' referenza, u għandu jigi kkalkolat fuq l-ammont ta' rikors għall-facilità ta' self marginali li jseħħ bħala rizultat tal-ħsara teknika ta' TARGET2.

4.    Regoli proċedurali:

(a) Talba għal kumpens għandha tintbagħat fuq il-formola tat-talba li tinsab fuq il-websajt ta' [daħħal isem il-BĊ] bl-Ingliż (ara [daħħal referenza għall-websajt tal-BĊ]). Min iħallas għandu jibgħat formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull min jitħallas, u dawk li jirċievu l-ħlas għandhom jibagħtu formola tat-talba separata fir-rigward ta' kull min jagħmel ħlas. Għandhom jingħataw informazzjoni addizzjonali u dokumenti biżżejjed biex isaħħu l-informazzjoni indikata fil-formola tat-talba. Tista' tintbagħat talba waħda biss fir-rigward ta' ħlas speċifiku jew ordni ta' ħlas.

(b) Id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom jippreżentaw il-formoli tat-talba tagħhom lil [daħħal isem il-BĊ] fi żmien erba' ġimgħat minn meta tiġri l-ħsara teknika ta' TARGET2. Kull informazzjoni u evidenza addizzjonali mitluba minn [daħħal isem il-BĊ] għandha tingħata fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir din it-talba.

(c) Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jagħmel rieżami tat-talbiet u jibgħathom lill-BĊE. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u kkomunikat lid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ , it-talbiet kollha rċevuti għandhom jiġu vvalutati sa mhux aktar tard minn 14-il ġimgħa wara li tiġri l-ħsara teknika f'TARGET2.

(d) Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jikkomunika r-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (c) lid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ rilevanti. Jekk il-valutazzjoni timplika offerta ta' kumpens, id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ kkonċernati għandhom, fi żmien erba' gimgħat mill-komunikazzjoni ta' din l-offerta, jew jaċċettawha jew jirrifjutawha, fir-rigward ta' kull ħlas jew ordni ta' ħlas inkluża f'kull talba, billi jiffirmaw ittra ta' aċċettazzjoni standard (fil-formola li tinsab fuq il-websajt ta' [daħħal isem il-BĊ] (ara [daħħal ir-riferenza għall-websajt tal-BĊ]). Jekk il-[daħħal isem il-BĊ] ma jirċevix din l-ittra fi żmien erba' ġimgħat, id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ kkonċernati għandhom jitqiesu li jkunu rrifjutaw l-offerta ta' kumpens.

(e) Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jagħmel ħlasijiet ta' kumpens meta jirċievi l-ittra ta' aċċettazzjoni tal-kumpens tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ . M'għandu jitħallas l-ebda mgħax fuq ħlas ta' kumpens.




Appendiċi III

TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ U DAWK NAZZJONALI

TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ GĦAL ►M6  DETENTURI TA' T2S DCA ◄ TA' TARGET2

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

(a) l-isem tal-manifattur;

Post

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [interni jew esterni] ta' [speċifika l-isem tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew fergħa ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ] fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [iil-ġurisdizzjoni fejn id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] inkonnessjoni mal-parteċipazzjoni ta' [speċifika l-isem tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ] (iktar 'il quddiem id-“ ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ”) f'[isem is-sistema komponent ta' TARGET2] (iktar 'il quddiem is-“Sistema”).

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' ebda ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward m'aħna qegħdin la nesprimu u lanqas infissru ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], kemm jekk id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu kif ukoll jekk minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni] jewinkella le, meta jibgħat ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità u jirċievi trasferimenti ta' likwidità.

I.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna:

(1) kopja ċċertifikata ta' [speċifika d-dokument(i) kostituzzjonali rilevanti] tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ hekk kif inhu/huma fis-seħħ fid-data tal-preżenti;

(2) [jekk japplika] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanija rilevanti], u [jekk japplika] [ir-reġistru tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew ir-reġistru analogu];

(3) [sa fejn japplika] kopja tal-liċenzja tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew prova oħra tal-awtorizzazzjoni li huwa għandu biex jagħti servizz bankarju, ta' investiment, ta' trasferiment ta' fondi jew servizzi finanzjarji oħra f'[ġurisdizzjoni];

(4) [jekk japplika] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew mill-bord governattiv rilevanti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'[daħħal data], [daħħal sena], li tagħti xhieda li d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jaqbel li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, kif iddefinit hawn isfel; u

(5) [speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jagħtu xhieda tas-setgħa neċessarja tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif iddefinit hawn isfel) f'isem id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ];

u d-dokumenti l-oħra kollha dwar il-kostituzzjoni, is-setgħat, u l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa jew xierqa tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għall-għoti ta' din l-Opinjoni (iktar 'il quddiem id-“Dokumenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ”).

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna wkoll:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Kontanti Dedikat f'TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u

(2) […].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu iktar 'il quddiem bħala d-“Dokumenti tas-Sistema” (u kollettivament flimkien mad-Dokumenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ d-“Dokumenti”).

II.   ASSUNZJONIJIET

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema li ngħatajna huma oriġinali jew veri kopji tagħhom;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) id-Dokumenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti; u

(4) id-Dokumenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jorbtu lill-partijiet li huma indirizzati bihom, u ma kien hemm l-ebda ksur ta' xi waħda mill-kundizzjonijiet tagħhom.

III.   OPINJONIJIET DWAR ID- ►M6  DETENTUR TA' T2S DCA ◄

A. Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ huwa korporazzjoni stabbilita u rreġistrata debitament jew inkella inkorporata jew organizzata debitament skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

B. Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu s-setgħat korporattivi kollha meħtieġa biex jeżegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom huwa parti.

C. L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u t-twettiq mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema li tagħhom id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ huwa parti bl-ebda mod mhuma ser jiksru xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta' [ġurisdizzjoni] applikabbli għad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew għad-Dokumenti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

D. L-ebda awtorizzazzjoni, approvazzjoni, kunsens, preżentazzjoni, reġistrazzjoni, att notarili jew ċertifikazzjoni oħra ta' jew ma' kull qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] m'hi meħtieġa mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'konnessjoni mal-adozzjoni, il-validità jew l-eżegwibbiltà ta' kull Dokumenti tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew it-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi li dawn jinkludu.

E. Id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa, u passi oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u jorbtu legalment.

Din l-Opinjoni tingħata fid-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [ ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u[l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]

TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET NAZZJONALI GĦAL ►M6  DETENTURI TA' T2S DCA ◄ TA' TARGET2 MHUX FIŻ-ŻEE

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

[isem tas-sistema]

[post]

Data

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Bħala l-konsulenti legali [esterni] ta' [speċifika l-isem tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jew il-fergħa ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ] (id-“ ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ”) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni li fiha huwa stabbilit d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ; iktar 'il quddiem il-“ġurisdizzjoni”] ġejna mitluba biex nagħtu din l-Opinjoni skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'sistema li hija komponent ta' TARGET2 (iktar 'il quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti kollha applikabbli ta' [ġurisdizzjoni]. Qed nesprimu hawnhekk opinjoni skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari għad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi li jqumu mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif stabbilit fid-Dokumenti tas-Sistema ddefiniti hawn isfel.

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' ebda ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward la qegħdin nesprimu u lanqas infissru opinjoni. Assumejna li fil-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra m'hemm xejn li jaffettwa din l-Opinjoni.

1.   DOKUMENTI EŻAMINATI

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għal Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Kontanti Dedikat f'TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u

(2) kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ].

Ir-Regoli u l-[…] għandhom jissejħu iktar 'il quddiem “Dokumenti tas-Sistema”.

2.   ASSUNZJONIJIET

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) id-dokumenti li ntbagħtulna bħala kopja jew kampjuni jikkonformaw mal-oriġinali.

3.   OPINJONI

Fuq il-bażi ta' u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f'kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:

3.1.    Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [sa fejn japplikaw]

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta' [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma' u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].

▼M7

3.2.    Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a  Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur TIPS DCA jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom id-detentur TIPS DCA jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-“Proċedimenti ta’ Insolvenza”).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, id-detentur TIPS DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom ordinijiet ta’ ħlas lil u/jew mid-detentur TIPS DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn l-ordinijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-“Proċedimenti”).

3.2.b  Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].

▼M3

3.3.    Eżegwibbiltà ta' Dokumenti tas-Sistema

Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u eżegwibbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

B'mod partikolari aħna tal-opinjoni li:

3.3.a.    Proċessar ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u eżegwibbli. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità kollha pproċessati bis-saħħa ta' dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità jsiru eżegwibbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.b.    L-awtorità ta' [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu

Il-bidu ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta' [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. [Speċifika [sa fejn japplika] li: l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta' kull entità oħra li tipprovdi lid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ b'servizzi meħtieġa direttament u neċessarjament biex jipparteċipaw fis-Sistema, eż. fornituri tas-servizz tan-netwerk].

3.3.c.    Rimedji fil-każ ta' inadempjenza

[Meta japplika fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta' talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta' talbiet minħabba l-użu tad-depożiti ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , l-eżekuzzjoni ta' xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta' parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax għal inadempjenza, u t-tmiem ta' ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawsoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.d.    Sospensjoni u terminazzjoni

Meta japplika fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ fis-Sistema dwar il-bidu ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri jew każijiet oħra ta' inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jirrappreżenta xi tip ta' riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.e.    Ċessjoni ta' drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel ta' [daħħal isem il-BĊ].

3.3.f.    Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b'mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta' xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.4.    Preferenzi annullabbli

Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li jirriżulta mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta' kull Proċedura ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma jista' jitwarrab f'dawn il-proċeduri bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni].

B'mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta' kull ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B'mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-eżegwibbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta' ħlas huma validi u eżegwibbli, u li ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tista' titwarrab fl-ebda Proċedura ta' Insolvenza jew Proċeduri bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].

3.5.    Sekwestru

Jekk xi kreditur ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jitlob ordni ta' sekwestru (inkluża kull ordni ta' ffriżar, ordni ta' qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ) — minn issa 'il quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” — skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].

3.6.    Kollateral [jekk japplika]

3.6.a.    Ċessjoni ta' drittijiet jew depożitu ta' assi għall-finijiet ta' kollateral, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta' kollateral huma validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. B'mod speċifiku, il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u eżegwibbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.6.b.    Prijorità tal-interess ta' ċessjonarji, ta' detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos fuq dak ta' kredituri oħra,

Fil-każ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , id-drittijet jew l-assi mogħtija b'ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, jew mirhuna mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ favur ta' [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, tingħatalhom prijorità ta' ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.

3.6.c.    Eżekuzzjoni ta' titolu

Anki fil-każ ta' Proċeduri ta' Insolvenza jew Proċeduri fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jeżegwixxu u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tal- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ permezz tal-azzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli.

3.6.d.    Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni.

M'hemm l-ebda rekwiżiti għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta' kollateral ta', jew il-ħolqien u l-eżekuzzjoni ta' rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika,] jew kull dettall ta' dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati fi kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni].

III.7    Friegħi [sa fejn japplika]

3.7.a.    L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-friegħi

Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] f'sitwazzjonijiet fejn id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jaġixxi permezz ta' waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].

3.7.b.    Konformità mal-liġi

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta' ħlas minn fergħa tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma jiksru b'ebda mod il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni];

3.7.c    Awtorizzazzjonijiet meħtieġa

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ma jkunu jeħtieġu xi awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].

Din l-Opinjoni qed tingħata fid-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [ ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ ]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]




Appendiċi IV

PROĊEDURI GĦALL-KONTINWITÀ TAS-SERVIZZ U TA' KONTINĠENZA

1.    Dispożizzjonijiet ġenerali

(a) Dan l-Appendiċi jistabbilixxi l-arranġamenti bejn [daħħal isem il-BĊ] u d- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ , jekk komponent wieħed jew aktar ta' TARGET2 jew il-fornitur tas-servizz tan-netwerk ikollhom il-ħsara jew jiġu affettwati minn każ estern mhux normali, jew jekk il-ħsara taffettwa ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

(b) Ir-referenzi kollha għall-ħinijiet speċifiċi f'dan l-Appendiċi huma għall-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-Central European Time (CET ( 25 )).

2.    Miżuri ta' kontinwità tas-servizz

(a) Fil-każ li jiġri xi każ estern mhux normali u/jew ikun hemm ħsara fl-SSP, il-Pjattaforma T2S jew il-fornitur tas-servizz tan-netwerk li taffettwa l-operazzjoni normali ta' TARGET2, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkun intitolat li jadotta miżuri ta' kontinwità tas-servizz.

(b) Il-miżuri prinċipali tal-kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-SSP

(i) ir-riallokazzjoni tal-operazzjoni tal-SSP għal sit alternattiv;

(ii) il-bidla fis-siegħat tal-operazzjoni tal-SSP;

(iii) il-bidu ta' pproċessar ta' kontinġenza ta' ordnijiet ta' ħlas kritiċi ħafna u kritiċi, kif iddefinit fil-paragrafu 6(c) u (d) tal-Appendiċi IV tal-Anness II.

(c) Il-miżuri prinċipali tal-kontinwità tas-servizz u ta' kontinġenza li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Pjattaforma T2S:

(i) ir-riallokazzjoni tal-operazzjoni tal-Pjattaforma T2S għal sit alternattiv;

(ii) l-iskedar mill-ġdid ta' każijiet fil-jum ta' ħlas T2S.

(d) Fir-rigward tal-miżuri tal-ipproċessar tal-kontinwità tas-servizz, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa fir-rigward ta' x'miżuri għandu jadotta.

3.    Komunikazzjoni dwar inċident

(a) Informazzjoni dwar ħsara ta' TARGET2 u/jew każ estern mhux normali għandha tiġi kkomunikata lil ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni domestiċi, l-ICM, it-T2S GUI u s-sistema ta' informazzjoni T2S kif iddefinit fit-T2S UDSF. B'mod partikolari, il-komunikazzjonijiet lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(i) deskrizzjoni tal-każ;

(ii) id-dewmien antiċipat fl-ipproċessar (jekk ikun magħruf);

(iii) informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu.

(b) Barra minn dan, il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jinnotifika lid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ dwar kull każ ieħor eżistenti jew antiċipat li jkollu l-potenzjal li jaffettwa l-operazzjoni normali ta' TARGET2.

4.    Rijallokazzjoni tal-operazzjoni tal-SSP u/jew il-Pjattaforma T2S għal sit alternattiv

(a) Fil-każ li jiġri xi wieħed mill-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2(a), l-operazzjoni tal-SSP u/jew tal-Pjattaforma T2S tista' tiġi riallokata għal sit alternattiv, jew fl-istess reġjun jew f'reġjun ieħor.

(b) Fil-każ li l-operazzjoni tal-Pjattaforma T2S tiġi riallokata f'reġjun ieħor, id- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ għandhom (i) jastjenu milli jibagħtu struzzjonijiet ġodda lill-Pjattaforma T2S u (ii) fuq talba ta' [daħħal isem il-BĊ] jagħmlu rikonċiljazzjoni u jissottomettu mill-ġdid kull struzzjoni identifikata bħala nieqsa mibgħuta f'massimu ta' ħames minuti qabel il-ħin tal-ħsara jew li jiġri każ estern mhux normali u jipprovdu l-[daħħal isem il-BĊ] bl-informazzjoni rilevanti kollha f'dan ir-rigward.

5.    Bidla fis-sigħat tax-xogħol

(a) L-ipproċessar ta' binhar ta' TARGET2 jista' jiġi estiż, jew jista' jiddewwem il-ħin tal-ftuħ ta' jum ta' negozju ġdid. Matul kull ħin ta' operazzjoni estiż ta' TARGET2, ordnijiet ta' ħlas għandhom jiġu pproċessati skont dan l-Appendiċi.

(b) L-ipproċessar ta' binhar ta' TARGET2 jista' jiġi estiż u għalhekk jiddewwem il-ħin tal-għeluq jekk tkun seħħet xi ħsara fil-Pjattaforma T2S jew fl-SSP matul il-jum imma tkun ġiet solvuta qabel is-18.00. Dan id-dewmien fil-ħin tal-għeluq ma għandux, f'ċirkostanzi normali, jeċċedi sagħtejn u għandu jitħabbar lid- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄ kmieni kemm jista' jkun. Ladarba jitħabbar dan id-dewmien, ma jkunx possibbli li jiġi rtirat.

6.    Nuqqasijiet marbutin mad- ►M6  detenturi ta' T2S DCA ◄

(a) Fil-każ li ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jkollu problema li żżommu milli jħallas ordnijiet ta' ħlas f'TARGET2 [daħħal isem il-BĊ/referenza tal-pajjiż], tkun ir-responsabbiltà tiegħu li jsolvi l-problema.

(b) Fil-każ li ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jibgħat bla mistenni numru ta' messaġġi li jkun ogħla min-normal, li jheddu l-istabbiltà tal-Pjattaforma T2S, u ma jiqafx, wara talba ta' [daħħal isem il-BĊ], minn dan l-aġir minnufih, il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jimblokka mill-Pjattaforma T2S kull messaġġ ieħor sottomess minn dan id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

7.    Dispożizzjonijiet oħrajn

(a) Fil-każ ta' ħsara ta' [daħħal isem il-BĊ], xi wħud minn jew il-funzjonijiet kollha tekniċi tiegħu fir-rigward ta' TARGET2-[daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] jistgħu jitwettqu minn BĊi oħra tal-Eurosistema.

▼M4

(b) Il-[daħħal isem il-BĊ] jista' jitlob li d- ►M6  detenturi T2S DCA ◄ jipparteċipaw f'ittestjar regolari jew ad hoc ta' miżuri ta' kontinwità tas-servizz u ta' pproċessar ta' kontinġenza, f'taħriġ jew f'kull arranġament preventiv ieħor, kif jitqies meħtieġ minn [daħħal isem il-BĊ]. L-ispejjeż kollha li d- ►M6  detenturi T2S DCA ◄ jkollhom b'riżultat ta' dan l-ittestjar jew arranġamenti oħra għandhom jitħallsu mid- ►M6  detenturi T2S DCA ◄ .

▼M3




Appendiċi V

SKEDA OPERATTIVA

1. TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief is-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta' Mejju, il-25 ta' Diċembru u s-26 ta' Diċembru.

2. Il-ħin ta' referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri s-CET ( 26 ).

3. Il-jum ta' negozju kurrenti jinfetaħ filgħaxija tal-jum ta' negozju ta' qabel u jopera skont l-iskeda stabbilita fis-Sett ta' Dokumenti li Jiddefinixxu l-Ambitu tat-T2S.

4. Il-Pjattaforma T2S hija disponibbli għall-modalità U2 A u A2 A matul il-jum kollu ta' ħlas, ħlief matul il-perijodu ta' manutenzjoni teknika mit-03:00 sal-05:00. Matul il-perijodu ta' manutenzjoni teknika l-messaġġi mibgħuta bl-użu tal-modalità A2 A jitpoġġew fi kju. Ma jkunx possibbli li jintbagħtu messaġġi permezz tal-modalità U2 A.

5. Is-sigħat ta' operazzjoni jistgħu jinbidlu fil-każ li l-miżuri ta' kontinwità tas-servizz jiġu adottati skont il-paragrafu 2 tal-Appendiċi IV.

6. Fit-tabella li ġejja tingħata ħarsa ġenerali lejn il-ħinijiet ta' operazzjoni u ta' każijiet sinjifikanti tan-negozju:



Skeda SSP

Skeda T2S

(applikabbli għal ►M6  T2S DCAs ◄ )

Ħin

Deskrizzjoni

Ħin

Deskrizzjoni

18:45 – 19:00 (1)

Ipproċessar tal-bidu tal-jum

(jintbagħtu fajls GL ftit wara s-18:45)

18:45 – 20:00

Bidu tal-jum:

— Bidla tad-data ta' negozju

— Skadenza għall-aċċettazzjoni ta' dejta feeds CMS (19:00)

— Preparazzjoni tal-ħlas ta' matul il-lejl

19:00 – 9:30 (1)

Ħlas ta' matul il-lejl: provvediment ta' likwidità minn SF lil HAM u PM; minn HAM lil PM u minn PM lil ►M6  T2S DCA ◄ .

20:00 – 03:00

Ħlas ta' matul il-lejl:

— L-ewwel ċiklu ta' ħlas ta matul il-lejl

— L-aħħar ċiklu ta' ħlas ta' matul il-lejl (is-Sekwenza X tinkludi l-ħlas parzjali ta' struzzjonijiet ta' ħlas mhux imħallsa eliġibbli għal ħlas parzjali li ma jkunux ġew saldati minħabba nuqqas ta' titoli; Is-Sekwenza Y tinkludi r-rimbors ta' fornituri multipli ta' likwidità fit-tmiem taċ-ċiklu)

19:30 (1) – 22:00

Ħlas ta' matul il-lejl (NTS1):

— Messaġġ tal-bidu tal-proċedura;

— Twarrib ta' likwidità fuq il-bażi ta' ordnijiet permanenti għal proċessar ta' matul il-lejlproċedura ta' sistema anċillari ta' ħlas 6 u T2S)

 

22:00 – 01:00

Tieqa ta' manutenzjoni teknika (2)

03:00 – 05:00

Tieqa ta' manutenzjoni teknika (3)

01:00 – 06:45

Ipproċessar ta' matul il-lejl (proċedura ta' sistema anċillari ta' ħlas 6 u T2S)

05:00 – 18:00

Negozju ta' matul il-jum/ħlas ta' dak il-ħin stess (4):

— Tħejjija għal ħlas dak il-ħin stess (4)

— Twieqi ta' ħlas parzjali fl- 14:00 u 15:45 (5) (għal 15-il minuta

— 16:00: DvP punt ta' qtugħ

— 16:30: Rimbors ta' awto-kollateralizzazzjoni awtomatiku, segwit mill-knis awtomatiku ta' flus

— 17:40: Punt ta' qtugħ għal operazzjonijiet ta' ġestjoni tat-teżor miftiehma bilateralment (BATM) u operazzjonijiet tal-bank ċentrali (CBO)

— 17:45: punt ta' qtugħ ta' trasferiment ta' likwidità 'il ġewwa

— Knis ta' kontanti awtomatiku wara 17:45

— 18:00: punt ta' qtugħ FOP

06:45 – 07:00

Tieqa tan-negozju biex jitħejjew operazzjonijiet ta' matul il-jum

 

 

07:00 – 18:00

Fażi tan-negozju ta' matul il-jum:

— 17:00: Punt ta' qtugħ għal ħlasijiet tal-konsumaturi

— 17:45: punt ta' qtugħ għal trasferimenti ta' likwidità lil ►M6  T2S DCAs ◄

— 18:00: Punt ta' qtugħ għal ħlasijiet bejn banek u trasferimenti ta' likwidità 'l ġewwa minn ►M6  T2S DCAs ◄

 

 

18:00 – 18:45

— 18:15 (1): Punt ta' qtugħ għall-użu ta' faċilitajiet permanenti

— Dejta meħtieġa għall-aġġornament tas-sistema tal-kontabilità hija disponibbli għal banek ċentrali, ftit wara 18:30

— 18:40 (1): Punt ta' qtugħ għall-użu ta' tislif marġinali (BĊNi biss)

— Ipproċessar ta' tmiem il-jum

18:00 – 18:45

— Tmiem tal-ipproċessar ta' ħlas T2S

— Reċiklar u tindif

— Rapportar u dikjarazzjonijiet tal-aħħar tal-jum

Not għat-tabella:

(1) Żid 15-il minuta fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni tar-riżerva.

(2) Fi tmiem il-ġimgħa jew fi btala, it-tieqa teknika ddum matul tmiem il-ġimgħa jew il-btala, jiġifieri mill-22:00 tal-Ġimgħa sas-1:00 tat-Tnejn jew, fil-każ ta' btala, mill-22:00 fl-aħħar jum tan-negozju sas-1:00 fil-jum tan-negozju li jmiss.

(3) Fi tmiem il-ġimgħa jew fi btala, it-tieqa teknika ddum matul tmiem il-ġimgħa jew il-btala, jiġifieri mit-03:00 a.m. tas-Sibt sal-05.:00am tat-Tnejn jew, fil-każ ta' btala, mit-03:00 a.m. fil-btala sal-05:00 a.m. fil-jum tan-negozju ta' wara.

(4) It-tħejjija għall-ħlas ta' dak il-ħin stess u l-ħlas ta' dak il-ħin stess jistgħu jibdew qabel it-tieqa ta' manutenzjoni jekk l-aħħar ċiklu ta' ħlas ta' billejl jintemm qabel 03:00 am.

(5) Kull tieqa ta' ħlas parzjali ddum 15-il minuta. Il-ħlas parzjali japplika għal struzzjonijiet ta' ħlas mhux imħallsa eliġibbli għal ħlas parzjali u li ma jkunux setgħu jiġu saldati minħabba nuqqas ta' titoli.

▼M6

7. Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma T2S għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u s-Sistema tat-Tagħrif tat-Titoli TARGET2 rispettivament fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. L-informazzjoni dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma T2S fuq T2IS, TARGET2-Securities Information System u l-websajt tal-BĊE għandhom jiġu aġġornati biss matul il-ħinijiet normali tax-xogħol.

▼M4




Appendiċi VI

SKEDA TAD-DRITTIJIET

Drittijiet għal servizzi T2S

Id-drittijiet li ġejjin għal servizzi T2S konnessi mad- ►M6  T2S DCAs ◄ għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kont PM Ewlieni:



Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu:

▼M7

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

Għal kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 għal kull ċenteżmu ta’ euro

Għal kull tranżazzjoni

▼M4

Servizzi tal-informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull partita fi kwalunkwe rapport A2 A ġġenerat

Mistoqsijiet A2 A

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar A2 A ġġenerata

Mistoqsijiet U2 A

10 euro ċenteżmi

Għal kull funzjoni tat-tiftix eżegwita

Mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7 euro ċenteżmi

Għal kull partita tan-negozju mistoqsija fi kwalunkwe mistoqsija dwar U2 A ġġenerata u mniżżla

Messaġġi marbura f'fajl

0,4 euro ċenteżmi

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2 euro ċenteżmi

Kull trażmissjoni

▼M6




ANNESS IIb

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI GĦALL-FTUĦ U T-TĦADDIM TA' KONT TA' FLUS DEDIKAT TAT-TIPS (TIPS DCA) FIT-TARGET2



TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Ghall-finijiet ta' dawn il-Kundizzjonijiet Armonizzati (iktar 'il quddiem il-“Kundizzjonijiet”), japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

 “sistema anċillari” tfisser sistema ġestita minn entità stabbilita fl-Unjoni Ewropea jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li hija soġġetta għal superviżjoni u/jew sorveljanza minn awtorità kompetenti u tikkonforma mar-rekwiżiti ta' sorveljanza għal-lokazzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE ( 27 ), li fiha ħlasijiet u/jew strumenti finanzjarji jiġu skambjati u/jew ikklerjati jew irrekordjati jew (a) bl-obbligi monetarji ssaldati fit-TARGET2 u/jew (b) fondi miżmuma fit-TARGET2, b'konformità mal-Linja Gwida BĊE/2012/27 u ma' ftehim bilaterali bejn is-sistema anċillari u l-BĊ relevanti tal-Eurosistema;

 “Utent ta' kont awtorizzat” tfisser entità li: (a) iżomm Kodiċi tal-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC); (b) hija rreġistrata bħala tali minn detentur TIPS DCA; u (c) huwa indirizzabbli permezz tal-Pjattaforma TIPS għas-saldu ta' pagamenti istantanji,

 “Kodiċi għall-Identifikazzjoni ta' Negozju (BIC)” tfisser kodiċi kif definit mill-Istandard ISO Nru 9362,

 “fergħa” tfisser fergħa kif definita fil-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013,

 “jum ta' negozju” jew “jum ta' negozju tat-TARGET 2” tfisser kwalunkwe jum li fih it-TARGET2 huwa miftuħ għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas kif stipulat f'Appendiċi V tal-Anness III,

 “opinjoni dwar il-kapaċità” tfisser opinjoni speċifika għal parteċipant li fiha valutazzjoni tal-kapaċità legali ta' parteċipant li jikkonkludi jew jeżegwixxi l-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet,

 “banek centrali (BCi)” tfisser il-BCi tal-Eurosistema u l-BCi konnessi,

 “bilanċ tal-memorandum ta' kreditu (CMB)” tfisser limitu stabbilit mid-detentur TIPS DCA għall-użu ta' likwidità fuq it-TIPS DCA minn parti li tista' tintlaħaq speċifika,

 “BC konness” tfisser bank centrali nazzjonali (BCN), minbarra BC tal-Eurosistema, li huwa konness mat-TARGET2 skont ftehim specifiku'

 “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu skont it-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4 (1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 [u, jekk rilevanti, daħħal dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għal superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra skont it-tifsira tal-Artikolu 123 (2) tat-Trattat li hija soġġetta għal skrutinju ta' standard komparabbli mas-superviżjoni minn awtorità kompetenti,

 “faċilità ta' depożitu” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista' tintuża minn kontropartijiet biex jagħmlu depożiti matul il-lejl ma' BĊN bir-rata ta' depożitu speċifikata minn qabel;

 “rata ta' faċilità ta' depożitu” tfisser rata ta' mgħax applikabbli għall-faċilità ta' depożitu,

 “Kont ta' Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għall-provvista ta' servizzi ta' ħlas immedjat lill-klijenti tagħha,

 “Kont ta' Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u użat għall-ħlasijiet fi flus kontanti fir-rigward tas-saldu tat-titoli fit-T2S,

 “BĊN taż-żona tal-euro” tfisser il-BĊN ta' Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro;

 “BĊ tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE jew BĊN taż-żona tal-euro,

 “każ ta' inadempjenza” tfisser każ imminenti jew eżistenti, li meta jiġri jista' jhedded it-twettiq minn parteċipant tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet jew kwalunkwe regoli oħrajn li japplikaw għar-relazzjoni bejn dak il-parteċipant u l-[daħħal isem il-BĊ] jew kull BĊ ieħor, inkluż:

 

(a) fejn il-partecipant m'ghadux jissodisfa l-kriterji tal-access stabbiliti fl-Artikolu 5 jew ir-rekwiżiti preskritti fl-Artikolu 6(1)(a)(i) jew l-Artikolu 6(1)(b)(iii);

(b) il-ftuh ta' proceduri ta' insolvenza b'rabta mal-parteċipant;

(c) is-sottomissjoni ta' applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fil-punt (b),

(d) il-ħruġ mill-parteċipant ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tiegħu li jħallas id-djun kollha tiegħu jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw b'rabta ma' kreditu limitat intraday;

(e) id-dħul tal-parteċipant fi ftehim ġenerali volontarju jew arranġament mal-kredituri tiegħu;

(f) fejn il-parteċipant huwa, jew huwa meqjus mill-BĊ tiegħu bħala, insolventi jew mhux kapaċi jħallas id-djun tiegħu;

(g) fejn il-bilanċ ta' kreditu tal-parteċipant fuq il-kont TIPS DCA, PM tiegħu jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta' iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-parteċipant;

(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-parteċipant f'sistema ta' komponent tat-TARGET2 oħra u/jew f'sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i) fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni pre-kontrattwali magħmula mill-parteċipant jew li huwa implikat li saret mill-parteċipant taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera;

(j) l-assenjazzjoni tal-attiv kollu tal-parteċipant jew parti sostanzjali minnu,

 “Modulu ta' Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu tal-SSP li jippermetti lid-detenturi TIPS DCA li għandhom ukoll kont tal-PM Marbut biex jikseb informazzjoni onlajn u jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu l-PM lill-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil ordnijiet ta' trasferiment PM, u biex jiġġestixxu l-likwidità,

 “TIPS GUI” tfisser il-modulu fuq il-Pjattaforma TIPS li tippermetti lid-detenturi TIPS DCA li jiksbu informazzjoni onlajn u jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM,

 “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

 “Parti li tista' tintlaħaq” tfisser entità li: (a) jkollha BIC; (b) hija nominata bħala tali minn detentur TIPS DCA; (c) hija korrispondent, klijent jew fergħa ta' detentur TIPS DCA; u (d) hija indirizzabbli permezz tal-Pjattaforma TIPS u tista' tissottometti ordnijiet ta' ħlas u tirċievi ordnijiet ta' ħlas jew permezz tad-detentur TIPS DCA jew, jekk hekk awtorizzat mid-detentur TIPS DCA, direttament,

 “parti li tagħti struzzjonijiet” tfisser entità li ġiet nominata bħala tali minn detentur TIPS DCA u li hija permessa tibgħat ordnijiet ta' ħlas lill-Pjattaforma TIPS u/jew tirċievi ordnijiet ta' ħlas mill-Pjattaforma TIPS f'isem dak id-detentur TIPS DCA jew aċċessibbli parti ta' dak id-detentur TIPS DCA,

 “Proċedimenti ta' insolvenza” tfisser proċedimenti ta' falliment skont it-tifsira tal-Artikolu 2 (j) tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ),

 “Ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment skont it-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta ta' investiment inkwistjoni hija:

 

(a) awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, li tkun ġiet indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/UE; u

(b) tkun intitolata li twettaq attivitajiet msemmija taħt [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw il-partiti 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE],

 “Ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifikat ta' fondi minn kont PM lil TIPS DCA,

 “Ordni tat-trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM” tfisser l-istruzzjoni biex jiġi ttrasferit ammont speċifiku ta' fondi minn TIPS DCA lil kont PM,

 “faċilità ta' self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista' tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu mil-lum għal għada mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta' self marġinali speċifikata minn qabel;

 “Kont PM Marbut” tfisser il-kont PM li miegħu TIPS DCA huwa assoċjat għall-iskop tal-ġestjoni tal-likwidità u l-ħlas tat-tariffi TIPS,

 “Fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS” tfisser impriża li: (a) tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa biex tgħaqqad u stabbiliet konnessjoni teknika mal-Pjattaforma TIPS skont ir-regoli u l-proċeduri stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V; u (b) iffirmat it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS li huma disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE,

 “Parteċipant” [jew “parteċipant dirett”] tfisser entità li għandha mill-inqas TIPS DCA (detentur TIPS DCA) u/jew kont PM wieħed (detentur tal-kont PM) u/jew T2S DCA wieħed (detentur T2S DCA) ma' BĊ tal-Eurosistema,

 “min jitħallas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 30 ta' dan l-Anness, ifisser detentur TIPS DCA li t-TIPS DCA tiegħu se jiġi kkreditat bħala riżultat ta' ordni ta' ħlas li tkun ġiet issaldata,

 “min jagħmel il-ħlas”, ħlief fejn użat fl-Artikolu 30 ta' dan l-Anness, ifisser detentur TIPS DCA li t-TIPS DCA tiegħu jiġi ddebitat minħabba saldu ta' ordni ta' ħlas,

 “ordni ta' ħlas”, ħlief fejn jintuża fl-Artikoli 16 sa 18 ta' dan l-Anness, tfisser ordni ta' ħlas istantanju, tweġiba pożittiva għal irtirar, ordni ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA jew ordni ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM,

 “ordni ta' ħlas istantanju” tfisser, f'konformità mal-iskema ta' Trasferiment ta' Kreditu Istantanju SEPA (SCT Inst) tal-Kunsill Ewropew, struzzjoni ta' ħlas li tista' tiġi eżegwita 24 siegħa kuljum kull ġurnata kalendarja tas-sena, b'ipproċessar immedjat jew qrib immedjat u notifika lil min iħallas,

 “Rikjesta għall-irtirar” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, messaġġ minn detentur TIPS DCA li jitlob rimborż ta' ordni ta' ħlas istantanju stabbilit,

 “Tweġiba għall-irtirar pożittiv” tfisser, f'konformità mal-iskema SCT Inst, ordni ta' ħlas mibdija mir-riċevitur ta' rikjesta għall-irtirar, b'risposta għal rikjesta għall-irtirar, għall-benefiċċju tal-mittent ta' dik ir-rikjesta għall-irtirar,

 “Entità tas-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is- “settur pubbliku”, it-terminu tal--aħħar kif iddefinit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 3603/93,

 “Pjattaforma Komuni Unika (SSP)” tfisser l-infrastruttura tal-pjattaforma teknika unika pprovduta mil-BĊNi li jipprovdu l-SSP,

 “Pjattaforma TIPS” tfisser l-infrastruttura unika ta' pjattaforma teknika pprovduta mill-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS,

 “BĊNi li jipprovdu SSP” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-SSP għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS” tfisser id-Deutsche Bundesbank, il-Banco de España, il-Banque de France u l-Banca d'Italia fil-kapaċità tagħhom bħala l-BĊi li jibnu u jħaddmu l-Pjattaforma TIPS għall-benefiċċju tal-Eurosistema,

 “Servizz ta' Saldu ta' Ħlas Istantanju TARGET (TIPS)” tfisser is-saldu fi flus tal-bank ċentrali ta' ordnijiet ta' ħlas istantanji fuq il-Pjattaforma TIPS,

 “formula għall-ġbir tad-dejta statika” tfisser formula żviluppata minn [daħħal isem il-BĊ] għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tal-applikanti ta' detenturi TIPS DCA għal servizzi tat-TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] u jiġi rreġistrat kwalunkwe tibdil għall-provvista ta' dawn is-servizzi,

 “sospensjoni” tfisser l-iffriżar temporanju tad-drittijiet u l-obbligi ta' parteċipant għal perijodu ta' żmien li jiġi ddeterminat minn [daħħal l-isem tal-BĊ],

 “TARGET2-[daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż]” tfisser is-sistemi komponenti TARGET2 [daħħal isem il-BĊ],

 “TARGET2” tfisser dak kollu li jirriżulta mis-sistemi komponenti kollha tat-TARGET2 tal-BĊi,

 “sistema komponenti tat-TARGET2” tfisser kwalunkwe sistema real-time gross settlement (RTGS) ta' wieħed mill-BCi tal-Eurosistema li tifforma parti mit-TARGET2,

 “parteċipant tat-TARGET2” tfisser kull parteċipant f'kwalunkwe sistema ta' komponent TARGET2,

 “nuqqas ta' funzjonament tekniku tat-TARGET2” tfisser kull diffikultà, difett jew nuqqas fl-infrastruttura teknika u/jew is-sistemi tal-kompjuter użati mit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], jew kwalunkwe avveniment ieħor li jagħmilha impossibbli li jiġu eżegwiti ħlasijiet fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż],

 “TIPS Isem Distint (TIPS DN)” tfisser l-indirizz tan-netwerk għall-Pjattaforma TIPS li għandha tkun inkluża fil-messaġġi kollha maħsuba għas-sistema,

 “Speċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS)” tfisser l-aktar verżjoni aġġornata tal-UDFS, li hija d-dokumentazzjoni teknika li tispjega fid-dettall kif detentur TIPS DCA jinteraġixxi mat-TARGET2,

 “Kont Domestiku” tfisser kont miftuħ barra l-PM minn BCN taż-żona tal-euro għal entità li hija eliġibbli biex issir partecipant,

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Il-Kundizzjonijiet preżenti jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti u d-detentur TIPS DCA tiegħu fir-rigward tal-ftuħ u l-operat tat-TIPS DCA.

Artikolu 3

Appendiċijiet

1.  L-Appendiċijiet li ġejjin jifformaw parti integrali minn dawn il-Kundizzjjonijiet:

Appendiċi I: Parametri tat-TIPS DCA - Speċifikazzjonijiet Tekniċi

Appendiċi II Termini ta' referenza għall-opinjonijiet ta' kapaċità u dawk nazzjonali

Appendiċi III Skeda operattiva

Appendiċi IV: Skeda tat-tariffa

Appendiċi V: Rekwiżiti tekniċi ta' konnettività TIPS

2.  Fil-każ ta' kwalunkwe kunflitt jew inkonsistenza bejn il-kontenut ta' kwalunkwe appendiċi u l-kontenut ta' kull dispożizzjoni oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet, dan tal-aħħar għandu jiddomina.

Artikolu 4

Deskrizzjoni ġenerali tat-TARGET2

1.  TARGET2 jipprovdi ħlas gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs għall-fini ta' tranżazzjonijiet ta' titoli u T2S DCAs għall-iskop ta' pagamenti istantanji.

2.  It-tranżazzjonijiet li ġejjin huma pproċessati fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]:

(a) tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn jew li jsiru b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema;

(b) saldu tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;

(c) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir transkonfinali

(d) saldu ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika;

(e) ħlas tal-parti tal-flus kontanti ta' tranżazzjonijiet ta' titoli;

(f) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil T2S DCA, ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità T2S DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità PM lil T2S DCA;

(g) Ordni ta' ħlas istantanju;

(h) Tweġiba negattiva għall-irtirar;

(i) Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA; u

(j) kull ordni ta' ħlas ieħor f'euro indirizzat lil parteċipanti tat-TARGET2.

3.  TARGET2 jipprovdi saldu gross f'ħin reali għal ħlasijiet f'euro, b'saldu fi flus tal-bank ċentrali f'kontijiet PM, T2S DCAs u TIPS DCAs. TARGET2 huwa stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-SSP, li permezz tagħha l-ordnijiet ta' ħlas kollha jiġu ppreżentati u pproċessati u li permezz tagħha l-ħlasijiet jiġu fl-aħħar mill-aħħar irċevuti bl-istess mod tekniku. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-TIPS DCAs, it-TARGET2 huwa stabbilit teknikament u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma TIPS. F'dak li għandu x'jaqsam mal-operat tekniku tat-T2S DCAs, it-TARGET2 huwa teknikament stabbilit u jiffunzjona fuq il-bażi tal-Pjattaforma T2S.

4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BCi li jipprovdu Pjattaforma TIPS ghandhom ikunu kkunsidrati bhala azzjonijiet u ommissjonijiet ta' [daħħal l-isem tal-BC], li ghalihom ghandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 23 ta' dan l-Anness. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex tohloq relazzjoni kuntrattwali bejn id-detenturi TIPS DCA u l-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS meta kwalunkwe wieħed minn dawn tal-aħħar jagixxi f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li detentur TIPS DCA jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP jew Pjattaforma TIPS b'rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibgħuta lil, [daħħal l-isem tal-BĊ].

5.  It-TARGET2 hija strutturata legalment bħala multipliċità ta' sistemi ta' ħlas, fejn is-sistemi komponenti tat-TARGET2, li huma imsemmija bħala “sistemi” taħt il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 98/26/KE. It-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] hija indikata bħala “sistema” skont [daħħal id-dispożizzjoni legali rilevanti li timplimenta d-Direttiva 98/26/KE].

6.  Il-parteċipazzjoni fit-TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent tat-TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu d-drittijiet u l-obbligi lejn xulxin tal-parteċipanti fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas taħt dawn il-Kundizzjonijiet (Titolu IV u Appendiċi I) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew pagamenti riċevuti minn kwalunkwe detentur TIPS DCA.



TITOLU II

IL-PARTECIPAZZJONI

Artikolu 5

Il-kriterji tal-għażla

1.  It-tipi ta' entitajiet li ġejjin huma eliġibbli biex isiru detentur TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż]:

(a) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

(b) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(c) BCNi ta' Stati Membri u l-BCE,

sakemm l-entitajiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) mhumiex soġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, mhijiex kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel tat-TARGET2.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista', fid-diskrezzjoni tiegħu, idaħħal ukoll l-entitajiet li ġejjin detenturi TIPS DCA:

▼M7

(a) id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri;

▼M6

(b) korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

▼M7

(c)

 

(i) ditti ta’ investiment stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, inkluż meta jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE; u

(ii) ditti ta’ investiment stabbiliti barra ż-ŻEE, sakemm jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE;

▼M6

(d) entitajiet li jiġġestixxu sistemi anċillari u li jaġixxu f'dik il-kapaċità; u

(e) istituzzjonijiet ta' kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati fil-punti (a) sa (d), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f'pajjiż li miegħu l-Unjoni daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta' ħlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u sakemm is-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġislazzjoni relevanti tal-Unjoni.

3.  L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, fis-sens ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 29 )], ma humiex intitolati jipparteċipaw fit-TARGET2 daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż].

Artikolu 6

Proċedura tal-applikazzjoni

1.  Sabiex [daħħal l-isem tal-BĊ] tiftaħ TIPS DCA għal entità, tali entità għandha tikkonforma mal-kriterji ta' aċċess tad-dispożizzjonijiet ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] li timplimenta l-Artikolu 5 u għandha:

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(i) jinstallaw, jamministraw, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT meħtieġa biex jaqbdu mal-Pjattaforma TIPS u jdaħħlu ordnijiet ta' ħlas fiha. Meta jagħmlu hekk, id-detenturi TIPS DCA jistgħu jinvolvu lil terzi partijiet, imma jibqgħu unikament responsabbli. B'mod partikolari, id-detenturi ta' TICS DCA għandhom jidħlu fi ftehim ma' fornitur tas-servizz TIPS wieħed jew aktar biex jiksbu l-konnessjoni u l-ammissjonijiet meħtieġa, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rekwiżiti fl-Appendiċijiet I u V; u

(ii) għaddew mit-testijiet meħtieġa minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; u

(b) jissodisfaw ir-rekwiziti teknici li gejjin:

(i) jagħtu opinjoni ta' kapaċità fil-forma speċifikata fl-Appendiċi II, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet biex jingħataw f'din l-opinjoni ta' kapaċita ikunu diġà ġew mogħtija minn [daħħal l-isem tal-BĊ] f'kuntest ieħor;

▼M7

(ii) għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti ta’ investiment stabbiliti barra miż-ŻEE, li jaġixxu permezz ta’ fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE, jipprovdu opinjoni nazzjonali fil-forma speċifikata fl-Appendiċi II, sakemm l-informazzjoni u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jiġu provduti f’dik l-opinjoni nazzjonali jkunu diġà nkisbu mill-[daħħal l-isem tal-BĊ] f’kuntest ieħor; u

▼M6

(iii) aderixxew għall-iskema SCT Inst billi ffirmaw il-Ftehim ta' Adozzjoni tat-Trasferiment ta' Kreditu istantanju SEPA.

2.  L-entitajiet li jixtiequ jiftħu TIPS DCA għandhom japplikaw bil-miktub lil [daħħal l-isem tal-BĊ], bħala minimu jehmżu l-informazzjoni/dokumenti li ġejjin:

(a) formoli kompluti ta' ġbir ta' dejta statika kif ipprovduti minn [daħħal l-isem tal-BĊ],

(b) l-opinjoni tal-kapaċità, jekk meħtieġ minn [daħħal l-isem tal-BĊ];

(c) l-opinjoni tal-pajjiż, jekk meħtieġ minn [daħħal l-isem tal-BĊ]; u

(d) evidenza tal-aderenza tagħhom mal-iskema SCT Inst.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' wkoll jitlob kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li jidhirlu meħtieġa biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni biex jiftaħ TIPS DCA.

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni biex jiftaħ TIPS DCA jekk:

(a) ma jiġux sodisfatti l-kriterji ta' aċċess imsemmija fl-Artikolu 5;

(b) ma jiġux sodisfatti waħda jew iżjed mill-kriterji ta' parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 1; u/jew

(c) fil-valutazzjoni [daħħal l-isem tal-BĊ], il-ftuħ ta' TIPS DCA jipperikola l-istabbiltà, is-sodezza u s-sigurtà ġenerali tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] jew ta' xi sistema oħra ta' komponent tat-TARGET2 jew tipperikola [daħħal l-isem tal-BĊ] tal-kompiti tiegħu kif deskritti fi [irreferi għad-dritt nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew joħloq riskji fuq il-bażi ta' prudenza.

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni biex tiftaħ it-TIPS DAC lill-applikant detentur TIPS DCA fi żmien xahar mill-wasla ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]. Meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jitlob aktar informazzjoni bis-saħħa tal-paragrafu 3, id-deċiżjoni għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar minn meta l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jirċievi din l-informazzjoni mingħand l-applikant detentur TIPS DCA. Kull deċiżjoni ta' ċaħda għandha tinkludi raġunijiet għal dik iċ-ċaħda.

Artikolu 7

Detenturi TIPS DCA

1.  Il-proprjetarji tat-TIPS DCA fit-TARGET2 [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jkollhom tal-anqas kont TIPS DCA wieħed ma' [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.  Sabiex jintbagħtu messaġġi lill-Pjattaforma TIPS, id-detenturi TIPS DCA jista' jkollhom aċċess għall-Pjattaforma TIPS,

(a) direttament, u/jew

(b) bl-użu ta' parti waħda jew aktar ta' struzzjoni.

Għal dawn iż-żewġ metodi ta' aċċess, id-detentur TIPS DCA għandu juża TIPS DNs wieħed jew aktar.

3.  Sabiex tirċievi messaġġi mill-Pjattaforma TIPS, id-detenturi TIPS DCA għandu jkollhom aċċess għall-Pjattaforma TIPS,

(a) direttament; jew

(b) bl-użu ta' parti waħda li tagħti struzzjonijiet.

Għaż-żewġ metodi ta' aċċess, id-detentur TIPS DCA għandu juża TIPS DN wieħed biex jirċievi ordnijiet ta' ħlas immedjati.

4.  Jekk id-detentur tat-TIPS DAC jagħżel li jinteraġixxi mal-Pjattaforma TIPS permezz ta' parti li tagħti l-istruzzjonijiet, kif stabbilit fil-paragrafi 2 u 3, il-messaġġi rċevuti jew mibgħuta permezz tal-parti li tagħti l-istruzzjonijiet jitqiesu li ġew riċevuti minn jew mibgħuta lid-detentur TIPS DCA. Id-detentur TIPS DCA għandu jkun marbut b'dawn l-azzjonijiet, irrispettivament mill-kontenut jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-arranġamenti kuntrattwali jew arranġamenti oħra bejn dak id-detentur TIPS DCA u kwalunkwe parti li tagħti struzzjonijiet indikata nominata.

Artikolu 8

Partijiet li jistgħu jintlaħqu

1.  Id-detenturi TIPS DCA jistgħu jinnominaw waħda jew aktar partijiet li jistgħu jintlaħqu. Partijiet li jistgħu jintlaħqu jridu jkunu aderixxew għall-iskema SCT Inst u ffirmaw il-Ftehim SEPA dwar l-Adozzjoni tat-Trasferiment ta' Kreditu Istantanju.

2.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jipprovdu evidenza li [daħħal l-isem tal-BĊ] ta' kull aderenza tal-parti li tista' tintlaħaq nominata għall-iskema SCT Inst.

3.  detentur TIPS DCA għandu jinforma [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk xi parti nominata magħżula ma tibqax iżżomm mal-iskema SCT Inst u għandha, mingħajr dewmien żejjed, tieħu passi biex tipprevjeni lill-parti li tista' tintlaħaq milli taċċessa t-TIPS DCA.

4.  Id-detentur TIPS DCA jista' jinnomina waħda jew aktar partijiet li jagħtu struzzjonijiet għall-partijiet li jistgħu jintlaħqu magħżula tiegħu.

5.  Jekk detentur TIPS DCA jindika waħda jew aktar partijiet li jistgħu jintlaħqu u/jew parti waħda jew aktar li jagħtu struzzjoni skont il-paragrafi 1 jew 4, rispettivament, messaġġi riċevuti minn dawn il-partijiet li jistgħu jintlaħqu jew, jekk applikabbli, permezz ta' dawn il-partijiet li jagħtu struzzjonijiet jitqiesu li ġew riċevuti mid-detentur TIPS DCA. Bl-istess mod, il-messaġġi mibgħuta lil dawn il-partijiet li jintlaħqu jew, jekk applikabbli, permezz ta' dawn il-partijiet li jagħtu struzzjonijiet jitqiesu li ntbagħtu lid-Detentur TIPS DCA. Id-detentur TIPS DCA għandu jkun marbut b'dawn l-azzjonijiet, irrispettivament mill-kontenut jew kwalunkwe nuqqas ta' konformità mal-arranġamenti kuntrattwali jew oħrajn bejn dak id-detentur TIPS DCA u kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 4.

Artikolu 9

Fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS

1.  Il-parteċipanti għandhom jużaw fornitur tas-servizz TIPS wieħed jew aktar biex jiskambjaw messaġġi mal-Pjattaforma TIPS u għandhom jidħlu fi ftehim separat ma' dawk il-fornituri għal dak il-għan.

2.  Lista tal-fornituri tas-servizzi tan-netwerk TIPS, kif emendata minn żmien għal żmien, hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE. Din il-lista hija pprovduta għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Fil-każ li fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS jitneħħa mil-lista ta' fornituri ta' servizzi tan-netwerk TIPS, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lid-detenturi TIPS DCA li jużaw dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk kif xieraq.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe att, żball jew ommissjoni ta' fornitur ta' servizz ta' network TIPS (inklużi d-diretturi tiegħu, persunal u sottokuntratturi) bħala fornitur ta' servizzi ta' netwerk TIPS, jew għal kwalunkwe atti, żbalji jew ommissjonijiet tal-fornitur ta' servizz tan-netwerk TIPS magħżul minn parteċipanti biex jiksbu aċċess għall-Pjattaforma TIPS. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli wkoll għal xi telf jew danni bħala riżultat tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS li jieqaf jipprovdi konnessjoni mal-pjattaforma TIPS, kemm minħabba n-nuqqas ta' konformità min-naħa tas-rekwiżiti ta' konnettività stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V jew it-terminazzjoni tal-kondizzjonijiet u l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza tal-konnettività TIPS jew kwalunkwe raāuni oħra.

Artikolu 10

Sponsorizzazzjoni ta' fornituri ta' servizz tan-netwerk

1.  Jekk detentur TIPS DCA jixtieq juża s-servizzi ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk li mhuwiex fuq il-lista ta' fornituri ta' servizzi tan-netwerk TIPS, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) id-detentur TIPS DCA jista' jitlob lil [daħħal l-isem tal-BĊ] biex tibda l-valutazzjoni dwar jekk fornitur tas-servizz tan-netwerk jistax jopera bħala fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.

2.  Fornitur ta' servizz ta' netwerk jista' jopera bħala fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS sakemm jgħaddi b'suċċess il-valutazzjoni mwettqa skont ir-regoli u l-proċedura stabbiliti fl-Appendiċi V u wara li jkun iffirma t-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS kif ippubblikat fuq il-websajt tal-BĊE u kif emendat minn żmien għal żmien.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA dwar ir-riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fi żmien 120 jum kalendarju mid-data tal-wasla tat-talba. Fil-każ ta' ċaħda tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk, il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA bir-raġunijiet għar-rifjut.

4.  It-talbiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu sottomessi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] mill- [1 ta' Ġunju 2019].

Artikolu 11

Direttorju TIPS

1.  Id-direttorju TIPS huwa l-lista ta' detenturi TIPS DCA u partijiet li jistgħu jintlaħqu.

Għandu jiġi aġġornat kuljum.

2.  Id-detenturi TIPS DCA jistgħu biss jiddistribwixxu d-direttorju TIPS lill-fergħat tagħhom, il-partijiet magħżula tagħhom li jistgħu jintlaħqu u l-partijiet li jagħtu l-istruzzjonijiet tagħhom. Partijiet li jistgħu jintlaħqu jistgħu jqassmu biss id-direttorju TIPS lill-fergħat tagħhom.

3.  BIC speċifiku jista' jidher biss darba fid-direttorju tat-TIPS.

4.  Id-detenturi TIPS DCA jirrikonoxxu li [daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊi oħra jistgħu jippubblikaw isimhom u BICs. Barra minn hekk, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u BĊ oħra jistgħu jippubblikaw ismijiet u BICs ta' partijiet li jistgħu jintlaħqu magħżula minn detenturi TIPS DCA u d-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li l-partijiet li jistgħu jintlaħqu jkunu qablu dwar din il-pubblikazzjoni.



TITOLU III

OBBLIGI TAL-PARTIJIET

Artikolu 12

Obbligi ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA

1.  Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinfetaħ fuq talba tad-detentur TIPS DCA u jopera [wieħed jew aktar] TIPS DCA(s) denominati f'euro. Ħlief fejn provdut xort'oħra f'dawn il-Kundizzjonijiet jew meħtieġ mil-liġi, [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu juża l-mezzi raġonevoli kollha fis-setgħa tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggarantixxi riżultat.

2.  Azzjonijiet meħuda minn partijiet li jistgħu jintlaħqu u partijiet li jagħtu struzzjonijiet huma meqjusa bħala dawk tad-detentur TIPS DCA, inkluż għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE.

3.  Id-detentur TIPS DCA għandu jirreġistra lilu nnifsu u lill-partijiet li jistgħu jintlaħqu tiegħu bħala utenti tal-kont awtorizzat għal skopijiet ta' saldu. Għal dak il-għan għandu jirreġistra biss il-BIC tiegħu stess u/jew dak ta' parti li tista' tintlaħaq.

4.  It-tariffi għas-servizzi TIPS DAC huma stabbiliti fl-Appendiċi IV. Id-detentur tal-kont PM marbut huwa responsabbli li jħallas dawn il-miżati

5.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li f'kull ħin huma konnessi mal-Pjattaforma TIPS permezz tat-TIPS DN użat għall-iskop li jirċievi messaġġi skont l-Artikolu 7(3).

6.  Id-detenturi TIPS DCA li jkunu ħatru parti li tista' tintlaħaq għandhom jiżguraw li f'kull ħin din il-parti li tista' tintlaħaq tkun konnessa mal-Pjattaforma TIPS permezz tat-TIPS DN użata għall-iskop li tirċievi messaġġi taħt l-Artikolu 8.

7.  Id-detentur TIPS DCA jirrappreżenta u jiggarantixxi lil [daħħal l-isem tal-BĊ] li t-twettiq tal-obbligi tiegħu skont dawn il-Kundizzjonijiet ma jiksru l-ebda liġi, regolament jew liġi applikabbli għalih jew kwalunkwe ftehim li huwa marbut miegħu.

8.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jiżguraw li l-likwidità fit-TIPS DCA tiġi ġestita sewwa. Dan l-obbligu għandu jinkludi iżda mhux limitat għall-kisba ta' informazzjoni regolari dwar il-pożizzjoni tal-likwidità tagħhom. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħmel disponibbli rendikont ta' kuljum lil kwalunkwe detentur TIPS DCA li għażel li jkollu dan is-servizz fuq il-Pjattaforma TIPS. Id-dikjarazzjonijiet ta' kuljum huma pprovduti għal kull jum tan-negozju tat-TARGET2.

9.  Għandhom ikunu d-detenturi TIPS DCA, fl-interess tagħhom stess u taħt il-ftehim separat tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS tagħhom, biex jimmonitorjaw li f'kull ħin il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS magħżul tagħhom ikompli jipprovdi konnessjoni attiva mal-Pjattaforma TIPS u jżomm il-istatus tiegħu ta' fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS. Din il-konnessjoni għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-rekwiżiti tal-konnettività stabbiliti u msemmija fl-Appendiċi V.

Artikolu 13

Nomina, sospensjoni jew terminazzjoni ta' kont PM Marbut

1.  Id-detentur TIPS DCA għandu jindika kont PM Marbut. Il-kont PM marbut jista' jinżamm f'sistema ta' komponent TARGET2 barra mit-TARGET2- [daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż] u jista' jappartjeni għal entità legali differenti mid-detentur TIPS DCA. Kont PM marbut jista' jkun Marbut ma' massimu ta' 10 TIPS DCAs.

2.  Detentur tal-kont PM li juża aċċess ibbażat fuq l-Internet ma jistax jiġi nnominat bħala detentur tal-kont tal-PM marbut.

3.  Jekk id-detentur tal-kont tal-PM Marbut u d-detentur tal-TIPS DCA huma entitajiet legali differenti u l-parteċipazzjoni ta' dak id-detentur tal-kont tal-PM Marbut hija sospiża jew mitmuma, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detentur TIPS DCA għandhom jieħdu l-passi raġonevoli u prattikabbli kollha biex jittaffew kwalunkwe ħsara jew telf. Id-detentur TIPS DCA għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jindika kont PM ġdid Marbut mingħajr dewmien żejjed li mbagħad ikun responsabbli għal kwalunkwe fattura pendenti.

4.  [daħħal l-isem tal-BĊ] li m'għandux ikun responsabbli għal kwalunkwe telf li ġarrab id-detentur TIPS DCA bħala konsegwenza tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni tad-detentur tal-kont tal-Kont PM Marbut.

Artikolu 14

Kooperazzjoni u informazzjoni

1.  Fit-twettiq ta-obbligi tagħhom u fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw l-istabbiltà, is-solvibbiltà u s-sigurtà tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Għandhom jipprovdu lil xulxin kull informazzjoni jew dokument rilevanti għat-twettiq tal-obbligi u d-drittijiet rispettivi tagħhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, bla ħsara għall-obbligi tas-segretezza bankarja.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jistabbilixxi u jżomm system support desk biex jassisti lid-detenturi TIPS DCA fir-rigward ta' diffikultajiet li jinqalgħu b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tas-sistema.

3.  Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-Pjattaforma TIPS u l-SSP għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TIPS fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. It-T2IS u s-Sistema ta' Informazzjoni TIPS jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni dwar kwalunkwe każ li jaffettwa l-operat normali tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS.

4.  Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jew jikkomunika messaġġi lil detenturi ta' TIPS DCA permezz ta' messaġġi ta' komunikazzjoni bl-ICM fejn huma wkoll ikollhom kont PM, jew b'xi mod ieħor.

5.  Id-detenturi TIPS DCA huma responsabbli għall-aġġornament fil-ħin tal-formoli ta' ġbir ta' dejta statika eżistenti u biex jibagħtu l-formoli ta' ġbir ta' dejta statika ġdida lil [daħal-isem tal-BĊ]. Id-detenturi TIPS DCA huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta' informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fir-TARGET2-[daħħal referenza ghall-BC/pajjiz] mill-[daħħal l-isem tal-BC].

6.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] dwar kull tibdil fil-kapaċità legali tagħhom u dwar tibdiliet leġiżlattivi rilevanti li jaffettwaw kwistjonijiet koperti bl-opinjoni nazzjonali fir-rigward tagħhom. Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw ukoll [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-adeżjoni mal-iskema SCT Inst.

7.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bi kwalunkwe parti ġdida li tista' tintlaħaq li huma jirreġistraw u kwalunkwe tibdil relatat ma' tali partijiet irreġistrati li jistgħu jintlaħqu.

▼M7

8.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinformaw minnufih lil [daħħal isem il-BĊ] jekk iseħħ każ ta’ inadempjenza fir-rigward tagħhom stess jew jekk ikunu soġġetti għal miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżijiet jew għal miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/59/UE jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ekwivalenti oħra applikabbli.

▼M6



TITOLU IV

AMMINISTRAZZJONI TA' KONTIJIET TIPS DCAs U PPROĊESSAR TA' ORDNIJIET TA' ĦLAS

Artikolu 15

Ftuħ u ġestjoni ta' TACS DCAs

1.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiftaħ u jopera mill-inqas TIPS DCA wieħed għal kull detentur TIPS DCA. TIPS DCA għandu jkun identifikat permezz ta' numru tal-kont uniku sa 34 karattru li jkun strutturat kif ġej.



 

Isem

Format

Kontenut

Parti A

Tip ta' kont

Karatt. 1 eżatt

“l” għall-kont ta' ħlas istantanju

Kodiċi tal-pajjiż tal-bank ċentrali

2 Karatt. eżatt

Kodiċi ISO tal-pajjiż 3166-1

Kodiċi tal-valuta

3 Karatt. eżatt

EUR

PARTI B

Detentur tal-kont

11 Karatt. eżatt

BIC

Parti C

Subklassifikazzjoni tal-kont

Sa 17-il karatt.

Test liberu (alfanumeriku) li għandu jiġi pprovdut minn id-detentur TIPS DCA

2.  L-ebda bilanċ ta' debitu m'għandu jitħalla fuq TIPS DCAs.

3.  Għall-fini tal-kalkolu tar-riservi minimi, rimunerazzjoni ta' bilanċi matul il-lejl u rikors awtomatiku għal faċilità ta' self marġinali, id-detentur TIPS DCA għandu jgħaqqad id-TIPS DCA tiegħu ma' [daħħal kont PM/Kont Domestiku kif applikabbli] li żżomm ma' [daħħal l-BĊ].

4.  Jekk id-detentur TIPS DCA jżomm direttament ir-riżerva minima tiegħu, kull bilanċ ta' tmiem il-jum fuq it-TIPS DCA tiegħu rreġistrat skont l-Appendiċi III għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-fini tar-riżervi minimi tiegħu. Jekk id-detentur TIPS DCA iżomm ir-riżerva minima tiegħu indirettament, it-TIPS DCA tiegħu ma jistax ikun marbut ma' kont PM jew kont ieħor miżmum mill-intermedjarju tiegħu, minħabba li fejn jinżammu indirettament riservi minimi, il-kontijiet tad-detentur TIPS DCA ma jistgħux jiġu aggregati mal-kontijiet miżmuma mill-intermedjarju li permezz tiegħu d-detentur TIPS DCA jissodisfa r-rekwiżiti ta' riserva minima tiegħu.

5.  It-TIPS DCA għandhom jew jitħallsu b'0 % jew ir-rata tal-faċilità tad-depożitu, liema minnhom tkun l-iktar baxxa, sakemm ma jintużawx biex iżommu r-riżervi minimi meħtieġa. F'każ bħal dan, il-kalkolu u l-ħlas tar-rimunerazzjoni ta' holdings ta' riżervi minimi għandhom ikunu regolati mir-Regolament (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003.

Artikolu 16

Tipi ta' ordnijiet ta' ħlas f'TIPS DCA

Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet tas-servizz TIPS:

(a) ordni ta' ħlas istantanju;

(b) tweġibiet pożittivi għall-irtirar; u

(c) ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità TIPS DCA lil PM.

Artikolu 17

Aċċettazzjoni u ċaħda ta' ordnijiet ta' ħlas

1.  Ordnijiet ta' ħlas skont it-tifsira tal-Artikolu 16 u sottomessi minn detenturi ta' TIPS DCA huma meqjusa aċċettati mill- [daħħal l-isem tal-BĊ] jekk:

(a) il-messaġġ ta' ħlas ġie kkonsenjat lill-Pjattaforma TIPS mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS rispettiv; u

(b) il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjoni tat-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika doppja deskritta fl-Appendiċi I.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu immedjatament jiċħad kwalunkwe ordni ta' ħlas li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma lid-detenturi TIPS DCA b'kull ċaħda ta' ordni ta' ħlas, kif speċifikat fl-Appendiċi I. Sabiex jiġi evitat id-dubju, jekk l-ordni tal-ħlas tkun ġiet ippreżentata permezz ta' parti li tagħti l-istruzzjoni jew minn parti li tista' tintlaħaq f'isem id-detentur TIPS DCA, il-parti li tagħti l-istruzzjoni jew li tista' tintlaħaq irċievi r-rifjut.

Artikolu 18

Proċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fuq TIPS DCAs

1.  Il-Pjattaforma TIPS torbot it-timestamp tagħha għall-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas fis-sekwenza ta' kif jiġu rċevuti.

2.  L-ordnijiet kollha ta' ħlas mibgħuta lit-TARGET2 daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż għandhom jiġu pproċessati fuq bażi tal-ewwel darba mingħajr prijoritizzazzjoni jew rijordinament.

3.  Wara li tkun ġiet aċċettata ordni ta' ħlas istantanja kif stabbilit fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiżjivverifika jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fit-TIPS DCA tal-pagatur.

(a) Jekk fondi suffiċjenti ma jkunux disponibbli, l-ordni ta' ħlas instantanja tiġi miċħuda;

(b) Jekk ikunu disponibbli biżżejjed fondi, l-ammont korrispondenti għandu jkun irriżervat waqt li jkun qed jistenna r-risposta ta' min qed jitħallas. Fil-każ ta' aċċettazzjoni minn dak li jagħmel il-ħlas l-ordni tal-ħlas istantanja tiġi ssaldata u r-riżerva titneħħa fl-istess ħin. Fil-każ ta' rifjut min-naħa ta' min jitħallas jew in-nuqqas ta' risposta f'waqtha, fis-sens tal-iskema SCT Inst, l-ordni tal-ħlas istantanja tiġi kkanċellata u r-riserva titħassar simultanjament

4.  Il-fondi riżervati skont il-paragrafu 3(b) m'għandhomx ikunu disponibbli għas-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas sussegwenti. Għall-finijiet tal-Artikolu 15(4) u(5), il-fondi riżervati għandhom jgħoddu għat-twettiq tar-riservi minimi u r-remunerazzjoni tal-bilanċ ta' matul il-lejl tad-detentur TIPS DCA.

5.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3(b), it-TARGET2 daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż] għandu jirrifjuta ordnijiet tal-ħlas istantanji jekk l-ammont tal-ordni tal-ħlas immedjat jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.

6.  Wara li tkun ġiet aċċettata ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM kif stipulat fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandu jiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq id-DAC TIPS ta' min iħallas. Jekk fondi suffiċjenti mhumiex disponibbli l-ordni tat-trasferiment tal-likwidità għandha tiġi miċħuda. Jekk ikunu disponibbli biżżejjed fondi, l-ordni ta' trasferiment ta' likwidità għandha tiġi ssaldata immedjatament.

7.  Wara li tkun ġiet aċċettata tweġiba pożittiva għall-irtirar kif stabbilit fl-Artikolu 17, it-TARGET2 daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż għandu jiċċekkja jekk hemmx biżżejjed fondi disponibbli fuq it-TIPS DCA biex jiġu ddebitati. Jekk fondi suffiċjenti mhumiex disponibbli, it-tweġiba pożittiva għall-irtirar għandha tiġi miċħuda. Jekk ikunu disponibbli fondi suffiċjenti, it-tweġiba pożittiva għall-irtirar għandha tiġi ssaldata immedjatament.

8.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, it-TARGET2 [daħħal BĊ/referenza tal-pajjiż għandu jirrifjuta tweġibiet għall-irtirar pożittiv jekk l-ammont tar-risposta pożittiva jaqbeż kwalunkwe CMB applikabbli.

Artikolu 19

Rikjesta għall-irtirar

1.  detentur TIPS DCA jista' jdaħħal rikjesta għall-irtirar.

2.  Ir-rikjesta għall-irtirar għandha tintbagħat lil min qed jitħallas mill-ordni ta' ħlas istantanju stabbilit li jista' jwieġeb b'mod pożittiv bi tweġiba pożittiva għall-irtirar, jew bi tweġiba għall-irtirar negattiva.

Artikolu 20

Mument tad-dħul, mument ta' irrevokabbiltà

1.  Għall-finijiet tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE u [daħħal dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw dawn l-Artikoli tad-Direttiva 98/26/KE]:

(a) l-ordnijiet ta' ħlas istantanju jitqiesu li daħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li l-fondi rilevanti fuq id-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA huma riservati;

(b) L-ordnijiet tat-trasferiment tal-likwidità ta' TIPS DCA lil PM u tweġibiet għall-irtirar pożittiv jitqiesu li daħlu fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u irrevokabbli fil-mument li t-TIPS DCA rilevanti hija ddebitata.

2.  L-ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA huma rregolati mill-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-ftuħ u t-tħaddim ta' kont PM fit-TARGET2 kif stipulat fl-Anness II għal Linja ta' Gwida BĊE/2012/27 applikabbli għas-sistema komponent TARGET2 minn fejn joriġinaw.



TITOLU V

REKWIŻITI TAS-SIGURTÀ, KONTINWITÀ TAN-NEGOZJU U INTERFACE TAL-UTENTI

Artikolu 21

Rekwiżiti ta' sigurtà u kontinwità tan-negozju

1.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jimplimentaw kontrolli ta' sigurtà adegwati biex jipproteġu s-sistemi tagħhom minn aċċess u użu mhux awtorizzat. Id-detenturi TIPS DCA għandhom ikunu responsabbli esklussivament għall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi tagħhom.

2.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jinfurmaw lil [daħħal l-isem tal-BĊ] b'kull inċident relatat mas-sigurtà fl-infrastruttura teknika tagħhom, u fejn meħtieġ, b'inċidenti relatati mas-sigurtà li jseħħu fl-infrastruttura teknika ta' fornituri terzi. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jitlob aktar informazzjoni dwar l-inċident u, jekk meħtieġ, jitlob biex id-detenturi TIPS DCA jieħu miżuri xierqa biex jevitaw milli jerġa' jseħħ xi inċident ta' dak it-tip.

3.  Fil-każ li detentur TIPS DCA jkollu problema li timpedieh milli jissalda ordnijiet ta' ħlas istantanji u tweġibiet pożittivi għall-irtirar fit-TARGET2 [daħħal l-isem tal-BĊ/referenza tal-pajjiż], għandha tkun ir-responsabbiltà tiegħu li jsolvi l-problema.

4.  Fil-każ li detentur TIPS DCA jissottometti b'mod mhux mistenni għadd kbir ta' messaġġi li jheddu l-istabbiltà tal-Pjattaforma TIPS u ma jieqafx, wara talba ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] minn dan l-aġir mingħajr dewmien, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jimblokka mill-Pjattaforma TIPS il-messaġġi addizzjonali sottomessi minn dak id-detentur TIPS DCA.

▼M7

5.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista’ jimponi rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà ċibernetika jew il-prevenzjoni ta’ frodi, fuq id-detenturi TIPS DCA kollha.

▼M7

6.  Id-detenturi TIPS DCA li jużaw partijiet ta’ struzzjoni skont l-Artikolu 7(2) jew (3), jew li jippermettu aċċess għat-TIPS DCA tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 8(1), għandhom jitqiesu li jkunu indirizzaw ir-riskju li jirriżulta minn tali użu jew aċċess skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà addizzjonali imposti fuqhom.

▼M6

Artikolu 22

Interfaces tal-utent

1.  Id-detentur TIPS DCA, jew id-detentur tal-kont tal-PM Marbut li jaġixxi f'ismu, għandhom jużaw wieħed jew iż-żewġ mezzi li ġejjin biex ikollhom aċċess għal dak id-TIPS DCA:

(a) konnessjoni diretta mal-Pjattaforma TIPS f'modi U2 A jew A2 A; jew

(b) il-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-likwidità ICM għas-servizz TIPS.

2.  Rabta diretta mal-Pjattaforma TIPS tippermetti lid-detenturi TIPS DCA:

(a) li jkollhom aċċess għall-kontijiet tagħhom u biex jiġġestixxu is-CMBs;

(b) biex jibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM; u

(c) biex jiġġestixxi ċerta data statika.

3.  Il-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-likwidità tal-ICM għas-servizz TIPS jippermettu lid-detentur tal-kont PM marbut:

(a) aċċess għall-informazzjoni relatata mal-bilanċ tat-TIPS DCA;

(b) biex jiġġestixxi l-likwidità u biex jibda ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità lejn u mit-TIPS DCAs.

Aktar dettalji tekniċi fir-rigward tal-interfaces tal-utent jinsabu fl-Appendiċi I.

Fir-rigward tal-ICM, aktar dettalji tekniċi jinsabu fi [daħħal id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Appendiċi I tal-Anness II tal-Linja ta' Gwida].



TITOLU VI

REĠIM TAR-RESPONSABBILTÀ U EVIDENZA

Artikolu 23

Regim ta' responsabbiltà

1.  Meta jwettqu l-obbligi tagħhom bis-saħħa ta' dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u id-detenturi TIPS DCA għandhom jintrabtu b'obbligu ġenerali ta' bonus paterfamilias fil-konfront ta' xulxin.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun responsabbli lejn id-detenturi TIPS DCA tiegħu f'każijiet ta' frodi (inkluż imma mhux biss aġir doluż) jew negliġenza kbira, għall kull telf li jirriżulta mit-tħaddim tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż]. Fil-każijiet ta' negliġenza ordinarja, ir-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata għat-telf dirett tad-detenturi TIPS DCA, jiġifieri l-ammont tat-tranżazzjoni fil-kwistjoni u/jew it-telf tal-imgħax fuqu, eskluż kull telf konsegwenti.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] mhuwa responsabbli għall-ebda telf li jirriżulta minn ħsara jew nuqqas fl-infrastruttura teknika (inkluż imma mhux limitata għall-infrastruttura, il-programmi, id-data, l-applikazzjonijiet jew in-netwerks tal-kompjuter ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]), jekk din il-ħsara jew in-nuqqas jiġru minkejja l-fatt li [daħħal l-isem tal-BĊ] ikun adotta dawk il-miżuri li huma raġonevolment meħtieġa għall-protezzjoni tat-tali infrastruttura kontra ħsara jew nuqqas u biex jirriżolvi l-konsegwenzi ta' din il-ħsara jew nuqqas fl-operazzjoni

4.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli:

(a) sakemm it-telf ikun ikkawżat mid-detentur TIPS DCA; jew

(b) jekk it-telf jirriżulta minn każijiet esterni li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment ma kollux kontroll fuqhom (forza maġġuri).

5.  Minkejja d-[daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/2366 il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw sal-punt li r-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] tista' tiġi eskluża.

6.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandhom jieħdu l-miżuri raġonevoli u l-passi prattiċi kollha biex inaqqsu kull dannu jew telf imsemmi f'dan l-Artikolu.

7.  Fit-twettiq tal-obbligi kollha tiegħu jew xi wħud minnhom skont dawn il-Kundizzjonijiet, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jikkummissjona terzi partijiet f'ismu, b'mod partikolari fornitur tat-telekomunikazzjonijiet jew ta' netwerks oħra jew entitajiet oħra, jekk dan ikun meħtieġ biex jiġu sodisfatti l-obbligi ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] jew jekk din tkun prattika standard fis-suq. L-obbligu ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun limitat għall-għażla xierqa u l-kummissjonar ta' kwalunkwe terzi, u r-responsabbiltà ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] għandha tkun limitata b'dan il-mod. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-BĊN li jipprovdu l-SSP u l-BĊNi li jipprovdu l-Pjattaforma TIPS m'għandhomx jitqiesu bħala partijiet terzi.

Artikolu 24

Evidenza

1.  Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha relatati mal-ipproċessar ta' ħlasijiet u ħlas relatati ma' TIPS DCAs, bħal konfermi ta' debiti jew krediti, jew messaġġi ta' dikjarazzjoni, bejn [daħħal l-isem tal-BĊ] u detenturi ta' TIPS DCA għandhom isiru permezz tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.

2.  Dokumenti elettroniċi jew miktuba tal-messaġġi miżmuma minn [daħħal l-isem tal-BĊ] jew mill-fornituri tas-servizz tan-netwerk għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza tal-ħlasijiet ipproċessati permezz ta' [daħħal l-isem tal-BĊ]. Il-verżjoni maħżuna jew stampata tal-messaġġ oriġinali tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS għandha tiġi aċċettata bħala mezz ta' evidenza, tkun xi tkun il-forma oriġinali tiegħu.

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm reġistri kompleti tal-ordnijiet għall-ħlas ippreżentati u l-ħlasijiet li jkunu rċevew id-detenturi TIPS DCA għal perijodu ta' [daħħal il-perijodu meħtieġ mil-liġi nazzjonali] miż-żmien li fih jiġu ppreżentati dawn l-ordnijiet għall-ħlas u jaslu l-ħlasijiet, sakemm dawn ir-reġistri kompleti jkunu jkopru minimu ta' ħames snin għal kull detentur TIPS DCA fit-TARGET2 u huwa suġġett għall-viġilanza kontinwa skont il-miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri, jew għal aktar jekk mitlub minn regolamenti speċifiċi.

4.  Il-kotba u d-dokumenti ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] stess (kemm jekk miżmuma fuq il-karta, il-microfilm, il-microfiche, b'reġistrazzjoni elettronika jew manjetika, f'kull forma oħra riproduċibbli b'mod mekkaniku jew mod ieħor) għandhom jiġu aċċettati bħala mezz ta' evidenza ta' kull obbligu tad-detenturi TIPS DCA u ta' kull fatt u każ li fuqhom qed jiddependu l-partijiet.



TITOLU VII

IT-TERMINAZZJONI U L-GĦELUQ TAT-TIPS DCAs

Artikolu 25

Tul ta' żmien u terminazzjoni ordinarja tat-TIPS DCAs

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26, TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] tinfetaħ għal perjodu ta' żmien indefinit.

2.  Detentur TIPS DCA jista' jtemm it-TIPS DCA tiegħu fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti avviż ta' 14-il jum ta' negozju, sakemm ma jiġix miftiehem perijodu ta' notifika iqsar ma' [daħħal l-isem tal-BĊ].

3.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jtemm TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] f'kull ħin billi jagħti notifika ta' tliet xhur, sakemm ma jiġix miftiehem perijodu ta' notifika differenti mad-detentur TIPS DCA.

4.  Mat-tmiem tat-TIPS DCA, id-dmirijiet tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Artikolu 29 jibqgħu fis-seħħ għal perijodu ta' ħames snin li jibda jgħaddi mid-data tat-tmiem.

5.  Mat-terminazzjoni tat-TIPS DCA, għandu jingħalaq skont l-Artikolu 27.

Artikolu 26

Sospensjoni u terminazzjoni straordinarja tal-parteċipazzjoni

1.  Il-parteċipazzjoni ta' detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] għandha tkun itterminata minnufih mingħajr preavviż jew sospiża jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta' inadempjenza li ġejjin:

(a) il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza; u/jew

(b) detentur TIPS DCA m'għadux jissodisfa l-kriterji tal-aċċess stipulati fl-Artikolu 5.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, it-teħid ta' miżuri ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżuri ta' ġestjoni ta' kriżijiet fis-sens tad-Direttiva 2014/59/UE kontra detentur TIPS DCA m'għandux awtomatikament jikkwalifika bħala l-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza.

2.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jittermina jew jissospendi l-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] mingħajr preavviż jekk:

(a) iseħħu wieħed jew aktar mill-każijiet ta' inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1);

(b) id-dtentur TIPS DCA qed jikser dawn il-Kundizzjonijiet b'mod materjali;

(c) id-detentur TIPS DCA jonqos milli jwettaq xi obbligu materjali fil-konfront ta' [daħħal l-isem tal-BĊ];

(d) id-detentur TIPS DCA m'għadx għandu ftehim validu ma' fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS biex jikseb il-konnessjoni meħtieġa mal-Pjattaforma TIPS;

(e) iseħħ każ ieħor relatat mad-detentur TIPS DCA li, fl-evalwazzjoni ta' [daħħal l-isem tal-BĊ], jhedded l-istabbiltà, is-sodizza u s-sigurtà generali tat-TARGET2 [daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] jew kwalunkwe komponent ieħor tat-TARGET2, jew tipperikola r-rendiment tal-kompiti ta' [daħħal l-isem tal-BĊ] kif deskritti fi [irriferi għal-liġi nazzjonali rilevanti] u l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, jew toħloq riskji għal raġunijiet ta' prudenza.

3.  Fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tiegħu taħt il-paragrafu 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jqis, inter alia, is-serjetà tal-każ ta' inadempjenza jew tal-każijiet imsemmija fil-punti 2 (a) sa (c).

▼M7

4.  F’każ li [daħħal l-isem tal-BĊ] jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] skont il-paragrafu 1 jew 2, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jinforma minnufih, permezz ta’ messaġġ ta’ komunikazzjoni ICM, BĊi u detenturi tal-kont PM oħra fis-sistemi tal-komponenti tat-TARGET2 kollha b’tali sospensjoni jew terminazzjoni. Dan il-messaġġ għandu jitqies li nħareġ mill-BĊ domestiku tad-detentur tal-kont PM li jirċievi l-messaġġ.

Id-detenturi tal-kont PM marbut għandu jkollhom ir-responsabbiltà li jinfurmaw lid-detenturi tad-TIPS DCA marbuta tagħhom dwar is-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta’ kwalunkwe parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

Fil-każ li s-sospenzjoni jew terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta’ detentur TIPS DCA fit-TARGET2--[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] iseħħ matul il-perijodu ta’ manutenzjoni teknika, il-messaġġ ta’ komunikazzjoni ICM għandu jintbagħat wara l-bidu tal-fażi operattiva ta’ bi nhar fil-jum ta’ negozju tat-TARGET2 li jmiss.

▼M6

5.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni ta' detentur TIPS DCA, it-TARGET2-[daħħal il-BĊ/referenza tal-pajjiż] m'għandux jaċċetta ordnijiet għall-ħlas ġodda lil jew mingħand dan id-detentur TIPS DCA.

6.  Jekk detentur TIPS DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal raġunijiet li ma humiex dawk speċifikati fil-paragrafu (1)(a), il-BĊ tad-detentur TIPS DCA għandu jew:

(a) jirrifjuta kull ordni ta' ħlas deħlin tiegħu;

(b) jirrifjuta l-ordnijiet ta' ħlas kollha li jkunu ħerġin; jew

(c) jirrifjuta kemm ordnijiet ta' ħlas li jkunu deħlin kif ukoll ħerġin:

7.  Jekk detentur TIPS DCA jiġi sospiż mit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għar-raġunijiet speċifikati fil-paragrafu (1)(a), il-BĊ tad-detentur TIPS DCA sospiż għandu jirrifjuta kull ordni ta' ħlas li jkun dieħel.

8.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jipproċessa ordnijiet ta' ħlas istantanji ta' detentur TIPS DCA li l-parteċipazzjoni fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] ġiet sospiża jew mitmuma skont il-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu u li fir-rigward tiegħu [daħħal l-isem tal-BĊ] irriżerva fondi fuq TIPS DCA skont l-Artikolu 18(3)(b) qabel is-sospensjoni jew it-terminazzjoni.

Artikolu 27

Għeluq ta' TIPS DCAs

1.  Id-detenturi TIPS DCA jistgħu jitolbu [daħħal l-isem tal-BĊ] biex jagħlqu t-TIPS DCAs tagħhom fi kwalunkwe ħin sakemm jagħtu avviż dwar dan ta' 14-il jum tan-negozju [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.  Mat-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni, skont Artikolu 25 jew 26, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jagħlaq il-kontijiet TIPS DCAs tad-detentur TIPS DCA ikkonċernat, wara li jkun:

(a) issalda kwalunkwe ordni ta' ħlas istantanju aċċettat mill-min jitħallas li għalih il-fondi diġà ġew riservati; u

(b) għamel użu tad-drittijiet tiegħu ta' rahan u tpaċija taħt l-Artikolu 28.



TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Id-drittijiet ta' rahan u ta' tpaċija tal-[daħħal l-isem tal-BĊ]

1.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu rahan fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri tad-detentur TIPS DCA fuq it-TIPS DCA tiegħu, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

2.  Daħħal jekk applikabbli: It-talbiet kurrenti jew futuri ta' detentur TIPS DCA fir-rigward tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] li jirriżultaw minn bilanċ tal-kreditu fuq it-TIPS DCA għandhom jiġu ttrasferiti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala kollateral, jiġifieri bħala trasferiment fiduċjarju, għal kull talba kurrenti jew futura tal-[daħħal l-isem tal-BĊ] fir-rigward tad-detentur TIPS DCA li tirriżulta mill-[daħħal ir-referenza għall-arranġament li jimplimenta dawn il-Kundizzjonijiet]. Dan il-kollateral għandu jiġi stabbilit bis-sempliċi fatt illi l-fondi jkunu ġew ikkreditati lit-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA.]

3.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu imposta mhux fissa fuq il-bilanċi tal-kreditu eżistenti u futuri fuq it-TIPS DCA tagħhom, biex b'dan jikkollateralizza kwalunkwe talbiet kurrenti jew futuri li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn il-partijiet.]

4.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkollu d-dritt imsemmi fil-paragrafu 1 anke jekk it-talbiet tiegħu huma kontinġenti biss jew għadhom mhux dovuti.]

5.  [Daħħal jekk applikabbli: Il-parteċipant, fil-kapaċità tiegħu bħala detentur TIPS DCA, b'dan jirrikonoxxi l-ħolqien ta' rahan favur [daħħal l-isem tal-BĊ], li miegħu dak it-TIPS DCA infetaħ; dan ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi l-provvista ta' assi mogħtija b'rahan lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] imsemmi fil-liġi [daħħal l-aġġettiv nazzjonali relevanti]. Kwalunkwe ammonti mħallsin fit-TIPS DCA li l-bilanċ tagħhom huwa mogħti b'rahan għandhom, bis-sempliċi fatt illi jkunu tħallsu, jingħataw b'rahan irrevokabbli, mingħajr limitazzjoni, bħala titolu ta' kollateral għar-rendiment sħiħ tal-obbligi titolizzati.]

6.  Malli jseħħ:

(a) każ ta' inadempjenza, imsemmi fl-Artikolu 26(1); jew

(b) kull każ ta' inadempjenza jew avveniment imsemmi fl-Artikolu 26(2) li wassal għat-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA, minkejja l-bidu ta' kwalunkwe proċeduri ta' insolvenza fir-rigward tad-detentur TIPS DCA u minkejja xi kompitu, sekwestru ġudizzjarju jew qbid ieħor jew xi provvediment ieħor ta' jew fir-rigward tad-drittijiet tad-detentur TIPS DCA, l-obbligi kollha tal-parteċipant għandhom ikunu awtomatikament u immedjatament aċċellerati, mingħajr preavviż u mingħajr il-ħtieġa għall-approvazzjoni minn qabel ta' xi awtorità, sabiex ikunu dovuti minnufih. Barra minn dan, l-obbligi reċiproki tad-detentur TIPS DCA u l-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandhom ikunu paċuti awtomatikament ma' xulxin, u l-parti li għandha tagħti l-ammont li huwa ogħla għandha tħallas id-differenza lill-parti l-oħra.

7.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu minnufih javża lill-parteċipant b'kull tpaċija skont il-paragrafu 4 wara li tkun seħħet din it-tpaċija.

8.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jiddebita mingħajr preavviż it-TIPS DCA tad-detentur TIPS DCA bi kwalunkwe ammont li d-detentur TIPS DCA għandu jagħti lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] bħala riżultat tar-relazzjoni legali bejn id-detentur TIPS DCA u l-[daħħal l-isem tal-BĊ].

Artikolu 29

Kunfidenzjalità

1.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jżomm kunfidenzjali kull informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, inkluż meta din l-informazzjoni tirrigwarda ħlas, informazzjoni teknika jew organizzattiva li tappartjeni għad-detentur TIPS DCA, detentur TIPS DCA mill-istess grupp jew għall-klijenti tad-detentur TIPS DCA, sakemm id-detentur TIPS DCA jew il-klijent tiegħu ma jkunx ta l-kunsens bil-miktub biex jiġi żvelat [daħħal il-frażi li jmiss jekk applikabbli taħt il-liġi nazzjonali: jew dan l-iżvelar huwa permess jew meħtieġ taħt il-liġi [daħħal l-aġġettiv li jirrelata mal-isem tal-pajjiż]].

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, id-detentur TIPS DCA jaqbel li l-informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni meħuda skont l-Artikolu 26 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzjali.

3.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, id-detentur TIPS DCA jaqbel li l-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' jiżvela informazzjoni dwar il-ħlas, teknika jew organizzattiva rigward id-detentur TIPS DCA, TIPS DACs oħra miżmuma minn detenturi TIPS DCA mill-istess grupp jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA miksuba matul it-tħaddim tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] għal:

(a) BĊi oħra jew partijiet terzi li huma involuti fit-tħaddim tat-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], sal-punt li dan huwa meħtieġ għall-funzjonament effiċjenti tat-TARGET2 jew il-monitoraġġ tal-iskopertura tad-detentur TIPS DCA jew tal-grupp tiegħu;

(b) BĊi oħra sabiex iwettqu l-analiżi meħtieġa għall-operazzjonijiet tas-suq, il-funzjonijiet tal-politika monetarja, l-istabilità finanzjarja jew l-integrazzjoni finanzjarja; jew

▼M7

(c) awtoritajiet ta’ superviżjoni, riżoluzzjoni, u sorveljanza ta’ Stati Membri u tal-Unjoni, inkluż BĊi, sa fejn dan huwa meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom, u sakemm f’dawn il-każijiet kollha l-iżvelar mhuwiex f’kunflitt mal-liġi applikabbli.

▼M6

Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] m'għandux ikun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji u kummerċjali ta' dan l-iżvelar.

4.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u sakemm dan ma jagħmilhiex possibbli, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, li jiġu identifikati d-detentur TIPS DCA jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA, il-[daħħal l-isem tal-BĊ] jista' juża, jiżvela jew jippubblika informazzjoni informazzjoni dwar id-detentur tat-TIP DCA jew il-klijenti tad-detentur TIPS DCA għal għanijiet statistiċi, storiċi, xjentifiċi jew għanijiet oħra fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tiegħu jew ta' funzjonijiet ta' entitajiet pubbliċi oħra li lilhom tiġi żvelata l-informazzjoni.

5.  Informazzjoni li tirrigwarda l-operat tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] li għalih setgħu kellhom aċċess id-detenturi TIPS DCA, tista' tintuża biss għall-finijiet stipulati f'dawn il-Kundizzjonijiet. Il-parteċipanti għandhom iżommu din l-informazzjoni kunfidenzjali, sakemm il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ma jkun espliċitament ta l-kunsens tiegħu għall-iżvelar bil-miktub. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi kwalunkwe terzi persuni li lilhom huma jesternalizzaw, jiddelegaw jew jissubkuntrattaw kompiti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt fuq it-twettiq tal-obbligi tagħhom taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma marbutin bir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità f'dan l-Artikolu.

6.  Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jkun awtorizzat, sabiex jagħmel saldu ta' ordnijiet għall-ħlas, li jipproċessa u jittrasferixxi d-dejta neċessarja lill-fornitur tas-servizz ta' netwerk.

Artikolu 30

Protezzjoni ta' dejta, prevenzjoni kontra ħasil tal-flus, miżuri amministrattivi jew restrittivi u kwistjonijiet relatati

1.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jitqiesu li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma', l-obbligi kollha tagħhom marbutin ma' leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi għall-kunsinna ta' armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta' miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fil-kontijiet PM tagħhom. Id-detenturi TIPS DCA għandhom ukoll isiru familjari mal-politika ta' rkupru tad-dejta magħżula tal-fornitur tas-servizz TIPS magħżul qabel ma jidħlu f'relazzjoni kuntrattwali ma' dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.

2.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom jitqiesu li awtorizzaw lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] biex jikseb kull informazzjoni li tirrigwardahom mingħand kwalunkwe awtorità finanzjarja jew superviżorja jew entità tan-negozju, kemm nazzjonali jew barranija, jekk din l-informazzjoni hija neċessarja għall-parteċipazzjoni tad-detenturi TIPS DCA fit-TARGET2-[daħħal il-Ċ/referenza tal-pajjiż].

3.  Id-detenturi TIPS DCA, meta jaġixxu bħala l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' min iħallas jew ta' min jitħallas, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li jirriżultaw minn miżuri amministrattivi jew restrittivi imposti bis-saħħa tal-Artikoli 75 jew 215 tat-Trattat li għalihom huma suġġetti, inkluż fir-rigward tan-notifika u/jew il-kisba tal-kunsens minn awtorità kompetenti fir-rigward tal-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet. Barra minn dan:

(a) meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' detentur TIPS DCA li jkun min iħallas:

(i) Id-detentur TIPS DCA igħandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f'isem il-bank ċentrali li huwa meħtieġ primarjament li jagħmel notifika jew li jikseb kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b'evidenza li jkun għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens;

(ii) Id-detentur TIPS DCA m'għandux jidħol f'xi ordni ta' ħlas fit-TARGET2 bl-eċċezzjoni ta' ordnijiet ta' ħlas li jikkonċernaw it-trasferiment ta' likwidità bejn kontijiet differenti tal-istess detentur TIPS DCA, sakemm tkun kisbet konferma mill-[niżżel l-isem tal-BĊ] li n-notifika meħtieġa tkun saret jew il-kunsens ikun inkiseb minn jew f'isem il-fornitur tas-servizz ta' pagament ta' min jitħallas;

(b) meta il-[daħħal l-isem tal-BĊ] ikun fornitur tas-servizz ta' ħlas ta' detentur TIPS DCA li jirċievi l-ħlas, id-detentur TIPS DCA għandu jagħmel in-notifika meħtieġa jew jikseb il-kunsens f'isem il-bank ċentrali li jkun primarjament meħtieġ li jagħmel notifika jew jikseb il-kunsens, u għandu jipprovdi lill-[daħħal l-isem tal-BĊ] b'evidenza li għamel notifika jew li jkun irċieva l-kunsens.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-kliem “fornitur tas-servizz ta' ħlas”, “min iħallas” u “min jitħallas” għandhom ikollhom it-tifsiriet li ngħatawlhom fil-miżuri amministrattivi jew restrittivi applikabbli.

Artikolu 31

Avviżi

1.  Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f'dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtiega jew permessi skont dawn il-Kundizzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faksimile jew bil-miktub mod iehor. Avviżi lil [daħħal isem il-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal d-dipartiment għas-servizzi ta' pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ] ta' [daħħal isem il-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ]. Avviżi lid-detentur TIPS DCA għandhom jintbaghtulu fl-indirizz, numru ta' faks jew indirizz BIC tiegħu li d-detentur TIPS DCA ista' minn żmien għal żmien jinnotifika bihom lil [daħħal isem il-BĊ].

2.  Biex juri li ntbagħat avviż, ikun biżżejjed li jintwera li l-avviż ġie kkunsinnat fl-indirizz rilevanti jew li l-envelope li kien fih dak l-avviż kien indirizzat kif suppost u impustat.

3.  L-avviżi kollha għandhom jingħataw fi [daħħal lingwa nazzjonali rilevanti u/jew “Ingliż”].

4.  Id-detenturi TIPS DCA għandhom ikunu marbuta bil-forom u d-dokumenti kollha tal- [daħħal l-isem tal-BĊ] li d-detenturi TIPS DCA imlew u/jew iffirmaw, inklużi imma mhux limitati għal formoli ta' ġbir ta' data statika, kif imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), u l-informazzjoni provduta taħt l-Artikolu 14(5), li ġiet sottomessa f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 u li l- [daħħal l-isem tal-BĊ] raġonevolment jemmen li rċevew mingħand id-detenturi TIPS DCA, l-impjegati jew l-aġenti tagħhom.

Artikolu 32

Proċedura ta' emenda

Il-[niżżel l-isem tal-BĊ] jista' fi kwalunkwe ħin jemenda unilateralment dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet. L-emendi ta' dawn il-Kundizzjonijiet, inklużi l-Appendiċijiet tagħhom għandhom jitħabbru permezz ta' [niżżel il-mezz rilevanti ta' tħabbir]. L-emendi għandhom jitqiesu aċċettati sakemm id-detentur TIPS DCA ma joġġezzjonax b'mod espliċitu fi żmien 14-il jum minn meta huwa jiġi mgħarraf b'dawn l-emendi. Fil-każ li detentur TIPS DCA joġġezzjona għall-emenda, [daħħal l-isem tal-BĊ] huwa intitolat immedjatament li jtemm u jagħlaq it-TIPS DCA tad-detentur TIPS DIA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż]

Artikolu 33

Drittijiet ta' terzi

1.  Kull dritt, interess, obbligu, responsabbiltà u talba li joħorġu minn jew li għandhom x'jaqsmu ma' dawn il-Kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrasferiti, mirhuna jew ċeduti mid-detentur TIPS DCA lil xi terza parti mingħajr il-kunsens bil-miktub ta' [daħħal l-isem tal-BĊ].

2.  Dawn il-Kundizzjonijiet ma joħolqux drittijiet favur jew obbligi fir-rigward ta' kwalunkwe entità minbarra dawk [niżżel l-isem tal-BĊ] u d-detenturi ta' TIPS DCA fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż].

Artikolu 34

Liġi applikabbli, ġurisdizzjoni u post tal-eżekuzzjoni

1.  Ir-relazzjoni bilaterali bejn il-[daħħal l-isem tal-BĊ] u d-detenturi TIP DCA [daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għandha tkun irregolata mil-liġi [daħħal l-aġġettiv dwar isem il-pajjiż].

2.  Mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kull tilwima li tirriżulta minn kwistjoni marbuta mar-relazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-qrati kompetenti ta' [daħħal il-post tas-sede tal-BĊ].

3.  Il-post tal-eżekuzzjoni fir-rigward tar-relazzjoni legali bejn [daħħal ir-referenza għall-BĊ] u d-detenturi TIPS DCA għandu jkun [niżżel il-lok tas-sede tal-BĊ].

Artikolu 35

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f'dawn il-Kundizzjonijiet jew fl-Anness V hija jew issir invalida, dan m'għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta' dawn il-Kundizzjonijiet.

Artikolu 36

Dħul fis-seħħ u natura vinkolanti

1.  Dawn il-Kundizzjonijiet isiru effettivi minn [daħħal id-data rilevanti].

2.  [Daħħal jekk ikun xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti: Meta jagħmlu talba għal TIPS DAC fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż], applikanti detenturi TIPS DCA jaqblu awtomatikament ma' dawn il-Kundizzjonijiet bejniethom u fir-rigward tal-inserzjoni tal-isem tal-BĊ.]




Appendiċi I

PARAMETRI TAD-DCAs TIPS — SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

Minbarra l-Kundizzjonijiet, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-interazzjoni mal-Pjattaforma TIPS:

1.    Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-netwerk u l-formati.

(1) Detentur TIPS DCA għandu juża s-servizzi ta' mill-inqas fornitur wieħed tas-servizz tan-netwerk TIPS għall-iskambju ta' messaġġi.

(2) Detentur TIPS DCA għandu jispeċifika TIPS DN biex jirċievi messaġġi rilevanti għad-detentur TIPS DCA, bħal fir-rigward ta' rapporti, u notifiki tal-limiti għolja u baxxi Dan jista' jkun differenti mit-TIPS DN użat għall-iskambju ta' ordnijiet ta' ħlasijiet istantanji.

(3) Barra minn hekk, kull detentur TIPS DCA għandu jgħaddi minn sensiela ta' testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista' jipparteċipa fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

(4) Għas-sottomissjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM għandhom jintużaw is-servizzi ta' fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS jew l-ICM. L-ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità għandhom jinkludu, inter alia, in-numru tal-kont uniku sa 34 karattru tad-detentur TIPS DCA li jibgħat u l-BIC tal-kont PM riċeventi.

(5) Għall-iskambju ta' informazzjoni mal-Pjattaforma TIPS jistgħu jintużaw il-modi A2 A jew U2 A. Is-sigurtà tal-iskambju tal-messaġġ bejn id-TIPS DCA u l-Pjattaforma TIPS għandha tiddependi fuq is-servizz tal-Infrastruttura Pubblika Ewlenija (PKI) offrut mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS użat. Informazzjoni dwar is-servizz tal-PKI hija disponibbli fid-dokumentazzjoni pprovduta minn dak il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.

(6) Għandu jintuża għall-iskambju tal-informazzjoni l-komponent tal-Common Reference Data Management [Komponent Komuni ta' Ġestjoni tad-Dejta ta' Referenza] fil-mod U2 A. Il-Komponent Komuni ta' Ġestjoni tad-Dejta ta' Referenza jippermetti lill-utenti biex jikkonfiguraw, joħolqu u jżommu data ta' referenza meħtieġa fis-servizz TIPS.

(7) Id-detenturi TIPS DCA għandhom jikkonformaw mal-istruttura tal-messaġġ ISO20022 u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kamp. L-istruttura tal-messaġġ u l-ispeċifikazzjonijiet tal-qasam huma deskritti fil-Kapitolu 3.3.2 tat-TIPS UDFS.

(8) Il-kontenut tal-oqsma għandu jkun ivvalidat fil-livell tal-Pjattaforma TIPS skont ir-rekwiżiti TIPS UDSF.

2.    Tip ta' Messaġġ

It-tipi ta' messaġġi tas-sistema li ġejjin huma pproċessati, suġġetti għas-sottoskrizzjoni:



Tip ta' Messaġġ

Isem il-Messaġġ

Pacs.002

FIToFIPayment Status Report

Pacs.004

PaymentReturn

Pacs.008

FIToFICustomerCreditTransfer

Pacs.028

FIToFIPaymentStatusRequest

camt.003

GetAccount

camt.004

ReturnAccount

camt.011

ModifyLimit

camt.019

ReturnBusinessDayInformation

camt.025

Receipt

camt.029

ResolutionOfInvestigation

camt.050

LiquidityCreditTransfer

camt.052

BankToCustomerAccountReport

camt.053

BankToCustomerStatement

camt.054

BankToCustomerDebitCreditNotification

camt.056

FIToFIPaymentCancellationRequest

acmt.010

AccountRequestAcknowledgement

acmt.011

AccountRequestRejection

acmt.015

AccountExcludedMandateMaintenanceRequest

reda.016

PartyStatusAdviceV01

reda.022

PartyModificationRequestV01

3.    Verifika ta' entrata doppja

L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika ta' entrata doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba.

4.    Kodiċijiet li jidentifikaw żball

Jekk ordni ta' ħlas istantanju jew tweġiba għall-irtirar pożittiva hija miċħuda għal kwalunkwe raġuni, id-detentur TIPS DCA għandu jirċievi rapport dwar l-istatus tal-ħlas [pacs.002], kif deskritt fil-Kapitolu 4.2 tat-TIPS UDFS. Jekk ordni ta' trasferiment ta' likwidità tiġi rrifjutata għal kwalunkwe raġuni, id-detentur TIPS DCA għandu jirċievi ċaħda [camt.025], kif deskritt fil-Kapitolu 1.6 tat-TIPS UDFS.

5.    Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità.

L-ordnijiet ta' trasferiment tal-likwidità mhumiex riċiklati, bil-kju jew ikkumpensati. L-istatus differenti għal ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità huma deskritti fil-Kapitolu 1.4.2 tat-TIPS UDFS.

6.    Użu tal-modi U2 A u A2 A

(1) Il-modi U2 A u A2 A jistgħu jintużaw biex tinkiseb informazzjoni u tiġi ġestita l-likwidità. In-netwerks tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS għandhom ikunu n-netwerks ta' komunikazzjonijiet tekniċi sottostanti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-ġestjoni ta' miżuri ta' kontroll. Il-modi li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-użu minn detenturi TIPS DCA:

(a) Mod ta' applikazzjoni għall-applikazzjoni (A2 A) [application-to-application mode]

Fl-A2 A, l-informazzjoni u l-messaġġi jiġu ttrasferiti bejn il-Pjattaforma TIPS u l-applikazzjoni interna tad-detentur TIPS. Għalhekk, id-detentur TIPS DCA irid jiżgura li jkun hemm applikazzjoni xierqa għall-iskambju tal-messaġġi XML (talbiet u tweġibiet).

(b) Mod User-to-application (U2 A)

L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn detentur TIPS DCA u l-GUI tat-TIPS. L-informazzjoni tintwera fi brawżer li jaħdem fuq sistema PC. Għall-aċċess għall-U2 A l-infrastruttura IT trid tkun taċċetta l-cookies u l-JavaScript. Aktar dettalji huma spjegati fil Manwal għall-Utent TIPS.

(2) Il-firma “Non-Repudiation of Origin” (NRO) tippermetti lid-destinatarju ta' messaġġ li jipprova li tali messaġġ inħareġ u ma nbidilx.

(3) Jekk detentur TIPS DCA jkollu problemi tekniċi u ma jkunx jista' jissottometti ordni ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM, jista' jikkuntattja lill-bank ċentrali tiegħu li fuq il-bażi tal-aħjar sforz jaġixxi f'isem id-detentur TIPS DCA.

7.    Dokumentazzjoni rilevanti

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta' hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil Manwal għall-Utent skont ir-rilevanza għat-TIPS, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE bl-Ingliż.




Appendiċi II

TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-TA' KAPAĊITÀ U NAZZJONALI

TERMINI TA' REFERENZA GĦALL-OPINJONIJIET TA' KAPAĊITÀ GĦAL DETENTURI TIPS DCA FIT-TARGET2

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

Parteċipazzjoni fl-[isem tas-sistema]

[post]

[data]

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Intlabna nagħtu din l-Opinjoni bħala l-konsulenti legali [in-house jew esterni] ta' [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA jew il-fergħa tad-detentur TIPS DCA] fir-rigward ta' kwistjonijiet li jqumu mil-liġijiet ta' [il-ġurisdizzjoni li fiha d-detentur TIPS DCA huwa stabbilit; minn issa l quddiem il-“ġurisdizzjoni”] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni ta' [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA] (minn issa 'l quddiem id-“detenturu TIPS DCA”) f'[isem is-sistema komponent tat-TARGET2] (minn issa 'l quddiem is-“Sistema”).

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward mhu qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Kull stqarrija u opinjoni msemmija hawn isfel tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], kemm jekk id-detentur TIPS DCA jaġixxi mill-uffiċċju ewlieni tiegħu jew minn fergħa waħda jew aktar li jinsabu ġewwa jew barra l-[ġurisdizzjoni], jew le, meta jibgħat ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità u jirċievi trasferimenti ta' likwidità.

I.    Dokumenti eżaminati

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna:

(1) kopja ċċertifikata tal-[speċifika dokumenti kostituzzjonali rilevanti] tad-detentur TIPS DCA bħalma hu/huma fis-seħħ fid-data tagħha;

(2) [jekk applikabbli] estratt minn [speċifika r-reġistru tal-kumpanmija rilevanti] u [jekk applikabbli] [reġistru ta' istituzzjonijiet ta' kreditu jew reġistru analogu];

(3) [sal-limitu applikabbli] kopja tal-liċenzja tad-detentur TIPS DCA jew prova oħra ta' awtorizzazzjoni biex tipprovdi trasferiment bankarju, ta' investiment ta' fondi jew servizzi finanzjarji oħra fi [ġurisdizzjoni];

(4) [jekk applikabbli] kopja ta' riżoluzzjoni adottata mill-bord tad-diretturi jew il-korp governattiv rilevanti tad-detentur TIPS DCA fi [daħħal id-data], [daħħal is-sena], li juri d-detentur tad-detentur TIPS DCA li jaderixxi mad-Dokumenti tas-Sistema, definit hawn taħt; u

(5) [speċifika l-prokuri kollha u dokumenti oħra li jikkostitwixxu jew jixhdu s-setgħa meħtieġa tal-persuna jew persuni li jiffirmaw id-Dokumenti tas-Sistema rilevanti (kif definiti hawn taħt) f'isem id-detentur TIPS DCA];

u d-dokumenti l-oħra kollha relatati mal-kostituzzjoni, is-setgħat u l-awtorizzazzjonijiet tad-detentur TIPS DCA meħtieġa jew xierqa għall-għoti ta' din l-Opinjoni (iktar 'il quddiem id-“Dokumenti tad-detentur TIPS DCA”).

Għall-finijiet ta' din l-opinjoni, eżaminajna wkoll:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat TIPS fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u

(2) […].

Ir-Regoli u […] għandhom jissejħu hawnhekk iżjed 'il quddiem bħala “Dokumenti tas-Sistema” (u b'mod kollettiv mad-Dokumenti tad-detentur tat-TIPS DCA bħala “Dokumenti”).

II.    Assunzjonijiet

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema li pprovdejna huma oriġinali jew kopji veri;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti;

(4) id-Dokumenti tad-detentur ta' TIPS DCA jorbtu lill-partijiet li lilhom huma indirizzati, u ma kien hemm l-ebda ksur ta' xi wieħed mit-termini tagħhom.

III.    Opinjonijiet li jirrigwardaw id-detentur ta' TIPS DCA

A. Id-detentur TIPS DCA huwa korporazzjoni debitament stabbilita u rreġistrata jew inkella inkorporata jew organizzata kif xieraq taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

B. Id-detentur TIPS DCA għandu s-setgħat kollha korporattivi meħtieġa biex jesegwixxi u jwettaq id-drittijiet u l-obbligi taħt id-Dokumenti tas-Sistema li jagħmel parti minnu.

C. L-adozzjoni jew l-eżekuzzjoni u l-eżekuzzjoni mid-detentur tat-TIPS DAC tad-drittijiet u l-obbligi taħt id-Dokumenti tas-Sistema li għalihom huwa d-detentur tat-TIPS DAC mhix se tikser xi dispożizzjoni tal-liġijiet jew regolamenti ta' [ġurisdizzjoni] applikabbli għat-TIPS DCA jew id-Dokumenti tad-detentur TIPS DCA.

D. Ma huma meħtieġa l-ebda awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, awtentikazzjonijiet notarili jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' xi qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti fi [ġurisdizzjoni] mid-detentur TIPS DCA inkonnessjoni mal-adozzjoni, validità jew l-eżekutorjetà ta' kwalunkwe Dokument tas-Sistema jew l-eżekuzzjoni jew il-qadi tad-drittijiet u l-obbligi taħthom.

E. Id-detentur TIPS DCA ħa l-azzjoni korporattiva kollha meħtieġa u passi oħra meħtieġa skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] biex jiżgura li l-obbligi tiegħu skont id-Dokumenti tas-Sistema huma legali, validi u vinkolanti.

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur TIPS DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]

TERMINI TA' REFERENZA GĦAL OPINJONIJIET TA' PAJJIŻ GĦAD-DETENTURI TIPS DCA MHUX TAŻ-ŻEE FIT-TARGET2

[Daħħal isem il-BĊ]

[indirizz]

[isem tas-sistema]

[post],

[data]

Għażiż Sinjur jew Sinjura,

Aħna ntlabna bħala konsulenti legali [esterni] biex [speċifika l-isem tad-detentur TIPS DCA jew il-fergħa tad-detentur TIPS DCA] (id-“detentur DAC TIPS”) fir-rigward ta' kwistjonijiet li jinqalgħu taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni li fiha d-detentur TIPS DCA huwa stabbilit; minn issa 'l quddiem “il-ġurisdizzjoni”] biex nipprovdu din l-Opinjoni taħt il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] b'konnessjoni mal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA f'sistema li hija komponent tat-TARGET2 (iktar 'il quddiem is-“Sistema”). Ir-referenzi hawnhekk għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] jinkludu r-regolamenti applikabbli kollha ta' [ġurisdizzjoni]. Aħna nesprimu opinjoni hawn taħt skont il-liġi ta' [ġurisdizzjoni], b'attenzjoni partikolari għad-detentur TIPS DCA stabbilit barra [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] fir-rigward ta' drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fis-Sistema, kif preżentat fid-Dokumenti tas-Sistema definiti hawn taħt.

Din l-Opinjoni hija ristretta għal-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] kif inhuma fis-seħħ fid-data ta' din l-Opinjoni. M'għamilna l-ebda stħarriġ dwar il-liġijiet ta' xi ġurisdizzjoni oħra bħala bażi għal din l-Opinjoni, u f'dan ir-rigward m'aħna qegħdin la nesprimu u lanqas infissru l-ebda opinjoni. Aħna nassumu li m'hemm xejn fil-liġijiet ta' ġurisdizzjoni oħra li taffettwa din l-Opinjoni.

1.    Dokumenti eżaminati

Għall-finijiet ta' din l-Opinjoni, eżaminajna d-dokumenti elenkati hawn isfel u dawk id-dokumenti l-oħra li dehrilna xierqa jew meħtieġa:

(1) il-[daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat TIPS fit-TARGET2] għas-Sistema datata [daħħal data] (iktar 'il quddiem ir-“Regoli”); u

(2) kull dokument ieħor li jirregola s-Sistema u/jew ir-relazzjoni bejn id-detentur TIPS DCA u parteċipanti oħra fis-Sistema, u bejn il-parteċipanti fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ].

Ir-Regoli u l-[.] għandhom jissejħu minn issa 'l quddiem bħala “Dokumenti tas-Sistema”.

2.    Assunzjonijiet

Biex nagħtu din l-Opinjoni assumejna fir-rigward tad-Dokumenti tas-Sistema li:

(1) id-Dokumenti tas-Sistema huma fil-kapaċità u s-setgħa ta' u ġew awtorizzati, adottati jew eżegwiti u, fejn meħtieġ, ikkonsenjati b'mod validu mill-partijiet rilevanti;

(2) il-kundizzjonijiet tad-Dokumenti tas-Sistema u d-drittijiet u l-obbligi maħluqin minnhom huma validi u jorbtu legalment skont il-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema], li bihom huma rregolati, u l-għażla tal-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema] biex jirregolaw id-Dokumenti tas-Sistema hija rikonoxxuta mil-liġijiet ta' [daħħal ir-referenza għall-Istat Membru tas-Sistema];

(3) id-dokumenti sottomessi lilna f'kopja jew bħala eżemplari jikkonformaw mal-oriġinali.

3.    Opinjoni

Fuq il-bażi ta' u bla ħsara għal dak li ntqal qabel, u bla ħsara f'kull każ għall-punti msemmija hawn isfel, aħna tal-fehma li:

3.1.    Aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż [safejn japplikaw]

Il-karatteristiċi li ġejjin tal-leġiżlazzjoni ta' [ġurisdizzjoni] huma konsistenti ma' u bl-ebda mod ma jwarrbu l-obbligi tad-detentur TIPS DCA li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema: [lista ta' aspetti legali speċifiċi għall-pajjiż].

▼M7

3.2.    Kwistjonijiet ġenerali ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

3.2.a  Tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ġestjoni ta’ kriżi

L-uniċi tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi kompożizzjoni jew rijabilitazzjoni) li, għall-finijiet ta’ din l-Opinjoni, għandhom jinkludu l-proċedimenti kollha fir-rigward tal-assi tad-detentur TIPS DCA jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] li għalihom id-detentur TIPS DCA jista’ jkun suġġett fi [ġurisdizzjoni], huma dawn li ġejjin: [elenka l-proċedimenti fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa l-“Proċedimenti ta’ Insolvenza”).

Minbarra l-Proċedimenti ta’ Insolvenza, id-detentur TIPS DCA, kull parti mill-assi tiegħu, jew kull fergħa li jista’ jkollu fi [ġurisdizzjoni] jistgħu jsiru suġġett fi [ġurisdizzjoni] għal [elenka kull moratorju, receivership, jew kull proċediment ieħor applikabbli, li b’riżultat tagħhom ordinijiet ta’ ħlas lil u/jew mid-detentur TIPS DCA jistgħu jiġu sospiżi, jew fir-rigward ta’ dawn l-ordinijiet ta’ ħlas jistgħu jiġu imposti xi limitazzjonijiet, jew proċedimenti simili, inkluż miżuri ta’ prevenzjoni ta’ kriżi jew miżuri ta’ ġestjoni ta’ kriżi ekwivalenti għal dawk iddefiniti fid-Direttiva 2014/59/UE, fil-lingwa oriġinali u t-traduzzjoni bl-Ingliż] (flimkien imsejħa bħala l-“Proċedimenti”).

3.2.b  Trattati ta’ insolvenza

[ġurisdizzjoni] jew ċerti suddiviżjonijiet politiċi fi [ġurisdizzjoni], kif speċifikat, huwa/huma parti fit-trattati ta’ insolvenza li ġejjin: [speċifika, jekk japplika li għandhom jew jista’ jkollhom impatt fuq din l-Opinjoni].

▼M6

3.3.    Inforzabbiltà ta' Dokumenti tas-Sistema

Bla ħsara għall-punti msemmija hawn isfel, id-dispożizzjonijiet kollha tad-Dokumenti tas-Sistema jkunu jorbtu u inforzabbli skont il-kundizzjonijiet tagħhom skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni], b'mod partikolari fil-każ tal-ftuħ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA.

B'mod partikolari aħna tal-opinjoni li:

3.3.a.    L-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas

Id-dispożizzjonijiet dwar l-ipproċessar ta' ordnijiet ta' ħlas [lista tal-artikoli] tar-Regoli huma validi u inforzabbli. B'mod partikolari, l-ordnijiet ta' ħlas kollha pproċessati bis-saħħa ta' dawn l-artikoli jkunu validi, jorbtu u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. Id-dispożizzjoni tar-Regoli li tispeċifika l-punt preċiż tal-ħin meta l-ordnijiet ta' ħlas mibgħuta jsiru inforzabbli u irrevokabbli ([żid l-artikolu tar-Regoli]) hija valida, torbot u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.b.    L-awtorità ta' [daħħal isem il-BĊ] biex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu

Il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA ma jaffettwawx l-awtorità u s-setgħat ta' [daħħal isem il-BĊ] li joħorġu mid-Dokumenti tas-Sistema. l-istess opinjoni tapplika wkoll fir-rigward ta' kull entità oħra li tipprovdi lill-parteċipanti b'servizzi direttament u meħtieġa biex jipparteċipaw fis-Sistema (eż. fornitur tas-servizz tan-netwerk)].

3.3.c.    Rimedji fil-każ ta' inadempjenza

[Meta japplika fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli dwar it-twettiq aċċellerat ta' talbiet li għadhom ma mmaturawx, it-tpaċija ta' talbiet minħabba l-użu tad-depożiti tad-detentur TIPS DCA, l-infurzar ta' xi rahan, is-sospensjoni u t-tmiem ta' parteċipazzjoni, it-talbiet għal imgħax applikabbli (default interest), u t-tmiem ta' ftehim u tranżazzjonijiet ([daħħal klawżoli oħra rilevanti tar-Regoli jew tad-Dokumenti tas-Sistema]) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.d.    Sospensjoni u terminazzjoni

Meta japplika fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli (fir-rigward tas-sospensjoni u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tad-detentur TIPS DCA fis-Sistema dwar il-bidu ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti jew każijiet oħra ta' inadempjenza, kif iddefiniti fid-Dokumenti tas-Sistema, jew jekk id-detentur TIPS DCA jirrappreżenta xi tip ta' riskju sistemiku jew għandu problemi operattivi serji) huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.3.e.    Ċessjoni ta' drittijiet u obbligi

Id-drittijiet u l-obbligi tad-detentur TIPS DCA ma jistgħux jiġu ċeduti, mibdulin jew inkella ttrasferiti mid-detentur TIPS DCA lil terzi partijiet mingħajr il-kunsens bil-miktub u bil-quddiem ta' [daħħal isem il-BĊ].

3.3.f.    Għażla tal-liġi regolatorja u ġurisdizzjoni

Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi [lista tal-artikoli] tar-Regoli, u b'mod partikolari fir-rigward tal-liġi regolatorja, ir-riżoluzzjoni ta' xi tilwima, il-qrati kompetenti, u n-notifika tal-proċess huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.4.    Preferenzi annullabbli

Aħna tal-fehma li l-ebda obbligu li joħroġ mid-Dokumenti tas-Sistema, it-twettiq tiegħu, jew il-konformità miegħu qabel il-ftuħ ta' kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA ma jista' jitwarrab f'dawn il-proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].

B'mod partikolari, u mingħajr limitazzjoni għal dak li ntqal hawn fuq, nesprimu din il-fehma fir-rigward ta' kull ordni ta' ħlas mibgħuta minn kull parteċipant fis-Sistema. B'mod partikolari, aħna tal-fehma li d-dispożizzjonijiet ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli li jistabbilixxu l-inforzabbiltà u l-irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta' trasferiment huma validi u inforzabbli, u li ordni ta' trasferiment mibgħuta minn kull parteċipant u pproċessata bis-saħħa ta' [lista tal-artikoli] tar-Regoli ma tistax titwarrab f'kull Proċediment ta' Insolvenza jew Proċedimenti bħala preferenza, tranżazzjoni annullabbli jew mod ieħor skont il-liġi tal-insolvenza ta' [ġurisdizzjoni].

3.5.    Sekwestru

Jekk xi kreditur tad-detentur TIPS DCA jitlob ordni ta' sekwestru (inkluża kull ordni ta' iffriżar, ordni ta' qbid, jew kull proċedura oħra tad-dritt pubbliku jew privat li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tad-detentur TIPS DCA) – minn issa 'l quddiem imsejħa bħala “Sekwestru” – skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] minn qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni], aħna tal-fehma li [daħħal l-analiżi u d-diskussjoni].

3.6.    Kollateral [jekk japplika]

3.6.a.    Ċessjoni ta' drittijiet jew depożitu ta' assi għall-finijiet ta' kollateral, rahan u/jew repo

Ċessjonijiet għall-finijiet ta' kollateral huma validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni]. B'mod speċifiku, il-ħolqien u l-infurzar ta' rahan jew repo skont [daħħal ir-referenza għall-arranġament rilevanti mal-BĊ] ikunu validi u inforzabbli skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni].

3.6.b.    Prijorità tal-interess ta' ċessjonarji, ta' detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos fuq dak ta' kredituri oħra,

Fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, id-drittijet jew l-assi mogħtija b'ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, jew mirhuna mild-detentur TIPS DCA favur ta' [daħħal isem il-BĊ] jew parteċipanti oħra fis-Sistema, se tingħatalhom prijorità ta' ħlas qabel it-talbiet tal-kredituri l-oħra kollha tad-detentur TIPS DCA u ma jkunux suġġetti għal prijorità jew kredituri ppreferuti.

3.6.c.    Infurzar ta' titolu taħt garanzija

Anke fil-każ ta' Proċedimenti ta' Insolvenza jew Proċedimenti fir-rigward tad-detentur TIPS DCA, parteċipanti oħra fis-Sistema u l-[daħħal isem il-BĊ] bħala [ċessjonarji, detenturi ta' rahan jew xerrejja ta' repos skont kif japplika] xorta jkunu ħielsa biex jinfurzaw u jiġbru d-drittijiet jew l-assi tad-detentur TIPS DCA permezz tal-azzjoni ta' [daħħal isem il-BĊ] skont ir-Regoli.

3.6.d.    Rekwiżiti għall-formola u r-reġistrazzjoni.

M'hemm l-ebda rekwiżit għall-formola għaċ-ċessjoni għal finijiet ta' garanzija ta', jew il-ħolqien u l-infurzar ta' rahan jew repo fuq id-drittijiet jew l-assi tad-detentur TIPS DCA, u mhuwiex neċessarju għal [ċessjoni għal finijiet ta' kollateral, rahan jew repo, skont kif japplika], jew kull dettall ta' dan [ċessjoni, rahan, jew repo, skont kif japplika,] biex jiġu rreġistrati jew ippreżentati fi kwalunkwe qorti kompetenti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li hija kompetenti f'[ġurisdizzjoni].

3.7.    Friegħi [safejn japplika]

3.7.a.    L-opinjoni tapplika għal azzjoni permezz tal-fergħat

Kull dikjarazzjoni u opinjoni msemmija hawn fuq fir-rigward tad-detentur TIPS DCA tapplika bl-istess preċiżjoni u validità skont il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni] f'sitwazzjonijiet fejn id-detentur TIPS DCA jaġixxi permezz ta' waħda jew iżjed mill-fergħat tiegħu li jinsabu barra [ġurisdizzjoni].

3.7.b.    Konformità mal-liġi

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew li jiġu rċevuti l-ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' detentur TIPS DCA ma jiksru bl-ebda mod il-liġijiet ta' [ġurisdizzjoni];

3.7.c.    Awtorizzazzjonijiet meħtieġa

La l-eżekuzzjoni u t-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi skont id-Dokumenti tas-Sistema, u lanqas l-għoti, it-trażmissjoni jew l-irċevuta ta' ordnijiet ta' ħlas minn fergħa ta' detentur TIPS DCA ma jkunu jeħtieġu kwalunkwe awtorizzazzjonijiet, approvazzjonijiet, kunsensi, preżentazzjonijiet, reġistrazzjonijiet, tranżunzzjonijiet jew ċertifikazzjonijiet oħra ta' jew ma' kwalunkwe qorti jew awtorità governattiva, ġudizzjarja jew pubblika li huma kompetenti fi [ġurisdizzjoni].

Din l-Opinjoni ġġib id-data tal-preżenti u hija indirizzata biss lil [daħħal isem il-BĊ] u lil [detentur TIPS DCA]. L-ebda persuna oħra ma tista' tiddependi fuq din l-Opinjoni u l-kontenut ta' din l-Opinjoni ma jistax jiġi żvelat lil persuni oħra ħlief għal min kien intiż u l-konsulent legali tiegħu mingħajr il-kunsens minn qabel bil-miktub, bl-eċċezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali [u [l-bank ċentrali nazzjonali/l-awtoritajiet regolatorji rilevanti] ta' [ġurisdizzjoni]].

Dejjem tiegħek,

[firma]




Appendiċi III

SKEDA OPERATTIVA

1. Il-Pjattaforma TIPS hija mħaddma u disponibbli fil-modalità U2 A u A2 A 24 siegħa kuljum, kull jum tas-sena.

2. Wara t-tlestija tal-aħħar algoritmi fit-TARGET2, messaġġ jintbagħat lill-pjattaforma TIPS li warajha tinbeda l-bidla tal-ġurnata tan-negozju. Wara l-bidu tal-ġurnata ta' negozju l-ġdid il-Pjattaforma TIPS tibgħat rekord lill-SSP tal-bilanċi fuq id-DCAs tat-TIPS kif kienu fil-ħin tal-bidla tal-ġurnata tan-negozju.

3. It-TARGET2 tkun miftuħa fil-jiem kollha ħlief għas-Sibtijiet, il-Ħdud, l-Ewwel tas-Sena, il-Ġimgħa l-Kbira u t-Tnejn l-Għada tal-Għid (skont il-kalendarju applikabbli fis-sede tal-BĊE), l-1 ta' Mejju, Jum il-Milied u s-26 ta' Diċembru.

4. Il-ħin ta' referenza għas-sistema huwa l-ħin lokali fis-sede tal-BĊE, jiġifieri is-CET ( 30 ).

5. Is-sigħat ta' operazzjoni jistgħu jinbidlu fil-każ li l-miżuri ta' kontinwità tas-servizz jiġu adottati.

6. Ħarsa ġenerali tal-ħinijiet operattivi u avvenimenti tan-negozju sinifikanti matul il-ġurnata hija murija fit-tabella li ġejja. Is-saldu ta' ordnijiet ta' ħlas immedjat ikompli mingħajr interruzzjoni 24/7/365. It-trasferimenti tal-likwidità huma possibbli fil-ħinijiet kollha ħlief dawk indikati fit-tabella:



Skeda SSP

Skeda TIPS

(applikabbli għal TIPS DCAs)

Ħin

Deskrizzjoni

Ħin

Deskrizzjoni

6.45-7.00

Pawsa ta' negozju għall-preparazzjoni tal-operazzjonijiet ta' bi nhar (1)

 

L-ebda trasferiment ta' likwidità

7.00-18.00

L-ipproċessar ta' bi nhar

 

 

17.00

Cut-off time għall-ħlasijiet tal-klijenti

 

 

18.00

Cut-off time għall-ħlasijiet bejn il-banek

Cut-off time għat-trasferimenti tal-likwidità (2)

18:00

Cut-off time għat-trasferimenti tal-likwidità (2)

Ftit wara is-18.00

Tlestija tal-aħħar algoritmi

 

 

Mat-tlestija tal-aħħar algoritmi

Ibgħat messaġġ lil TIPS biex tinforma li l-bidla tal-ġurnata tan-negozju tista' titwettaq

Mal-wasla tal-messaġġ minn SSP

- Bidla fil-ġurnata tan-negozju f'TIPS - Stampa tal-bilanċi fuq it-TIPS DCA u l-ġenerazzjoni ta' fajls ta' tmiem il-jum (General Ledger)

18.00-18.45 (3)

Proċessar ta' tmiem il-jum

 

 

18.15 (3)

Il-cut-off time ġenerali għall-użu ta' faċilitajiet permanenti

 

 

(Ftit wara) 18.30 (4)

Id-dejta għall-aġġornament tas-sistemi ta' kontabilità hija disponibbli għall-BĊi

 

 

18.45-19.30 (4)

L-ipproċessar tal-bidu tal-jum (jum ġdid tan-negozju)

 

 

19.00 (4) -19.30 (3)

Għoti ta' likwidità fil-kont PM

 

 

19.30 (3)

Messaġġ ta' “Bidu tal-proċedura” u s-saldu tal-ordnijiet permanenti biex tiġi ttrasferita likwidità mill-kontijiet PM għas-subkuntratti/kont tekniku (saldu anċillari relatat mas-sistema) & Bidu ta' trasferimenti ta' likwidità bejn TARGET2 u TIPS

19:30

Bidu ta' trasferimenti ta' likwidità bejn TIPS u TARGET2

19.30 (4) -22.00

Eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali; l-eżekuzzjoni ta' trasferimenti ta' likwidità addizzjonali permezz tal-ICM qabel ma s-sistema anċillari tibgħat il-messaġġi “bidu taċ-ċiklu” għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced; saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' bil-lejl (biss għall-proċedura ta' saldu anċillari tas-sistema 6 fil-ħin reali u l-proċedura ta' saldu 6 interfaced)

 

 

22.00-1.00

Perijodu ta' manutenzjoni teknika (5)

22:00 - 01:00

It-trasferimenti tal-likwidità mhumiex possibbli minħabba li l-SSP hija magħluqa

1.00-7.00

Proċedura ta' saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' bil-lejl (biss għal proċedura ta' saldu anċillari tas-sistema 6 f'ħin reali u l-proċedura ta' saldu 6 interfaced)

Trasferiment ta' likwidita bejn it-TARGET2 u TIPS

 

 

(1)   “Operazzjonijiet ta' bi nhar” tfisser l-ipproċessar ta' bi nhar u l-ipproċessar ta' tmiem il-jum.

(2)   Trasferimenti ta' likwidità mdaħħla fis-sistema qabel il-ħin tal-waqfien jiġu pproċessati.

(3)   Tispiċċa 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

(4)   Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta' manutenzjoni ta' riżerva tal-Eurosistema.

(5)   Matul weekend jew btala, it-tieqa teknika se ddum matul il-weekend jew il-btala, jiġifieri, mill-22.00 nhar ta' Ġimgħa sal-1.00 nhar ta' nejn jew, fil-każ ta' btala, mit-22.00 fl-aħħar jum tan-negozju sa 1.00 jum tan-negozju li jmiss.

7. Informazzjoni aġġornata dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS għandha tkun disponibbli fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TARGET2 (T2IS) u fuq is-Sistema ta' Informazzjoni TIPS fuq paġni ddedikati fuq il-websajt tal-BĊE. L-informazzjoni dwar l-istatus operattiv tal-SSP u l-Pjattaforma TIPS fuq it-T2IS u l-websajt tal-BĊE se tiġi aġġornata biss matul il-ħinijiet normali tax-xogħol.




Appendiċi IV

FEE SCHEDULE

Tariffi għas-servizz TIPS

1. It-tariffi li ġejjin għal servizz TIPS konness mat-TIPS DCAs għandhom jitħallsu mid-detenturi tal-kont PM Marbut:



Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

Ordni ta' ħlas istantanju

0,20 euro centeżmu

Irid jitħallas ukoll għal tranżazzjonijiet mhux saldati

Rikjesta għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba negattiva għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba pożittiva għall-irtirar

0,20 euro centeżmu

Irid jitħallas lid-detentur tal-kont tal-PM marbut miegħu assoċjat mat-TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat (ukoll għal tranżazzjonijiet mhux stabbli)

2. Sal-ewwel għaxar miljun ordni ta' ħlas istantanju u tweġibiet għall-irtirar pożittiv, kumulattivament, riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA sa tmiem l-2019, għandhom ikunu bla ħlas. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jiċċarġja lid-detenturi tal-kont tal-PM Marbut għal kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas istantanji oħra u tweġibiet għall-irtirar pożittiv riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA assoċjat sa tmiem l-2019, fis-sena ta' wara.

3. Ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil TIPS DCA mibgħut mill-kont PM ta' parteċipant u ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità ta' TIPS DCA lil PM li huma rċevuti fuq il-kont PM ta' parteċipant għandhom jitħallsu lid-detentur tal-kont tal-PM Marbut skont l-Appendiċi VI tal-Anness II.




Appendiċi V

REKWIŻITI TEKNIĊI TA' KONNETTIVITÀ TIPS

SERVIZZI TAL-FORNITUR TAS-SERVIZZ TAN-NETWERK TIPS

Deskrizzjoni tas-servizz ġenerali

1. Il-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS jgħaqqad id-detentur TIPS DCA u/jew il-parti li tista' tintlaħaq tiegħu mal-pjattaforma TIPS u jipprovdi servizz sigur ta' messaġġi bbażat fuq Grupp ta' Utenti Magħluq (CGU) u PKI, kif ukoll servizzi ta' appoġġ u ġestjoni ta' inċidenti.

2. Is-servizzi kollha pprovduti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS lid-detenturi TIPS DCA għandhom jiġu offruti taħt ftehim separat li sar bejniethom u skont ir-rekwiżiti dettaljati għall-fornituri tas-servizz tan-netwerk stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-konnettività kif għandha tinqara minn żmien għal ħin (minn hawn 'il quddiem “id-dokumentazzjoni tal-konnettività”). Id-dokumentazzjoni tal-konnettività hija disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE u tikkonsisti minn: (a) id-dokument intitolat “Konnettività - rekwiżiti tekniċi” u l-annessi tiegħu li ġejjin: “MEPT - Proċessar ta' Skambju ta' Messaġġi għal TIPS” u “Proċedura tal-Kontroll tal-Konformità tal-NSP”; u (b) it-termini u l-kundizzjonijiet tal-konnettività tat-TIPS. Id-detenturi TIPS DCA huma mistiedna jinkludu d-dokumentazzjoni tal-konnettività fil-ftehim tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS.

3. Sabiex fornitur tas-servizz tan-netwerk jidħol fi ftehim ma' detentur TIPS DCA bħala fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS, għandha ssir verifika tal-konformità tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk biex jiġi żgurat li tali fornitur ikun teknikament konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dokument “Konnettività - rekwiżiti tekniċi”. Din il-verifika għandha tinkludi, l-ewwel, evalwazzjoni tal-offerta teknika tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk. Jekk din l-evalwazzjoni tkun pożittiva, għandu jitwettaq it-tieni stadju tal-kontroll tal-konformità, li jinkludi serje ta' testijiet tas-soluzzjoni teknika tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk. Il-kontroll tal-konformità huwa deskritt f'iktar dettall fil- “Proċedura tal-Kontroll tal-Konformità tal-NSP” imsemmi fil-paragrafu 2.

4. Jekk il-fornitur tas-servizz tan-netwerk jtemm b'suċċess il-kontroll tal-konformità, jiffirma l-kundizzjonijiet talkonnettività għall-hosting TIPS u l-kundizzjonijiet mal-Banca d'Italia. Tali fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS jista' mbagħad jintuża minn kwalunkwe detentur TIPS DCA, taħt ftehim separat li jidħol għalihom tal-ewwel u l-aħħar, u l-ismijiet tagħhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE, għal skopijiet ta' informazzjoni biss. Il-kontroll tal-konformità msemmi fil-paragrafu 3 għandu jitwettaq fi żmien 120 jum kalendarju mid-data tan-notifika uffiċjali tal-bidu ta' dik il-proċedura lid-detentur TIPS DCA.

5. Jekk fornitur tas-servizz tan-netwerk ma jikkompletax b'suċċess kwalunkwe stadju tal-verifika ta' konformità msemmija fil-paragrafu 3, il-[daħħal l-isem tal-BĊN] għandu jinforma lid-detentur TIPS DCA li fuq talba tiegħu tkun inbdiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, u r-raġunijiet għaliha.

6. Għandhom ikunu d-detenturi TIPS DCA, fl-interess tagħhom stess u taħt il-ftehim separat tagħhom mal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS tagħhom, biex jimmonitorjaw jekk is-servizzi ta' konnettività li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk tagħhom TIPS jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi u operattivi kollha kif imsemmi fil-paragrafu 2 fiż-żmien tal-proċedura ta' kontroll tal-konformità, u għall-perjodu kollu taż-żmien li d-detenturi TIPS DCA huma konnessi mal-Pjattaforma TIPS.

7. Kwalunkwe monitoraġġ tal-BĊNi li jipprovdu pjattaforma TIPS tal-konformità ta' fornitur ta' servizz ta' netwerk TIPS mar-rekwiżiti tekniċi u operattivi għandu jsir bl-uniku interess li tiġi protetta l-integrità tal-Pjattaforma TIPS u, għalhekk, mingħajr preġudizzju għas-sorveljanza mwettqa mid-detentur TIPS DCA skont il-paragrafu 6.

8. Fornitur ta' servizz tan-netwerk TIPS jista' jiġi skonness mill-pjattaforma TIPS jekk ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet tad-dokumentazzjoni tal-konnettività deskritti fil-paragrafu 2 jew jekk it-termini u l-kondizzjonijiet ta' konnettività TIPS jintemmu għal kwalunkwe raġuni oħra, kif stabbilit f'dawk it-termini u kundizzjonijiet. Jekk il-konnessjoni tal-fornitur tas-servizz tan-netwerk TIPS mal-Pjattaforma TIPS tiġi mitmuma, din titneħħa mil-lista tal-fornituri tas-servizz tan-netwerk TIPS.

▼B




ANNESS III

GĦOTI TA’ KREDITU INTRADAY

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness:

(1) “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 [u, jekk ikun rilevanti, daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;

(2) “faċilità ta’ self marġinali” tfisser faċilità permanenti tal-Eurosistema li tista’ tintuża minn kontropartijiet biex jirċievu kreditu overnight mingħand BĊ tal-Eurosistema bir-rata ta’ self marġinali speċifikata minn qabel;

(3) “rata ta’ self marginali” tfisser ir-rata ta’ imgħax applikabbli għall-faċilità ta’ self marġinali;

(4) “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5) “entità fis-settur pubbliku” tfisser entità fi ħdan is-“settur pubbliku”, din l-espressjoni tal-aħħar kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta’ Diċembru 1993 li jispeċifika d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 104 u 104(b) tat-Trattat ( 31 ),

▼M6

(6) “ditta tal-investiment” tfisser kumpanija tal-investiment skont it-tifsira ta' [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE], esklużi l-istituzzjonijiet speċifikati fi [daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 2 (1) tad-Direttiva 2014/65/UE], sakemm id-ditta tal-investiment inkwistjoni hija: (a) hija awtorizzata u ssorveljata minn awtorità kompetenti rikonoxxuta, indikata bħala tali taħt id-Direttiva 2014/65/UE; u b) intitolata twettaq l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 2, 3, 6 u 7 tat-Taqsima A tal-Anness 1 tad-Direttiva 2014/65/UE;

▼M4

(7) “rabtiet mill-qrib” ifissru rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Artikolu 138 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

▼B

(8) “proċedimenti ta’ insolvenza” tfisser proċedimenti ta’ insolvenza fit-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;

(9) “każ ta' inadempjenza” tfisser kull każ imminenti jew eżistenti, li l-okkorrenza tiegħu tista' thedded lil entità fil-qadi tal-obbligi tagħha taħt l-arranġamenti nazzjonali li jimplimentaw din il-Linja Gwida jew regoli oħrajn (inklużi dawk speċifikati mill-Kunsill Governattiv b'rispett għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema) li japplikaw għar-relazzjoni bejn dik l-entità u kwalunkwe BĊi tal-Eurosistema, inkluż:

▼M6

(a) fejn l-entità m'għadhiex tissodisfa iktar l-kriterji għall-aċċess u/jew rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II u, jekk applikabbli, l-Anness V, jew l-or Anness IIa jew l-Anness IIb jew fejn l-eliġibbiltà tagħha bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ġiet sospiża jew itterminata;

▼B

(b) il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza b'rabta mal-entità;

(c) is-sottomissjoni ta' applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fil-punt (b),

(d) il-ħruġ mill-entità ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw b'rabta ma' kreditu intraday;

(e) id-dħul tal-entità fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri tagħha;

(f) fejn l-entità hija, jew titqies mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti li hija, insolventi jew ma tistax tħallas id-djun tagħha;

(g) fejn il-bilanċ ta' kreditu tal-entità fuq ►M6  il-kont PM tagħha, it-T2S DCA tagħha jew id-DAC TIPS tagħha ◄ jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma suġġetti għal ordni ta' ffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew it-tariffi tal-kredituri tal-entità;

(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-entità f'sistema ta' komponent ta' TARGET2 oħra u/jew f'sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i) fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekontrattwali magħmula mill-entità jew li huwa implikat li saret mill-entità taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera; jew

(j) iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom;

▼M6

(10) “kont ta' Flus Dedikat T2S (T2S DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur tad-T2S DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għal ħlasijiet fi flus kontanti b'rabta ma' saldu ta' titoli f'T2S;

(11) “kont tal-Flus Dedikat TIPS (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2, u użat għall-għoti ta' servizzi ta' pagament istantanju lill-klijenti tiegħu.

▼B

Entitajiet eliġibbli

▼M4

1.  ►M6  Kull BĊN taż-żona tal-euro għandu jipprovdi kreditu intraday lil istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li huma kontropartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema, għandu aċċess għall-faċilità ta' self marġinali u għandu kont mal-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti, inkluż meta dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ZEE, iżda dawk il-friegħi għandhom ikunu stabbiliti fl-istess pajjiż bħall-BĊN relevanti taż-żona tal-euro. ◄ L-ebda kreditu intraġurnata ma jista' jingħata lil entitajiet li huma suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri skont l-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat li l-implimentazzjoni tagħhom, minħabba [referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li ġie infurmat il-BĊE, hija kompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2.

2. Il-kreditu intraġurnata jista' jingħata ukoll lill-entitajiet li ġejjin:

(a) imħassar;

▼M6

(b) istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE li mhumiex kontrapartijiet eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema u/jew m'għandhomx aċċess għall-faċilità ta' self marġinali, inkluż meta dawn jaġixxu permezz ta' fergħa stabbilita fl-Unjoni jew fiż-ŻEE u inklużi fergħat stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-ŻEE ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma stabbiliti barra ż-ŻEE;

▼M7

(c) id-dipartimenti tat-teżor tal-gvernijiet ċentrali jew reġjonali tal-Istati Membri u korpi tas-settur pubbliku ta' Stati Membri awtorizzati li jżommu kontijiet għall-klijenti;

▼M4

(d) ditti ta' investiment stabbiliti ►M6  l-Unjoni jew l-EEA ◄ sakemm ikunu kkonkludew arranġament ma' kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema biex jiżguraw li kull pożizzjoni ta' debitu residwa fi tmiem il-jum rilevanti tkun koperta; u

(e) entitajiet li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-punt (b) li jiġġestixxu sistemi anċillari u jaġixxu f'dik il-kapaċità, iżda l-arranġamenti għall-għoti ta' kreditu intraġurnata lil dawn l-entitajiet ikunu ntbagħtu lill-Kunsill Governattiv bil-quddiem u jkunu ġew approvati mill-Kunsill Governattiv,

iżda fil-każijiet speċifikati fil-punti (b) sa (e) l-entità li tirċievi l-kreditu intraġurnata għandha tkun stabbilita fl-istess ġurisdizzjoni bħall-BĊN li jipprovdi l-kreditu intraġurnata.

Il-kreditu mil-lum għall-għada kollu mogħti lil kontropartijiet ċentrali eliġibbli għandu jkun suġġett għall-kundizzjonijiet ta' dan l-Anness (inkluż id-dispożizzjonijiet relatati mal-kollateral eliġibbli).

Is-sanzjonijiet previsti fil-paragrafi 10 u 11 għandhom japplikaw meta kontropartijiet ċentrali jonqsu milli jirrimborsaw il-kreditu mil-lum għall-għada estiż għalihom mill-BĊN tagħhom.

3. Għall-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2(b) sa (e), u skont l-Artikolu 19 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-kreditu intraġurnata għandu jkun limitat għall-jum imsemmi u l-ebda estenzjoni għal kreditu mil-lum għall-għada ma għandha tkun possibbli.

Bħala deroga, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi, permezz ta' deċiżjoni motivata minn qabel, li jipprovdi aċċess għall-faċilità ta' self marġinali lil ċerti kontropartijiet ċentrali eliġibbli (CCPs), fl-ambitu tal-Artikolu 139(2)(c) tat-Trattat flimkien mal-Artikoli 18 u 42 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-Artikolu 1(1) tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Tali CCPs eliġibbili huma dawk li, fil-ħinijiet rilevanti kollha:

(a) huma entitajiet eliġibbli għall-finijiet tal-paragrafu 2(e) sakemm dawk l-entitajiet eliġibbli jkunu wkoll awtorizzati bħala CCPs skont il-leġizlazzjoni applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali;

(b) huma stabbiliti fiz-żona tal-euro;

(c) huma suġġetti għal supervizjoni u/jew sorveljanza minn awtoritajiet kompetenti;

▼M6

(d) jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sorveljanza għall-pożizzjoni ta' infrastrutturi li joffru servizzi f'euro, kif emendati minn żmien għal żmien u ppubblikati fil-websajt tal-BĊE ( 32 );

▼M4

(e) ikollhom kontijiet fil-Payments Module [Modulu ta' Ħlas] (PM) ta' TARGET2;

(f) ikollhom aċċess għal kreditu intraġurnata;

▼B

Kollateral eliġibbli

▼M4

4. Il-kreditu intraġurnata għandu jkun ibbażat fuq kollateral eliġibbli u mogħti permezz ta' self intraġurnata u kkollateralizzat u/jew tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid intraġurnata li huma konformi mal-karatteristiċi komuni minimi addizzjonali (inklużi l-każijiet ta' inadempjenza msemmijin hemm, kif ukoll il-konsegwenzi rispettivi tagħhom) li jispeċifika l-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' politika monetarja tal-Eurosistema. Kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti mill-istess assi u strumenti bħala assi eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja ta' Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Kreditu intraġurnata għandu jingħata biss ladarba l-assi eliġibbli pprovduti bħala kollateral jiġu finalment ittrasferiti jew mirhuna. Għal dan l-iskop, il-kontropartijiet għandhom jiddepożitaw minn qabel jew ikun rahnu l-assi eliġibbli mal-BĊN rilevanti jew ikunu ssaldaw l-assi eliġibbli mal-BĊN rilevanti fuq il-bażi ta' konsenja mal-ħlas.

5. Strumenti ta' debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza parti oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċettati biss bħala kollateral eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼M6

5a. L-użu ta' kollateral ineliġibbli jista' jirriżulta fl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet skont il-Parti Ħamsa tal-Linja ta' Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼B

6. Il-Kunsill Governattiv jista’, fuq proposta mill-BĊN taż-żona tal-euro rilevanti, jeżenta d-dipartimenti tat-teżor imsemmija fil-paragrafu 2(ċ) mill-obbligu li jipprovdu kollateral adegwat qabel ma jiksbu l-kreditu intraday.

Proċedura tal-estenzjoni ta’ kreditu

7. L-aċċess għall-kreditu intraday jista’ jingħata biss fil-jiem tan-negozju.

8.  Intraday credit għandu jingħata mingħajr imgħax.

▼M6

9. In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 1 biex tirrimborża l-kreditu intraday fi tmiem il-jum għandu jkun ikkunsidrat awtomatikament bħala talba minn dik l-entità biex tirrikorri għall-faċilità ta' self marġinali. Jekk entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha TIPS DCA, għandu jittieħed kont tal-bilanċ ta' tmiem il-jum fuq it-TIPS DCA tiegħu rreġistrat skont l-Appendiċi III tal-Anness IIb ta' din il-Linja Gwida għall-fini tal-kalkolu tal-ammont tar-rikors tal-entità għall-faċilità awtomatika ta' self marġinali. Madankollu, dan m'għandux iwassal għall-attivazzjoni tar-rilaxx ekwivalenti ta' assi predepożitati bħala kollaterali għall-kreditu intraday pendenti sottostanti.

▼B

10. In-nuqqas minn entità msemmija fil-paragrafu 2(b), (d) jew (e) biex tirrimborsal-kreditu intraday fi tmiem il-jum għal kwalunkwe raġuni għandu jagħmel lil dik l-entità responsabbli għall-penali li ġejjin:

(a) jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għall-ewwel darba matul perijodu ta’ tnax-il xahar, allura din l-entità teħel imgħax penali kkalkulat bir-rata ta’ ħames punti ta’ persentaġġ aktar mir-rata ta’ self marġinali fuq l-ammont ta’ dak il-bilanċ ta’ debitu;

(b) jekk l-entità msemmija għandha bilanċ ta’ debitu fil-kont tagħha fi tmiem il-jum għal mill-anqas it-tieni darba matul l-istess perijodu ta’ tnax-il xahar, allura l-imgħax penali msemmi fis-subparagrafu (a) għandu jiżdied b’2,5 punti ta’ persentaġġ għal kull darba addizzjonali mal-ewwel darba li tkun seħħet pożizzjoni ta’ debitu matul dan il-perijodu ta’ tnax-il xahar.

11. Il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi li jneħħi jew li jnaqqas il-penalitajiet imposti bis-saħħa tal-paragrafu 10, jekk il-bilanċ ta’ debitu tal-entità msemmija fi tmiem il-jum huwa attribwibbli għal forza maġġuri u/jew ħsara teknika tat-TARGET2, din tal-aħħar kif iddefinita fl-Anness II.

Sospensjoni, limitazzjoni jew tmiem ta’ kreditu intraday

12.

 

(a) BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu intraday jekk iseħħ wieħed mill-każijiet ta’ inadempjenza li ġejjin:

(i) il-kont tal-entità mal-BĊN taż-żona tal-euro jiġi sospiż jew jingħalaq;

(ii) l-entità kkonċernata ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness għall-għoti ta’ kreditu intraday;

(iii) deċiżjoni tittieħed minn awtorita’ kompetenti ġudizzjarja jew oħra biex timplimenta fir-rigward tal-entità proċedura għal-likwidazzjoni tal-entità jew il-ħatra ta’ likwidatur jew uffiċjal analogu għall-entità jew proċedura oħra analoga;

(iv) l-entità ssir soġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni u li jirrestrinġu l-abbiltà tal-entità biex tuża l-fondi tagħha;

(v) l-eliġibbiltà ta’ entità bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ġiet sospiża jew itterminata.

(b) BĊNi taż-żona tal-Euro jistgħu jissospendu jew jitterminaw l-aċċess għall-kreditu intraday jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tal-parteċipant fit-TARGET2 skont l-Artikolu 34(2)(b) sa (e) tal-Anness II, jew iseħħ wieħed jew aktar mill-każijiet ta’ inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 34(2)(a)).

▼M4

(c) Jekk l-Eurosistema tiddeċiedi li tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti ta' politika monetarja għal raġunijiet ta' prudenza jew xorta oħra skont l-Artikolu 158 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), il-BĊNi taż-żona tal-euro għandhom jimplimentaw dik id-deċiżjoni fir-rigward ta' aċċess għall-kreditu intraġurnata skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊNi rispettivi.

▼B

(d) Il-BĊNi taż-żona tal-euro jistgħu jiddeċiedu li jissospendu, jillimitaw jew jitterminaw l-aċċess ta’ parteċipant għall-kreditu intraday jekk jitqies li l-parteċipant joħloq riskji għal raġunijiet ta’ prudenza. F’dawn il-każijiet, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jinnotifka b’dan immedjatament lill-BĊN u BĊNi oħrajn taż-żona tal-euro bil-miktub. Meta jkun xieraq, l-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħudin fis-sistemi ta’ komponent tat-TARGET2 kollha.

13. Meta BĊN taż-żona tal-euro jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-kreditu intraday skont il-paragrafu 12(d) ta’ hawn fuq, dik id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm il-BĊE jkun approvaha.

14. B’deroga mill-paragrafu 13, f’ċirkostanzi urġenti, BĊN taż-żona tal-euro jista’ jissospendi l-aċċess ta’ kontroparti tal-politika monetarja tal-Eurosistema għall-kreditu intraday b’effett immedjat. F’dawn il-każijiet, il-BĊN taż-żona tal-euro għandu jinnotifka b’dan immedjatament lill-BĊN bil-miktub. Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa li jreġġa’ lura l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro. Iżda, jekk il-BĊE ma jibgħatx lill-BĊN taż-żona tal-euro notifika li jkun reġġa’ lura d-deċiżjoni fi żmien għaxart ijiem tan-negozju minn meta l-BĊE jkun irċieva n-notifika, il-BĊE għandu jitqies li jkun approva l-azzjoni tal-BĊN taż-żona tal-euro.

▼M3




ANNESS IIIa

KUNDIZZJONIJIET GĦAL OPERAZZJONIJIET TA' AWTOKOLLATERALIZZAZZJONI

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness:

▼M4

(1) “awtokollateralizzazzjoni” tfisser kreditu intraġurnata mogħti mill-BĊN fiż-żona tal-euro fi flus tal-bank ċenrali attivat meta ►M6  detentur T2S DCA ◄ ma jkollux biżżejjed fondi biex jissalda tranżazzjonijiet ta' garanziji, fejn tali kreditu intraġurnata jiġi kkollateralizzat jew billi jinxtraw titoli (kollaterali fuq fluss), jew b'garanziji miżmumin diġà mid- ►M6  detentur T2S DCA ◄ (kollateral fi stokk). Tranżazzjoni ta' awtokollateralizzazzjoni tikkonsisti minn żewġ tranżazzjonijiet distinti, waħda għall-għoti ta' awtokollateralizzazzjoni u waħda għar-rimbors tagħha. Tista' tinkludi t-tielet tranżazzjoni għal kull rilokazzjoni eventwali tal-kollateral. Għall-finijiet tal-Artikolu 16 tal-Anness IIa, it-tliet tranżazzjonijiet huma kkunsidrati li ddaħħlu fis-sistema u tqiesu irrevokabbli fl-istess ħin tat-tranżazzjoni għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni;

▼M3

(2) “likwidità disponibbli” tfisser il-bilanċ ta' kreditu fuq id- ►M6  T2S DCA ◄ mnaqqas bl-ammont ta' kull riżerva pproċessata ta' likwidità jew imblokkar ta' fondi,

▼M6

(3) “Kont tal-Flus Dedikat T2S (T2S DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur tad-T2S DCA, miftuħ fit-TARGET2- [daħħal ir-referenza tal-BĊ/pajjiż] u jintuża għal ħlasijiet fi flus kontanti b'rabta mal-ħlas tat-titoli f'T2S;

▼M3

(4) “istituzzjoni ta' kreditu” tfisser jew: (a) istituzzjoni ta' kreditu fit-tifsira tal-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 [u, jekk ikun rilevanti, daħħal id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE] li hija suġġetta għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti; jew (b) istituzzjoni ta' kreditu oħra fit-tifsira tal-Artikolu 123(2) tat-Trattat li hija suġġetta għall-iskrutinju ta' standard paragunabbli għas-superviżjoni minn awtorità kompetenti;

(5) “fergħa” tfisser fergħa fit-tifsira tal-punt (17) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▼M4

(6) “rabtiet mill-qrib” ifissru rabtiet mill-qrib fit-tifsira tal-Artikolu 138 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

▼M3

(7) “proċeduri ta' insolvenza” tfisser proċeduri ta' insolvenza fit-tifsira tal-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 98/26/KE;

(8) “każ ta' inadempjenza” ifisser kull każ imminenti jew eżistenti, li l-okkorrenza tiegħu tista' thedded lil entità fil-qadi tal-obbligi tagħha taħt [daħħal referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw ►M6  Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat T2S fit-TARGET2 ◄ u d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness IIIa] jew kull regola oħra (inklużi dawk speċifikati mill-Kunsill Governattiv fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema) li japplikaw għar-relazzjoni bejn dik l-entità u kull BĊi tal-Eurosistema, inkluż:

▼M6

(a) meta l-entità ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta' aċċess u/jew rekwiżiti tekniċi stabbiliti fi [daħħal ir-referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw il-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' kont PM fit-TARGET2 u, jekk applikabbli, jew il-Kondizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat T2S fit-TARGET2 jew il-Kondizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Flus Dedikat tat-TIPS fit-TARGET2] jew fejn l-eliġibbiltà tiegħu bħala kontraparti għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ġiet sospiża jew mitmuma;

▼M3

(b) il-ftuħ ta' proċeduri ta' insolvenza b'rabta mal-entità;

(c) is-sottomissjoni ta' applikazzjoni marbuta mal-proċeduri msemmijin fil-punt (b);

(d) il-ħruġ mill-entità ta' dikjarazzjoni bil-miktub dwar l-inabbiltà tagħha li tħallas id-djun kollha tagħha jew xi parti minnhom jew li tissodisfa l-obbligi tagħha li jirriżultaw b'rabta ma' kreditu intraday;

(e) id-dħul tal-entità fi ftehim ġenerali volontarju jew ftehim mal-kredituri tagħha;

(f) fejn l-entità hija, jew hija meqjusa mill-[daħħal isem il-BĊ] li hi, insolventi jew ma tistax tħallas id-djun tagħha;

▼M6

(g) fejn il-bilanċ ta' kreditu tal-entità fuq il-kont PM,T2S DCA, jew TIPS DCA tagħha jew l-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom huma soġġetti għal ordni ta' ffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra intiża biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-entità;

▼M3

(h) fejn il-parteċipazzjoni tal-entità f'sistema ta' komponent ta' TARGET2 oħra u/jew f'sistema anċillari ġiet sospiża jew itterminata;

(i) fejn rappreżentazzjoni materjali jew dikjarazzjoni prekontrattwali magħmula mill-entità jew li huwa implikat li saret mill-entità taħt il-liġi applikabbli hija skorretta jew mhux vera; jew

(j) iċ-ċessjoni tal-assi kollha tal-entità jew parti sostanzjali minnhom;

▼M6

(9) “Kont tal-Flus Dedikat (TIPS DCA)” tfisser kont miżmum minn detentur TIPS DCA, miftuħ fit-TARGET2, u użat għall-provvista ta' servizzi ta' ħlas istantanju lill-klijenti tiegħu.

▼M3

Entitajiet eliġibbli

1. Minkejja l-paragrafu 13, [daħħal isem il-BĊ] għandu, mis- ►M4  18 ta' Settembru ◄ 2017 u wara talba, joffri faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni lill-entitajiet li lilhom jipprovdi kreditu intraday skont l-Anness III, bil-kundizzjoni li dawn l-entitajiet ikollhom kemm ►M6  T2S DCA ◄ u kont PM ma' [daħħal isem il-BĊ] u ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew Stat Membru bis-saħħa tal-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, [li l-implementazzjoni tagħhom, fil-fehma tal-[daħħal isem il-BĊ] wara li jinforma lill-BĊE, huwa inkompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2].

2. L-awtokollateralizzazzjoni għandha tkun limitata għal intraday biss. M'għandhiex tkun possibbli estensjoni tal-kreditu ta' matul il-lejl.

Kollateral eliġibbli

▼M4

3. L-awtokollateralizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq kollaterali eliġibbli. Kollateral eliġibbli għandu jikkonsisti mill-istess assi bħala eliġibbli għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema, u għandu jkun suġġett għall-istess regoli dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskju bħal dawk stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 BĊE/2014/60.

▼M3

Barra minn hekk, kollateral eliġibbli għall-awtokollateralizzazzjoni:

(a) jista' jiġi limitat minn BĊNi taż-żona tal-euro permezz ta' esklużjoni ex ante ta' kollateral potenzjali b'rabta mill-qrib;

(b) għandu jiġi mmobilizzat, fil-każ ta' użu transkonfinali, permezz ta' konnessjoni kkunsidrata bħala eliġibbli għall-użu f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u ppubblikat fil-websajt tal-BĊE ( 33 );

(c) huwa suġġett għal ċerti għażliet diskrezzjonali għall-esklużjoni ta' kollateral eliġibbli kif mogħti lill-BĊNi taż-żona tal-euro b'deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE;

▼M4

4. Strumenti ta' debitu maħruġa jew iggarantiti mill-entità, jew minn kull terza parti oħra li magħha l-entità għandha rabtiet mill-qrib, jistgħu jiġu aċċettati biss bħala kollateral eliġibbli fis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-Parti Erbgħa tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼M6

4a. L-użu ta' kollateral ineliġibbli jista' jirriżulta fl-applikazzjoni ta' sanzjonijiet skont il-Parti Ħamsa tal-Linja ta' Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

▼M3

Proċedura ta' għoti ta' kreditu u rkupru

5. L-awtokollateralizzazzjoni tista' tiġi pprovduta biss fil-jiem ta' negozju.

6. Kreditu miksub permezz tal-awtokollateralizzazzjoni għandu jiġi pprovdut mingħajr imgħax.

7. It-tariffi għandhom jiġu imposti għall-għoti tal-awtokollateralizzazzjoni skont l-iskeda tat-tariffi mehmuża bħala l-Appendiċi VI tal-Anness IIa.

8. L-awtokollateralizzazzjoni tista' tiġi rrimborsata fi kwalunkwe żmien matul il-jum mid- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ billi tiġi segwita l-proċedura deskritta fl-T2S UDSF.

9. L-awtokollateralizzazzjoni għandha tiġi rrimborsata mhux iktar tard mill-ħin definit fi [daħħal referenza għall-arranġamenti li jimplimentaw l-Appendiċi V ►M6  mal-Kundizzjonijiet Armonizzati għall-Ftuħ u l-Operazzjoni ta' Kont ta' Kontanti Dedikat T2S f'TARGET2 ◄ ], u skont il-proċess li ġej:

(a) il-[daħħal isem il-BĊ] li jaġixxi permezz tal-Pjattaforma T2S jirrilaxxa l-istruzzjoni tar-rimbors li tiġi mħallsa skont jekk hemmx kontanti disponibbli biex tiġi rrimborżata l-awtokollateralizzazzjoni pendenti;

(b) jekk, wara li jittieħed il-pass (a), il-bilanċ fuq id- ►M6  T2S DCA ◄ mhuwiex biżżejjed biex tiġi rimborsata l-awtokollateralizzazzjoni pendenti, il-[daħħal isem il-BĊ] li jaġixxi permezz ta' verifiki tal-Pjattaforma T2S jivverifika ►M6  T2S DCAs ◄ oħra miftuħin fil-kotba tiegħu għall-istess ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ u jittrasferixxi kontanti minn kull jew kwalunkwe ►M6  T2S DCA ◄ minn dawn fejn l-istruzzjonijiet ta' rimbors huma pendenti;

(c) jekk, wara li jittieħdu l-pass (a) u (b), il-bilanċ fuq ►M6  T2S DCA ◄ ma huwiex biżżejjed biex isir rimbors tal-awtokollateralizzazzjoni pendenti, id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għandu jitqies li ta struzzjoni lil [daħħal isem il-BĊ] biex jittrasferixxi l-kollateral użat biex tinkiseb l-awtokollateralizzazzjoni pendenti fil-kont kollaterali ta' [daħħal isem il-BĊ]. Imbagħad, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jipprovdi l-likwidità biex isir ir-rimbors tal-awtokollateralizzazzjoni pendenti u mingħajr dewmien jiġi ddebitat l-kont PM rilevanti tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ .

▼M4

(d) Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu japplika penali ta' EUR 1 000 għal kull jum tan-negozju fejn ikun sar rikors wieħed jew iżjed għar-rilokazzjoni kollaterali taħt il-punt (c). Il-penali għandha tiġi ddebitata mill-kont PM rilevanti tad- ►M6  detentur T2S DCA ◄ msemmi fil-punt (c).

▼M3

Sospensjoni, limitazzjoni jew terminazzjoni ta' faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni

10.

 

(a) [daħħal isem il-BĊ] għandu jissospendi jew jittermina l-aċċess għall-faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni jew iseħħ wieħed mill-każijiet ta' inadempjenza li ġejjin:

▼M6

(i) il-kont T2S DCA, TIPS DCA jew PM tal-entità fi [daħħal l-isem tal-BĊ] huwa sospiż jew magħluq;

▼M3

(ii) l-entità kkonċernata ma tibqax tissodisfa xi wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fi [daħħal ir-referenza għad-dispożizzjonijiet li jimplimentaw dawn il-Kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' awtokollateralizzazzjoni];

(iii) deċiżjoni tittieħed minn awtorita' kompetenti ġudizzjarja jew oħra biex timplimenta fir-rigward tal-entità proċedura għal-likwidazzjoni tal-entità jew il-ħatra ta' likwidatur jew uffiċjal analogu għall-entità jew proċedura oħra analoga,

(iv) l-entità ssir suġġetta għall-iffriżar ta' fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Unjoni u li jirrestrinġu l-abbiltà tal-entità biex tuża l-fondi tagħha;

(v) l-eliġibbiltà ta' entità bħala kontroparti għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja ġiet sospiża jew itterminata.

(b) [daħħal isem il-BĊ] jistgħu jitterminaw l-aċċess għall-faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni jekk BĊN jissospendi jew jittermina l-parteċipazzjoni tad- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ f'TARGET2 skont l-Artikolu 24(2)(b) sa (d) tal-Anness IIa, jew iseħħ wieħed jew aktar mill-każijiet ta' inadempjenza (minbarra dawk imsemmijin fl-Artikolu 24(2)(a) tal-Anness IIa).

(c)  ►M4  L-Eurosistema tista' tiddeċiedi li tissospendi, tillimita jew teskludi l-aċċess tal-kontropartijiet għall-istrumenti ta' politika monetarja għal raġunijiet ta' prudenza jew inkella skont l-Artikolu 158 tal-Linja gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). ◄ F'dawn il-każijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] għandhom jimplimentaw dik id-deċiżjoni fir-rigward ta' aċċess għall-faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni skont id-dispożizzjonijiet fl-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-[daħħal isem il-BĊ].

(d) [daħħal isem il-BĊ] jista' jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għal faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni jekk id- ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ jitqies li joħloq riskji għal raġunijiet ta' prudenza. F'dawn il-każijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jinnotifka b'dan immedjatament lill-BĊE u BĊNI oħrajn taż-żona tal-euro u BĊNi konnessi bil-miktub. Meta jkun xieraq, il-Kunsill Governattiv għandu jiddeċiedi fuq l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri meħudin fis-sistemi komponenti kollha ta' TARGET2.

11. Meta [daħħal isem il-BĊ] jiddeċiedi li jissospendi, jillimita jew jittermina l-aċċess ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għal faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni skont il-paragrafu 10(d), dik id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm il-BĊE jkun approvaha.

12. B'deroga mill-paragrafu 11, f'ċirkustanzi urġenti [daħħal isem il-BĊ] jista' jissospendi aċċess ta' ►M6  detentur ta' T2S DCA ◄ għal faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni b'effett immedjat. F'dawn il-każijiet, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jinnotifka b'dan immedjatament lill-BĊN bil-miktub. Il-BĊE għandu jkollu s-setgħa li jreġġa' lura l-azzjoni tal-[daħħal isem il-BĊ]. Iżda, jekk il-BĊE ma jibgħatx lil [daħħal isem il-BĊ] avviż li jkun reġġa' lura d-deċiżjoni fi żmien għaxat ijiem tan-negozju minn meta l-BĊE jkun irċieva n-notifika, il-BĊE għandu jitqies li jkun approva l-azzjoni tal-[daħħal isem il-BĊ].

Dispożizzjoni tranżitorja

13. B'deroga mill-paragrafu 1, fil-perijodu bejn it-22 ta' Ġunju 2015 sas- ►M4  18 ta' Settembru ◄ 2017 [daħħal isem il-BĊ] jista', wara talba, joffri faċilitajiet ta' awtokollateralizzazzjoni lill-entitajiet li lilhom jipprovdi kreditu intraday skont l-Anness III, bil-kundizzjoni li dawn l-entitajiet ikollhom kemm ►M6  T2S DCA ◄ kif ukoll kont PM ma' [daħħal isem il-BĊ] u ma jkunux suġġetti għal miżuri restrittivi adottati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jew Stat Membru bis-saħħa tal-Artikolu 65(1)(b), l-Artikolu 75 jew l-Artikolu 215 tat-Trattat, [li l-implementazzjoni tagħhom, fil-fehma tal-[BĊ/referenza tal-pajjiż] wara li jinforma lill-BĊE, tkun inkompatibbli mal-funzjonament bla xkiel ta' TARGET2].;

▼M5




ANNESS IV

PROĊEDURI TA' SALDU GĦAL SISTEMI ANĊILLARI

1.    Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u b'riferenza għad-definizzjonijiet fl-Artikolu 2:

(1) “struzzjoni ta' kreditu” tfisser struzzjoni ta' ħlas mogħtija minn AS u indirizzata lil ASCB biex jiġi ddebitat wieħed mill-kontijiet miżmuma u/jew immaniġġjati mill-AS fil-PM, u biex jiġi kkreditat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat fih,

(2) “struzzjoni ta' debitu” tfisser struzzjoni ta' ħlas indirizzata lil SCB u mibgħuta minn AS biex jiġi ddebitat kont PM jew subkont ta' bank tas-saldu bl-ammont speċifikat, fuq il-bażi ta' mandat ta' debitu, u biex jiġi kkreditat jew wieħed mill-kontijiet tal-sistema anċillari fil-PM, jew kont PM jew subkont ieħor tal-bank tas-saldu,

(3) “struzzjoni ta' ħlas” jew “struzzjoni ta' ħlas sistema anċillari” tfisser struzzjoni ta' kreditu jew struzzjoni ta' debitu,

(4) “bank ċentrali tas-sistema anċillari (ASCB)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li miegħu s-sistema anċillari rilevanti għandha arranġament bilaterali għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-PM,

(5) “bank ċentrali tas-saldu (SBC)” tfisser BĊ tal-Eurosistema li jkollu kont PM ta' bank tas-saldu,

(6) “bank tas-saldu” tfisser parteċipant li l-kont PM jew subkont tiegħu jintuża għas-saldu ta' struzzjonijiet ta' pagament tas-sistema anċillari,

▼M7

(7) “modulu ta’ Informazzjoni u Kontroll (ICM)” tfisser il-modulu SSP li jħalli lil detenturi ta’ kont PM jiksbu informazzjoni online u li jagħtihom il-possibbiltà li jibagħtu ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità, jiġġestixxu l-likwidità u, jekk applikabbli, jagħtu bidu għal ordnijiet ta’ ħlas ta’ backup jew ordnijiet ta’ ħlas lis-Soluzzjoni ta’ Kontinġenza f’każ ta’ kontinġenza,

▼M5

(8) “messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM” tfisser informazzjoni li ssir disponibbli fl-istess ħin lid-detenturi tal-kontijiet PM kollha jew grupp magħżul minnhom, permezz tal-ICM,

(9) “mandat ta' debitu” tfisser awtorizzazzjoni minn bank tas-saldu fil-forma pprovduta mill-BĊi tal-Eurosistema fil-formoli tad-dejta statika indirizzati kemm lis-sistema anċillari kif ukoll lill-SCB tiegħu, li tintitola lis-sistema anċillari tibgħat struzzjonijiet ta' debitu, u tagħti struzzjonijiet lill-SBC biex jiddebita l-kont PM jew is-subkont tal-bank tas-saldu b'riżultat ta' struzzjonijiet ta' debitu,

(10) “qasir” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(11) “twil” tfisser li jkunu dovuti flus lil ħaddieħor matul is-saldu ta' struzzjonijiet tas-sistema anċillari ta' ħlas,

(12) “saldu trans-sistema” tfisser is-saldu fi żmien reali ta' struzzjonijiet ta' debitu li taħthom pagamenti jiġu eżegwiti minn bank tas-saldu ta' sistema anċillari waħda li tuża l-proċedura tas-saldu 6 lil bank tas-saldu ieħor ta' sistema anċillari oħra li tuża l-proċedura tas-saldu 6,

(13) “Static Data (Management) Module” tfisser il-modulu SSP fejn dejta statika tinġabar u tiġu rrekordjata,

(14) “kont tekniku” tfisser kont speċifiku miżmum fil-PM b'sistema anċillari jew miżmum mill-ASCB f'isem sistema anċillari fis-sistema komponent tat-TARGET2 tiegħu għall-użu mis-sistema anċillari,

▼M7

(15) “soluzzjoni ta’ Kontinġenza” tfisser il-funzjonalità tal-SSP li tipproċessa pagamenti kritiċi ħafna u pagamenti kritiċi f’kontinġenza.

▼M5

2.    Rwol tal-SCBs

Kull BĊ tal-Eurosistema għandu jaġixxi bħala l-SCB fir-rigward ta' kull bank tas-saldu li għalih huwa għandu kont PM.

3.    L-immaniġġjar tar-relazzjoni bejn il-BĊi, is-sistemi anċillari u l-banek tas-saldu

(1) L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jipprovdu lista ta' banek tas-saldu li jkollha d-dettalji tal-kont PM tal-banek tas-saldu, li l-ASCB għandu jaħżen fl-iStatic Data (Management) Module tal-SSP. Kull sistema anċillari jista' jkollha aċċess għal-lista tal-banek tas-saldu rispettivi tagħha permezz tal-ICM.

(2) L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jinfurmawhom mingħajr dewmien b'kull tibdil fir-rigward tal-lista tal-banek tas-saldu. L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-SCB rilevanti dwar dan it-tibdil permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(3) L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari, li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali, jiġbru l-mandati ta' debitu u dokumenti rilevanti oħra mill-banek tas-saldu tagħhom u jibagħtuhom lill-ASCB. Dawn id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż u/jew il-lingwa(i) nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Jekk il-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-ASCB ma jkunux identiċi mal-lingwa jew lingwi nazzjonali tal-SCB, id-dokumenti meħtieġa għandhom jingħataw biss bl-Ingliż jew kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa jew lingwi nazzjonali rilevanti tal-ASCB. Fil-każ tas-sistemi anċillari li jwettqu saldu permezz tat-TARGET2-BĊE, id-dokumenti għandhom jingħataw bl-Ingliż.

(4) Jekk bank tas-saldu ikun parteċipant fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jivverifika l-validità tal-mandat ta' debitu mogħti mill-bank tas-saldu u jagħmel kull entrata meħtieġa fl-iStatic Data (Management) Module. Jekk bank tas-saldu mhuwiex wieħed parteċipanti fis-sistema komponent tat-TARGET2 tal-ASCB rilevanti, l-ASCB għandu jibgħat il-mandat ta' debitu (jew kopja elettronika tiegħu, jekk ikun hemm qbil bejn l-ASCB u l-SCB) lill-SCBs rilevanti għall-verifika tal-validità tiegħu. L-SCBs għandhom iwettqu din il-verifika u għandhom jinformaw lill-ASCB rilevanti bir-riżultat tal-verifika fi żmien ħamest ijiem tan-negozju wara li jirċievi dik it-talba. Wara l-verifika, l-ASCB għandu jaġġorna l-lista ta' banek tas-saldu fl-ICM.

(5) Il-verifika magħmula mill-ASCB għandha tkun bla ħsara għar-responsabbiltà tas-sistema anċillari li tirrestrinġi l-istruzzjonijiet ta' ħlas għal-lista ta' banek tas-saldu msemmija fis-subparagrafu 1.

(6) Sakemm ma jkunux l-istess, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar kull każ sinifikanti matul il-proċess tas-saldu.

(7) L-ASCBs għandhom jiżguraw li s-sistemi anċillari li magħhom għandhom arranġamenti bilaterali jipprovdu l-isem u l-BIC tas-sistema anċillari li bihom biħsiebhom jeżegwixxu saldu trans-sistema u d-data minn meta s-saldu trans-sistema b'sistema anċillari partikolari għandu jibda jew jispiċċa. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrekordjata fl-iStatic Data (Management) Module.

4.    Bidu ta' struzzjonijiet ta' ħlas permezz tal-ASI

(1) L-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom ikunu fil-forma ta' messaġġi XML.

(2) L-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas mibgħuta minn sistema anċillari permezz tal-ASI għandhom jiġu kkunsidrati bħala “urġenti ħafna” u għandu jkun hemm saldu tagħhom skont l-Anness II.

(3) Struzzjoni ta' ħlas għandha titqies li ġiet aċċettata jekk:

(a) l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-fornitur tas-servizz tan-netwerk tat-TARGET2;

(b) l-istruzzjoni ta' ħlas tikkonforma mar-regoli u l-kundizzjonijiet tal-ifformattjar tas-sistema komponenti tat-TARGET2 tal-ASCB;

(c) il-bank tas-saldu huwa fil-lista ta' banek ta' saldu msemmijin fil-paragrafu 3(1);

(d) fil-każ ta' saldu trans-sistema, is-sistema anċillari rilevanti hija fil-lista ta' sistemi anċillari li bihom jista' jiġi eżegwit is-saldu trans-sistema;

(e) fil-każ li l-parteċipazzjoni tal-bank tas-saldu fit-TARGET2 ikun ġie sospiż, ikun inkiseb il-kunsens espliċitu tal-SCB tal-bank tas-saldu sospiż.

5.    Dħul ta' struzzjonijiet ta' ħlas fis-sistema u l-irrevokabbiltà tagħhom

(1) L-istruzzjonijiet ta' kreditu għandhom jitqiesu bħala mdaħħla fis-sistema komponent tat-TARGET2 rilevanti fil-mument li huma aċċettati mill-ASCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument. Struzzjonijiet ta' debitu għandhom jitqiesu li ddaħħlu fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2 fil-mument li jiġu aċċetati mill-SCB u għandhom ikunu irrevokabbli minn dak il-mument.

(2) L-applikazzjoni tas-subparagrafu 1 m'għandha jkollha ebda effett fuq kwalunkwe regola tas-sistemi anċillari li tistipula mument ta' dħul fis-sistema anċillari u/jew l-irrevokabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment mibgħuta lil din is-sistema anċillari f'ħin qabel il-mument ta' dħul tal-istruzzjoni ta' ħlas rispettiva fis-sistema komponent rilevanti tat-TARGET2.

6.    Proċeduri ta' saldu

(1) Jekk sistema anċillari titlob l-użu ta' proċedura ta' saldu, l-ASCB ikkonċernat għandu joffri proċedura ta' saldu waħda jew iżjed speċfikati hawn isfel.



(a)

Proċedura ta' saldu 2

(Saldu f'ħin reali),

(b)

Proċedura ta' saldu 3

(saldu bilaterali),

(c)

Proċedura ta' saldu 4

(saldu multilaterali standard),

(d)

Proċedura ta' saldu 5

(saldu multilaterali simultanju),

(e)

Proċedura ta' saldu 6

(likwidità dedikata, saldu f'ħin reali u trans-sistema).

(2) Proċedura ta' saldu 1 (trasferiment ta' likwidita) m'għadhiex tiġi offruta.

(3) L-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas tas-sistemi anċillari skont l-għażla ta' proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 billi, fost l-oħrajn, iwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas fil-kontijiet jew subkontijiet PM tal-banek tas-saldu.

(4) Aktar dettalji dwar il-proċeduri ta' saldu msemmija fis-subparagrafu 1 jinsabu fil-paragrafi 10 sa 14.

7.    L-ebda obbligu biex jinfetaħ kont PM

Sistemi anċillari m'għandhomx ikunu obbligati li jsiru parteċipanti diretti f'sistema komponent tat-TARGET2 jew li jżommu kont PM waqt li jużaw l-ASI.

8.    Kontijiet biex jappoġġaw proċeduri ta' saldu

(1) Minbarra l-kontijiet PM, it-tipi ta' kontijiet li ġejjin jistgħu jinfetħu fil-PM u jintużaw mill-ASCBs, is-sistemi anċillari u l-banek ta' saldu għall-proċeduri ta' saldu msemmija fil-paragrafu 6(1):

(a) kontijiet tekniċi;

(b) kontijiet ta' fond ta' garanzija;

(c) subkontijiet.

(2) Meta ASCB joffri l-proċeduri ta' saldu 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, huwa għandu jiftaħ kont tekniku fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għas-sistemi anċillari ikkonċernati. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu offruti mill-ASCB bħala opzjoni għall-proċeduri ta' saldu 2 u 3. Għandhom jinfetħu kontijiet tekniċi separati fir-rigward tal-proċedura ta' saldu 4 u 5. Għal proċedura ta' saldu 3, 4, 5 jew 6 għal mudelli interfaced, il-bilanċ fuq il-kontijiet tekniċi għandu jkun żero jew pożittiv fl-aħħar tal-proċess ta' saldu tas-sistema anċillari rilevanti u l-bilanċ ta' tmiem il-jum għandu jkun żero. Il-kontijiet tekniċi huma identifikati jew mill-BIC tas-sistema anċillari jew il-BIC rilevanti ta' ASCB.

(3) Meta joffri l-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, ASCB għandu jiftaħ konti tekniċi fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2. Il-kontijiet tekniċi għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali jista' jkollhom biss bilanċ żero jew pożittiv bi nhar u jistgħu jżommu bilanċ pożittiv matul il-lejl. Kull bilanċ ta' matul il-lejl fuq il-kont għandu jkun suġġett għall-istess regoli ta' rimunerazzjoni li japplikaw għall-Fondi ta' Garanzija taħt l-Artikolu 11 ta' din il-Linja Gwida.

(4) Meta joffri l-proċedura ta' saldu 4 jew 5, ASCB jista' jiftaħ kont ta' fondi ta' garanzija fis-sistema komponent tiegħu tat-TARGET2 għal sistemi anċillari. Il-bilanċi ta' dawn il-kontijiet għandhom jintużaw biex ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-każ li ma jkunx hemm likwidità disponibbli fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Detenturi ta' kont ta' fond ta' garanzija jistgħu jkunu ASCBs, sistemi anċillari jew garanti. Kontijiet ta' fond ta' garanzija huma identifikati mill-BIC tad-detentur tal-kontijiet rilevanti.

(5) Meta ASCB joffri proċedura ta' saldu 6 għal mudelli interfaced, l-SCBs għandhom jiftħu subkont wieħed jew iżjed fis-sistemi ta' komponent TARGET2 għall-banek ta' saldu, li jiġi użat għal-likwidità ddedikata u, jekk ikun rilevanti, għas-saldu trans-sistema. Is-subkontijiet għandhom jiġu identifikati bil-BIC tal-kont PM li miegħu għandhom x'jaqsmu, flimkien ma' numru ta' kont li huwa speċifiku għas-subkont rilevanti. In-numru tal-kont huwa kompost mill-kodiċi tal-pajjiż flimkien ma' mhux aktar minn 32 karattru (skont l-istruttura tal-kont bankarju nazzjonali rilevanti).

(6) Il-kontijiet msemmijin fis-subparagrafi 1(a) sa (d) m'għandhomx jiġu ppubblikati fid-direttorju tat-TARGET2. Jekk jitlob hekk id-detentur tal-kont PM, il-prospetti ta' kontijiet rilevanti (MT 940 u MT 950) għal dawk il-kontijiet kollha għandhom ikunu disponibbli għad-detentur tal-kont fl-aħħar ta' kull jum tax-xogħol.

(7) Ir-regoli ddettaljati fuq il-ftuħ ta' tipi ta' kontijiet msemmijin f'dan l-Artikolu u fuq l-applikazzjoni tagħhom meta jappoġġaw il-proċeduri ta' pagament jistgħu jiġu speċifikati ulterjorment fl-arranġamenti bilaterali bejn is-sistemi anċillari u l-ASCBs.

9.    Proċedura ta' saldu 1 — Trasferiment ta' likwidità

Din il-proċedura m'għadhiex tiġi offruta.

10.    Proċedura ta' saldu 2 — Saldu f'ħin reali

(1) Meta joffru proċedura ta' saldu 2, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari fuq bażi individwalizzata, minflok f'biċċiet. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2) Proċedura ta' saldu 2 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali u f'dawn il-każijiet l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għal din s-sistema anċillari. Barra minn dan, l-ASCB m'għandux joffri lis-sistema anċillari is-servizzi tal-immaniġġjar xieraq tas-sekwenza ta' ħlasijiet dovuti minn oħrajn (incoming) u dovuti lil oħrajn (outgoing) kif jista' jkun meħtieġ għal dan is-saldu multilaterali. Is-sistema anċillari nnifisha għandha tassumi r-responsabbiltà għas-sekwenzjar meħtieġ.

(3) L-ASCBs jistgħu joffru s-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien li jiġu ddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(2) u (3).

(4) Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għand1hom ikunu notifikati bit-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu permezz ta' messaġġ fuq l-ICM. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu li jaċċessaw it-TARGET2 permezz ta' fornitur tas-servizz ta' netwerk tat-TARGET2 għandhom ikunu nnotifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

11.    Proċedura ta' saldu 3 — Saldu bilaterali

(1) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 3, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-parti kontanti tat-tranżazzjonijiet ta' sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas li s-sistema anċillari tibgħat f'batch mode. Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2) Il-proċedura ta' saldu 3 tista' tiġi offruta wkoll lis-sistema anċillari għas-saldu ta' bilanċi multilaterali. Il-paragrafu 10(2) għandu japplika mutatis mutandis, bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(a) struzzjonijiet ta' ħlas: (i) biex jiġu ddebitati il-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; u (ii) jiġi boex ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari u jiġu kkreditati l-kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir, għandhom jintbagħtu f'fajls separati; u

(b) il-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil għandhom jiġu kkreditati biss wara li l-kontijiet PM kollha tal-banek tas-saldu qasir jiġu ddebitati.

(3) Jekk is-saldu multilaterali jfalli (pereżempju, għaliex mhux il-ġbir kollu mill-kontijiet tal-banek tas-saldu qasir ikun ta' suċċess), is-sistema anċillari għandħa tibgħat struzzjonijiet ta' ħlas biex treġġa' lura tranżazzjonijiet ta' debitu li diġà ġew saldati.

(4) L-ASCBs jistgħu joffru:

(a) is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3); u/jew

(b) il-funzjonalità tal-“perjodu ta' informazzjoni”, kif imsemmi fil-paragrafu 15(1).

(5) Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati bit-tlestija jew in-nuqqas ta' saldu abbazi tal-opzjoni magħzula — notifika waħda jew globali. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

12.    Proċedura ta' saldu 4 — Saldu multilaterali standard

(1) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 4, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. L-ASCBs għandhom jiftħu kont tekniku speċifiku għal din is-sistema anċillari.

(2) L-ASCBs u l-SCBs għandhom jiżguraw is-segwenza meħtieġa ta' struzzjonijiet ta' ħlas. Għandhom jibbukkjaw biss il-krediti jekk id-debiti kollha jkunu nġabru b'suċċess. Struzzjonijiet ta' ħlas: (a) biex jiġu ddebitati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu qasir u jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS; u (b) biex jiġu kkreditati kontijiet ta' banek tas-saldu twil u jiġi ddebitat il-kont tekniku tal-AS, għandhom jintbagħtu f'fajl wieħed.

(3) Għandu l-ewwel ikun hemm saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas biex jiġi ddebitat il-kont PM tal-banek tas-saldu qasir u biex jiġi kkreditat il-kont tekniku tas-sistema anċillari; mas-saldu ta' dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha biss (inkluż l-iffinanzjar possibbli tal-kont tekniku b'mekkaniżmu ta' fond iggarantit) għandhom jiġu kkreditati l-kontijiet PM tal-banek tas-saldu twil.

(4) Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir titqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCBs għandhom jinformaw lill-bank tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(5) Jekk bank tas-saldu qasir m'għandux fondi biżżejjed fil-kont PM tiegħu, il-mekkaniżmu ta' fond iggarantit għandu jiġi attivat mill-ASCB jekk dan huwa maħsub fl-arranġament bilaterali bejn l-ASCB u s-sistema anċillari.

(6) Jekk l-ebda mekkaniżmu ta' fond iggarantit ma hu ipprovdut u s-saldu sħiħ ifalli, allura l-ASCBs u l-SCBs għandhom jitqiesu li jkunu ngħataw struzzjonijiet biex jirritornaw l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas fil-fajl, u għandhom ireġġgħu lura l-istruzzjonijiet ta' ħlas li jkunu diġà tħallsu.

(7) L-ASCBs għandhom jinfurmaw lill-banek tas-saldu b'nuqqas ta' saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(8) L-ASCBs jistgħu joffru:

(a) is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b) il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c) mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(9) Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija jew il-falliment tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

13.    Proċedura ta' saldu 5 — Saldu multilaterali simultanju

(1) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 5, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu tal-bilanċi ta' kontanti multilaterali tat-tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi jwettqu saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas mibgħuta mis-sistema anċillari f'batch mode. Sabiex isir is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas rilevanti għandu jintuża l-Algoritmu 4 (ara l-Appendiċi I tal-Anness II). Kuntrarjament għall-proċedura ta' saldu 4, il-proċedura ta' saldu 5 taħdem fuq il-bażi ta' “kollox jew xejn”. F'din il-proċedura l-iddebitar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu qasir u l-ikkreditar ta' kontijiet PM ta' banek tas-saldu twil għandu jsir b'mod simultanju (aktar milli b'mod segwenzjali bħal fil-każ tal-proċedura ta' saldu 4). Il-paragrafu 12 għandu japplika mutatis mutandis bla ħsara għall-modifika li ġejja. Jekk struzzjoni waħda jew aktar ta' ħlas ma jistgħux jiġu saldati, l-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas għandhom jitqiegħdu fi kju, u l-Algoritmu 4, kif deskritt fil-paragrafu 16(1), għandu jiġi rrepetut sabiex l-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari fil-kju jiġu saldati.

(2) L-ASCBs jistgħu joffru:

(a) is-saldu ta' struzzjonijiet ta' ħlas f'ċerti limiti ta' żmien iddefiniti mis-sistema anċillari, kif imsemmi fil-paragrafu 15(3);

(b) il-funzjonalità tal-'perjodu ta' informazzjoni', kif imsemmi fil-paragrafu 15(1);

(c) mekkaniżmu ta' fond iggarantit, kif imsemmi fil-paragrafu 15(4).

(3) Il-banek tas-saldu u s-sistemi anċillari għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni permezz tal-ICM. Is-sistemi anċillari għandhom ikunu nnotifikati dwar it-tlestija jew in-nuqqas tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(4) Jekk struzzjoni ta' ħlas biex jiġi ddebitat kont PM tal-bank tas-saldu qasir jitqiegħed fi kju skont l-Anness II, l-SCB rispettiv għandu jinforma lill-banek tas-saldu permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

14.    Proċedura ta' saldu 6 — Likwidità ddedikata u saldu trans-sistema

(1) Il-proċedura ta' saldu 6 tista' tintuża kemm għall-mudell interfaced u dak f'ħin reali, kif deskritt fis-subparagrafi 4 sa 12 u 13 sa 16 hawn isfel, rispettivament. Fil-każ tal-mudell f'ħin reali, is-sistema anċillari rilevanti għandha tuża kont tekniku biex jiġbor il-likwidità meħtieġa mwarrba mill-banek tiegħu tas-saldu għall-finanzjament tal-pożizzjonijiet tagħhom. Fil-każ tal-mudell interfaced, il-bank tas-saldu għandu jiftaħ mill-anqas subkont wieħed dwar sistema anċillari speċifika.

(2) Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu nnotifikati permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910 u d-detenturi tal-kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM dwar l-ikkreditar u d-debitar tal-kontijiet PM tagħhom u, fejn applikabbli, tas-subkontijiet tagħhom.

(3) Meta joffru saldu trans-sistema taħt il-proċedura ta' saldu 6, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw ħlasijiet ta' saldu trans-sistema, jekk jinbdew mis-sistemi anċillari rilevanti. Għall-proċedura ta' saldu 6 interfaced sistema anċillari tista' tibda saldu trans-sistema biss matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar tiegħu, u l-proċedura ta' saldu 6 għandha tkun qed taħdem fis-sistema anċillari li tirċievi l-istruzzjoni ta' ħlas. Għall-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, sistema anċillari tista' tibda soluzzjoni ta' trans-sistema f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-possibbiltà li jitwettaq saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari individwali għandha tiġi rreġistrata fil-Modulu (ta' Ġestjoni) ta' Dejta Statika.

(A)    Mudell interfaced

(4) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom jappoġġaw is-saldu ta' bilanċi ta' kontanti bilaterali u/jew multilaterali ta' tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari billi:

(a) jippermettu li bank tas-saldu jiffinanzja minn qabel l-obbligu tas-saldu prospettiv tiegħu permezz ta' trasferimenti ta' likwidità mill-kont PM tiegħu għal ġewwa s-subkont tiegħu (il-“likwidità ddedikata”) qabel l-ipproċessar tas-sistema anċillari; u

(b) is-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari wara t-tlestija tal-ipproċessar tas-sistema anċillari: fir-rigward tal-banek tas-saldu qasir billi s-subkontijiet tagħhom jiġu ddebitati (fil-limiti tal-fondi pprovduti f'dawk il-kontijiet) u billi jiġi kkreditat il-kont tekniku tal-AS, u fir-rigward tal-banek tas-saldu twil billi jiġu kkreditati s-subkontijiet tagħhom u jiġi ddebitat il-kont tekniku tas-sistema anċillari.

(5) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 interfaced:

(a) l-SCBs għandhom jiftħu mill-anqas subkont wieħed fir-rigward ta' sistema anċillari waħda għal kull bank tas-saldu; u

(b) l-ASCB għandu jiftaħ kont tekniku għas-sistema anċillari biex: (i) jiġu kkreditati fondi miġbura mis-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir; u (ii) jiġu ddebitati fondi meta jsiru krediti fis-subkontijiet iddedikati tal-banek tas-saldu twil.

(6) Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tiġi offruta f'kull ħin matul l-ipproċessar ta' matul il-jum tat-TARGET2 u s-saldu ta' operazzjonijiet tas-sistema anċillari ta' matul il-lejl. Il-jum ġdid tan-negozju għandu jibda minnufih malli jiġu sodisfatti l-obbligi tar-riżervi minimi; kull debitu jew kreditu magħmul fil-kontijiet rilevanti wara għandhom jitqiesu għall-valur tal-jum ġdid tan-negozju.

(7) Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità fis-subkont u minnu:

(a) standing orders li banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders mibgħuta wara li jintbagħat messaġġ ta' “bidu-ta'-proċedura” f'jum ta' negozju partikolari għandhom ikunu validi biss għall-jum tan-negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti u/jew il-kont tekniku tas-sistema anċillari, dawn għandu jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, billi jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b) ordnijiet attwali, li jistgħu jintbagħtu biss jew minn bank tas-saldu (permezz tal-ICM) jew tas-sistema anċillari rilevanti permezz ta' messaġġ XML matul it-tħaddim tal-proċedura ta' saldu 6 interfaced (identifikata bl-intervall ta' bejn il-messaġġ ta' “bidu-ta'-proċedura” sa dak ta' “tmiem-ta'-proċedura”) u li jkollhom saldu biss sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ma tkunx għadha bdiet. Jekk is-sistema anċillari tibgħat ordni attwali li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c) Ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 jew immappjar awtomatiku għal MT 202 mill-iskrins għall-detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet, li jista' jiġi mibgħut biss matul il-proċedura 6 tas-saldu interfaced u biss matul ipproċessar li jsir mal-jum. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(8) Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced għandha tibda permezz ta' messaġġ ta' “bidu-ta'-proċedura” u tintemm permezz ta' messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura”, li jintbagħtu mis-sistema anċillari (jew l-ASCB f'isimha). Messaġġi ta' “bidu-ta'-proċedura” għandhom jibdew is-saldu ta' standing orders għat-trasferiment ta' likwidità fis-subkontijiet. Il-messaġġ ta' “tmiem-ta'-proċedura” iwassal għal trasferiment mill-ġdid awtomatiku ta' likwidità mis-subkont għall-kont PM.

(9) Taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità dedikata fuq is-subkontijiet għandha tiġi ffriżata sakemm iċ-ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari ikun qed jaħdem (li jibda bil-messaġġ “start-of-cycle” u jispiċċa bil-messaġġ “end-of-cycle”. It-tnejn għandhom jintbagħtu mis-sistema anċillari) u jiġu rrilaxxati wara dan. Il-bilanċ iffriżat jista' jinbidel matul iċ-ċiklu tal-ipproċessar bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema jew jekk bank ta' saldu jittrasferixxi l-likwidità mill-kont PM tiegħu. L-ASCB għandu jinnotifika lis-sistema anċillari bit-tnaqqis jew żieda tal-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tal-ħlasijiet tas-saldu trans-sistema. Jekk s-sistema anċillari titlob hekk, l-ASCB għandha tinnotifikaha wkoll biż-żieda fil-likwidità fuq is-subkont bħala riżultat tat-trasferiment tal-likwidità mill-bank tas-saldu.

(10) F'kull ċiklu tal-ipproċessar tas-sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, l-istruzzjonijiet ta' ħlas għandhom jiġu saldati mil-likwidità ddedikata fejn bħala regola għandu jintuża l-Algoritmu 5 (kif imsemmi fl-Appendiċi I tal-Anness II).

(11) F'kull ċiklu tal-ipproċessar ta' sistema anċillari taħt il-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-likwidità ddedikata ta' bank tas-saldu tista' tiżdied permezz tal-ikkreditar ta' ċerti ħlasijiet dovuti minn ħaddieħor li jidħlu direttament fis-subkontijiet tiegħu, jiġifieri kupuni u ħlasijiet ta' fidi. F'dawn il-każijiet, il-likwidità l-ewwel għandha tiġi kkreditata fil-kont tekniku, imbagħad iddebitata minn dan il-kont qabel ma l-likwidità tiġi kkreditata fis-subkont (jew fil-kont PM).

(12) Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari interfaced jista' jinbeda biss minn sistema anċillari (jew l-ASCB tagħha f'isimha) li s-subkont tal-parteċipant tagħha jiġi ddebitat. L-istruzzjoni ta' ħlas isir bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont ta' parteċipant tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont ta' parteċipant ta' sistema anċillari oħra.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

(B)    Mudell f'ħin reali

(13) Meta joffru l-proċedura ta' saldu 6 għall-mudelli f'ħin reali, l-ASCBs jew l-SCBs għandhom jappoġġaw dak is-saldu.

(14) Fil-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali, l-ASCBs u l-SCBs għandhom joffru t-tipi li ġejjin ta' servizz ta' trasferiment ta' likwidità f'kont tekniku u minnu:

(a) standing orders (għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistemi anċillari), li l-banek tas-saldu jistgħu jibagħtu jew jimmodifikaw f'kull ħin matul jum tan-negozju permezz tal-ICM (meta jkun disponibbli). Standing orders wara l-ipproċessar tal-bidu-tal-jum għandhom ikunu validi biss għall-jum ta' negozju li jmiss. Jekk ikun hemm diversi standing orders biex jikkreditaw subkontijiet differenti, dawn għandhom jiġu saldati fl-ordni skont l-ammont tagħhom, jibdew bl-ogħla. Matul l-operazzjonijiet ta' bil-lejl ta' AS, jekk ikun hemm standing orders li għalihom ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, dawk l-ordnijiet għandhom jiġu saldati wara tnaqqis pro-rata tal-ordnijiet kollha;

(b) ordnijiet kurrenti biex jiġi kkreditat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss jew minn bank ta' saldu (permezz tal-ICM) jew mis-sistema anċillari rilevanti f'ismu (permezz ta' messaġġ XML). Jekk ikun hemm ordni kurrenti sottomessa mis-sistema anċillari relevanti f'isem il-bank tas-saldu li għaliha ma jkunx hemm fondi biżżejjed fil-kont PM, din l-ordni għandha tiġi saldata parzjalment;

(c) ordnijiet kurrenti biex jiġi ddebitat il-kont tekniku, li jistgħu jiġu sottomessi biss mis-sistema anċillari relevanti (permezz ta' messaġġ XML);

(d) ordnijiet SWIFT li jmorru permezz ta' messaġġ MT 202 li jistgħu jintbagħtu biss minn bank ta' saldu waqt l-ipproċessar ta' bi nhar. Dawn l-ordnijiet għandhom jiġu saldati immedjatament.

(15) Il-“bidu tal-proċedura” u “tmiem tal-proċedura” iseħħu awtomatikament meta jitlesta l- “Ipproċessar tal-'bidu tal-jum” u l-bidu tal-“Ipproċessar ta' tmiem il-jum” rispettivament.

(16) Saldu trans-sistema bejn żewġ sistemi anċillari bl-użu ta' mudell f'ħin reali iseħħ mingħajr intervent mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tiegħu jiġi kkreditat. Ikun hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas bl-iddebitar tal-ammont indikat fl-istruzzjoni tal-ħlas mis-subkont tekniku tas-sistema anċillari li jibda l-istruzzjoni tal-ħlas u l-ikkreditar tas-subkont tekniku użat minn sistema anċillari oħra. L-istruzzjoni ta' ħlas ma tistax tinbeda mis-sistema anċillari li l-kont tekniku tagħha ser jiġi kkreditat.

Is-sistema anċillari li tibda l-istruzzjoni għall-ħlas u s-sistema anċillari l-oħra għandhom ikunu nnotifikati mat-tlestija tas-saldu. Jekk jitolbu dan, il-banek tas-saldu għandhom ikunu notifikati b'saldu li rnexxa permezz ta' messaġġ SWIFT MT 900 jew MT 910. Detenturi ta' kont PM li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu informati permezz ta' messaġġ fuq l-ICM.

15.    Mekkaniżmi konnessi fakultattivi

(1) Il-mekkaniżmu konness fakultattiv ta' “perjodu ta' informazzjoni” jista' jiġi offrut mill-ASCB għall-proċeduri ta' saldu 3, 4 u 5. Jekk is-sistema anċillari (jew l-ASCB f'ismu) tkun speċifikat ħin fakultattiv għall-“perijodu ta' informazzjoni”, il-bank tas-saldu għandu jirċievi messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM li jindika l-ħin sa meta l-bank tas-saldu jista' jitlob li titreġġa' lura l-istruzzjoni rilevanti ta' ħlas. Din it-talba għandha tiġi kkunsidrata biss mill-SCB jekk tiġi kkomunikata permezz tas-sistema anċillari u approvata minnha. Is-saldu għandu jibda jekk l-SCB ma jirċevix din it-talba sal-ħin li fih jiskadi l-“Perijodu ta' Informazzjoni”. Malli l-SCB jirċievi din it-talba fil-“Perijodu ta' Informazzjoni”:

(a) meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu bilaterali, l-istruzzjoni ta' ħlas rilevanti għandha titreġġa' lura; u

(b) meta l-proċedura ta' saldu 3 tintuża għas-saldu ta' bilanċi multilaterali, jew jekk fil-proċedura ta' saldu 4, is-saldu sħiħ ifalli, l-istruzzjonijiet ta' ħlas kollha rilevanti għandhom jitreġġgħu lura, u l-banek tas-saldu kollha u l-AS għandhom jiġu infurmati permezz ta' messaġġ ta' komunikazzjoni tal-ICM.

(2) Jekk is-sistema anċillari tibgħat l-istruzzjonijiet tas-saldu qabel il-ħin skedat tas-saldu (“minn”), l-istruzzjonijiet jinħażnu sakemm isir il-ħin skedat. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet ta' ħlas jiddaħħlu fl-entry disposition biss meta jsir il-ħin “minn”. Dan il-mekkaniżmu fakultattiv jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 2.

(3) Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jagħmilha possibbli li jiġi allokat għal żmien limitat għas-saldu ta' sistema anċillari sabiex ma jiġix ipprevenut jew imdewwem is-saldu ta' tranżazzjonijiet relatati ma' sistema anċillari oħra jew TARGET2 oħrajn. Jekk ma jkunx hemm saldu tal-istruzzjoni ta' ħlas saż-żmien “sa” jew fil-perijodu definit ta' saldu, dawn l-istruzzjonijiet ta' ħlas jew jiġu rritornati jew, fil-każ tal-proċeduri ta' saldu 4 u 5, il-mekkaniżmu tal-fond ta' garanzija jista' jiġi attivat. Il-perijodu ta' saldu (“sa”) jista' jiġi speċifikat għall-proċeduri ta' saldu 2 sa 5.

(4) Il-mekaniżmu ta' fond iggarantit jista' jintuża jekk il-likwidità ta' bank tas-saldu ma tkunx biżżejjed biex tkopri l-obbligi kollha tiegħu li jinbtu mis-saldu ta' sistema anċillari. Sabiex jitħalla jsir is-saldu tal-istruzzjonijiet kollha ta' ħlas involuti f'saldu tas-sistema anċillari, dan il-mekkaniżmu jintuża biex jipprovdi l-likwidità addizzjonali meħtieġa. Dan il-mekkaniżmu jista' jintuża fil-proċedura tas-saldu 1 u 2. Jekk għandu jintuża l-mekkaniżmu ta' fond iggarantit, ikun meħtieġ li jinżamm kont speċjali ta' fond ta' garanzija fejn tinżamm disponibbli, jew issir disponibbli fuq talba, “likwidità ta' emerġenza”.

16.    Algoritmi użati

(1) l-algoritmu 4 jappoġġa l-proċedura ta' saldu 5. Biex is-saldu jiġi ffaċilitat u biex titnaqqas il-likwidità meħtieġa, l-ordnijiet kollha ta' ħlas tas-sistema anċillari huma inklużi (irrispettivament mill-prijorità tagħhom). L-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari li għandhom jiġu saldati wara l-proċedura ta' saldu 5 jaqbżu l-entry disposition u jinżammu fil-PM separatament sat-tmiem tal-proċess attwali ta' ottimizzazzjoni. Bosta sistemi anċillari li jużaw proċedura ta' saldu 5 se jiġu inklużi fl-istess tħaddim tal-Algoritmu 4 jekk ikollhom l-intenzjoni li jagħmlu saldu fl-istess ħin.

(2) Fil-proċedura ta' saldu 6 interfaced, il-bank tas-saldu jista' jiddedika ammont ta' likwidità biex jagħmel saldu ta' bilanċi li jiġu minn sistema anċillari speċifika. Id-dedika ssir billi titwarrab il-likwidità meħtieġa f'subkont speċifiku (mudell interfaced). L-Algoritmu 5 jintuża kemm għal operazzjonijiet ta' bil-lejl tas-sistema anċillari kif ukoll għal ipproċessar ta' bi nhar. Il-proċess ta' saldu jseħħ billi jiġu ddebitati s-subkontijiet tal-banek tas-saldu qasir favur il-kont tekniku tas-sistema anċillari, u mbagħad il-kont tekniku tas-sistema anċillari jiġi ddebitat favur is-subkontijiet tal-banek tas-saldu twil. Fil-każ ta' bilanċi ta' kreditu, il-booking jista' jsir direttament — jekk indikat mis-sistema anċillari fit-tranżazzjoni rilevanti — fil-kont PM tal-bank tas-saldu. Jekk is-saldu ta' struzzjoni ta' debitu waħda jew iżjed ma jirnexxix (jiġifieri b'riżultat ta' żball tas-sistema anċillari), il-ħlas rispettiv jitqiegħed fi kju fis-subkont. Il-proċedura ta' saldu 6 interfaced tista' tagħmel użu mill-Algoritmu 5 li jaħdem fis-sub-kontijiet. Barra minn dan, l-Algoritmu 5 m'għandu għalfejn iqis ebda limitu jew riżerva. Għal kull bank tas-saldu l-pożizzjoni totali hija kkalkulata u jekk il-pożizzjonijiet totali kollha huma koperti, ikun hemm saldu tat-tranżazzjonijiet kollha. It-tranżazzjonijiet li mhumiex koperti jitqiegħdu lura fil-kju.

17.    Effett tas-sospensjoni jew tmiem

Jekk is-sospensjoni jew it-tmiem tal-użu tal-ASI minn sistema anċillari jidħlu fis-seħħ matul iċ-ċiklu tas-saldu tal-istruzzjonijiet ta' ħlas tas-sistema anċillari, l-ASCB għandu jitqies li jkun awtorizzat biex ikompli ċ-ċiklu tas-saldu f'isem is-sistema anċillari.

18.    Skeda tad-drittijiet u fatturar

(1) Sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant, irrispettivament min-numru ta' kontijiet li jista' jkollha mal-ASCB u/jew l-SCB, għandha tkun soġġetta għal skeda ta' tariffi li tikkonsisti fl-elementi li ġejjin.

(a) Ħlas fiss kull xahar ta' EUR 1 000 li għandu jiġi impost fuq kull sistema anċillari (“Tariffa Fissa I”).

(b) It-tieni tariffa fissa ta' kull xahar ta' bejn EUR 417 u EUR 8 334 , f'proporzjon mal-valur gross bażiku tat-tranżazzjonijiet tas-saldu tal-flus kontanti f'euro tas-sistema anċillari (“Tariffa Fissa II”):



Faxxa

Minn (EUR miljun/jum)

(EUR miljun jum)

Tariffa annwali (EUR)i

Tariffa kull xahar (EUR)

1

0

inqas minn 1 000

5 000

417

2

1 000

inqas minn 2 500

10 000

833

3

2 500

inqas minn 5 000

20 000

1 667

4

5 000

inqas minn 10 000

30 000

2 500

5

10 000

inqas minn 50 000

40 000

3 333

6

50 000

inqas minn 500 000

50 000

4 167

7

500 000  u 'il fuq

100 000

8 334

Il-valur gross tat-tranżazzjonijiet ta' saldu ta' flus kontanti tal-euro tas-sistema anċillari għandu jiġi kkalkulat mill-ASCB darba fis-sena fuq il-bażi ta' dak il-valur gross matul is-sena preċedenti u l-valur gross ikkalkulat għandu jiġi applikat għall-kalkolu tat-tariffa mill-1 ta' Jannar ta' kull sena kalendarja. Il-valur gross għandu jeskludi tranżazzjonijiet saldati fuq ►M6  T2S DCAs u TIPS DCAs ◄ .

(c) Tariffa ta' tranżazzjoni kkalkulata fuq l-istess bażi bħall-iskeda stabbilita għad-detenturi ta' kont PM fl-Appendiċi VI tal-Anness II. Is-sistema anċillari tista' tagħżel waħda miż-żewġ għażliet: jew tħallas tariffa fissa ta' EUR 0.80 għal kull struzzjoni ta' ħlas (Għażla A) jew titħallas tariffa kkalkulata fuq bażi digressiva (Għażla B), bla ħsara għall-modifiki li ġejjin:

(i) għall-Għażla B, il-limiti tal-faxex dwar il-volum ta' struzzjonijiet ta' ħlas huma maqsumin fi tnejn; u

(ii) għandha titħallas tariffa fissa ta' kull xahar ta' EUR 150 (taħt l-Għażla A) jew EUR 1 875 (taħt l-Għażla B) flimkien mat-Tariffa Fissa I u t-Tariffa Fissa II.

(d) Minbarra t-tariffi stabbiliti f'(a) sa (c), sistema anċillari li tuża l-ASI jew l-Interfaċċa tal-Parteċipant għandha tkun suġġetta wkoll għat-tariffi li ġejjin:

(i) jekk is-sistema anċillari tagħmel użu mis-servizzi tal-valur miżjud tat-TARGET2 għal T2S, it-tariffa ta' kull xahar għall-użu tas-servizzi b'valur miżjud għandha tkun ta' EUR 50 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla A u EUR 625 għal dawk is-sistemi li għażlu l-għażla B. Din it-tariffa għandha tiġi imposta għal kull kont miżmum mis-sistema anċillari li tuża s-servizzi;

(ii) jekk is-sistema anċillari żżomm kont Prinċipali tal-PM marbut ma' ►M6  T2S DCA ◄ wieħed jew aktar, it-tariffa ta' kull xahar għandha tkun ta' EUR 250 għal kull ►M6  T2S DCA ◄ konness; u

(iii) is-sistema anċillari bħala d-detentur tal-kont prinċipali tal-PM għandha tħallas it-tariffi li ġejjin għas-servizzi T2S konnessi mad- ►M6  T2S DCA(s) ◄ marbuta. Għandu jinħareġ kont separat għal dawn l-elementi:



Elementi tat-tariffa

Prezz (ċenteżmi ta' euro)

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

▼M7

Ordnijiet ta’ trasferiment ta’ likwidità T2S DCA lil T2S DCA

14,1 ċenteżmu ta’ euro

kull trasferiment

Moviment intrabilanċ (jiġifieri, imblokkar, żblokkar, riżerva ta’ likwidità, eċċ)

9,4 ċenteżmu ta’ euro

kull tranżazzjoni

▼M5

Servizzi ta' informazzjoni

Rapporti A2 A

0,4

Għal kull element ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat

mistoqsijiet A2 A

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull mistoqsija A2 A ġġenerata

mistoqsijiet U2 A

10

Għal kull funzjoni ta' tiftix eżegwita

mistoqsijiet U2 A mniżżla

0,7

Għal kull partita ta' negozju f'kull rapport A2 A ġġenerat u mniżżel

Messaġġi miġbura f'fajl

0,4

Għal kull messaġġ f'fajl

Trażmissjonijiet

1,2

Kull trażmissjoni

▼M6

(iv) is-sistema anċillari bħala d-detentur tal-kont PM Marbut għandha tintalab il-ħlas tat-tariffi li ġejjin għal servizzi T2S konnessi mat-TIPS DCA(s) marbuta:



Partiti tat-tariffa

Prezz

Spjegazzjoni

Servizzi ta' saldu

Ordni ta' ħlas istantanju

0,20 euro ċenteżmu

Irid jitħallas ukoll għal tranżazzjonijiet mhux saldati

Rikjesta għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba negattiva għall-irtirar

0,00

 

Tweġiba pożittiva għall-irtirar

0,20 euro ċenteżmu

Irid jitħallas mid-detentur tal-kont tal-PM Marbut assoċjat mat-TIPS DCA li għandu jiġi ddebitat (anki għal tranżazzjonijiet mhux saldati)

Sa l-ewwel għaxar miljun ordni ta' ħlas immedjat u tweġibiet għall-irtirar pożittiv, kumulattivament, riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA sa tmiem l-2019, għandhom ikunu bla ħlas. Il- [daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jitlob is-sistema anċillari bħala detentur tal-kont tal-PM Marbutgħal kwalunkwe ordnijiet ta' ħlas istantanji oħra u tweġibiet għall-irtirar pożittiv riċevuti mill-Pjattaforma TIPS mill-istess detentur TIPS DCA assoċjat sa tmiem l-2019, fis-sena ta' wara.

▼M5

(2) Kull tariffa pagabbli fir-rigward ta' struzzjoni ta' ħlas mibgħuta jew ħlas riċevut minn sistema anċillari, jew permezz tal-Interface tal-Parteċipant jew tal-ASI, għandha tkun imposta esklużivament fuq din is-sistema anċillari. Il-Kunsill Governattiv jista' jistabbilixxi regoli aktar dettaljati għall-identifikazzjoni ta' transazzjonijiet fatturabbli li jiġu saldati permezz tal-ASI.

(3) Kull sistema anċillari għandha tirċievi fattura mill-ASCB tagħha għax-xahar ta' qabel, ibbażata fuq it-tariffi msemmija fis-subparagrafu 1, sa mhux aktar tard mid-disa' jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Ħlasijiet għandhom isiru sa mhux aktar tarf mill-14-il jum tan-negozju ta' dan ix-xahar lill-kont speċifikat mill-ASCB jew għandhom ikunu debitati minn kont speċifikat mis-sistema anċillari.

(4) Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, kull sistema anċillari li tkun ġiet identifikata skont id-Direttiva 98/26/KE għandha tiġi ttrattata separatament, anke jekk ikun hemm tnejn minnhom jew aktar li jkunu mħaddmin mill-istess entità legali. L-istess regola għandha tapplika għas-sistemi anċillari li ma jkunux ġew indikati skont id-Direttiva 98/26/KE, f'liema każijiet is-sistema anċillari għandha tkun identifikata b'referenza għall-kriterji li ġejjin: (a) arranġament formali, ibbażat fuq strument kuntrattwali jew leġiżlattiv, eż. ftehim bejn il-parteċipanti u l-operatur tas-sistema; (b) bi sħubiji multipli; (ċ) b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati; u (d) għall-ikklerjar, netting u/jew saldu ta' ħlasijiet u/jew titoli bejn il-parteċipanti.

▼B




ANNESS V

▼M3

KUNDIZZJONIJIET ARMONIZZATI MODIFIKATI U SUPPLIMENTARI GĦALL-FTUĦ U L-OPERAZZJONI TA' KONT PM FIT-TARGET2 BL-UŻU TA' AĊĊESS BL-Internet

▼B

Artikolu 1

Ambitu

Il-Kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II japplikaw għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbazat fuq l-Internet biex jaċċedu għal kont wieħed PM jew aktar skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

▼M3

1.  Għall-finijiet ta' dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

 “awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni” tfisser BĊN wieħed jew aktar identifikati bħala tali mill-Kunsill Governattiv biex jaġixxu f'isem l-Eurosistema għall-ħruġ, il-ġestjoni, ir-revoka u tiġdid ta' ċertifikati elettroniċi,

 “ċertifikati elettroniċi” jew “ċertifikati” ifissru fajl elettroniku, maħruġ mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li jorbot kodiċi pubbliku b'identità u li jintuża għal għanijiet li ġejjin: biex jivverifika li kodiċi pubbliku jappartjeni lil individwu, biex jiġi awtentikat id-detentur, biex jikkontrolla l-firma mingħand dan l-individwu jew biex jaqleb f'kodiċi messaġġ indirizzat lil dan l-individwu. Iċ-ċertifikati jinżammu fuq strument fiżiku bħal smartcard jew USB stick, u r-referenzi għaċ-ċertifikati jinkludu strumenti fiżiċi bħal dawn. Iċ-ċertifikati huma strumentali fil-proċess ta' awtentikazzjoni tal-parteċipanti li qed jaċċedu għal TARGET2 permezz tal-Internet u qed jissottomettu messaġġi ta' ħlas jew messaġġi ta' verifika,

 “detentur ta' ċertifikat” ifisser persuna msemmija, individwali, identifikata u indikata minn parteċipant ta' TARGET2 bħala awtorizzata biex ikollha aċċess ibbażat fuq l-Internet għall-kont TARGET2 tal-parteċipant. L-applikazzjoni tagħhom għal ċertifikati tkun ġiet ivverifikata mill-BĊN tal-pajjiż tal-parteċipant u trażmessa lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni, li min-naħa tagħhom ikunu kkonsenjaw ċertifikati li jorbtu l-kodiċi pubbliku mal-kredenzjali li jidentifikaw lill-parteċipant,

 “aċċess ibbażat fuq l-Internet” tfisser li l-parteċipant għażel kont PM li jista' jkun hemm aċċess għalih permezz tal-Internet biss u l-parteċipant jissottometti messaġġi ta' ħlas jew messaġġi ta' verifika lit-TARGET2 permezz tal-Internet,

 “fornitur tas-servizz tal-Internet” ifisser il-kumpanija jew organizzazzjoni, jiġifieri l-gateway, użat mill-parteċipant ta' TARGET2 għall-finijiet ta' aċċess għall-kont TARGET2 tagħhom permezz ta' aċċess ibbażat fuq l-Internet.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Anness id-definizzjoni ta' “ordni ta' ħlas” hija emendata kif ġej:

 “ordni ta' ħlas” tfisser ordni ta' trasferiment ta' kreditu, ordni ta' trasferiment ta' likwidità jew struzzjoni ta' dejn dirett.

▼B

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet inapplikabbli

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II m’għandhomx japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet:

L-Artikolu 4(1)(c) u (2)(d); l-Artikolu 5(2), (3) u (4); l-Artikoli 6 u 7; l-Artikolu 11(8); l-Artikolu 14(1)(a); l-Artikolu 17(2), l-Artikoli 23 sa 26; l-Artikolu 41; u l-Appendiċi I, VI u VII.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet supplimentari u modifikati

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Anness II għandhom japplikaw fir-rigward tal-aċċess ibbażat fuq l-Internet kif modifikati hawn taħt:

1. L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.  L-Appendiċi li ġejjin jifformaw parti integrali ta’ dawn il-Kundizzjonijiet u japplikaw għall-parteċipanti li jaċċedu għal kont PM permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet:

L-Appendiċi IA fl-Anness V: Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas għal aċċess ibbażat fuq l-Internet

Appendiċi IIA fl-Anness V: Skeda ta’ drittijiet u ħruġ ta’ fatturi għal aċċess ibbażat fuq l-Internet

Appendiċi II: Skema ta’ kumpens TARGET2

Appendiċi III: Termini ta’ referenza għall-kapaċità u opinjonijiet tal-pajjiż

Appendiċi IV, ħlief għall-paragrafu 7(b) tieghu: Il-kontinwità tas-servizz u proceduri ta’ kontingenza

Appendiċi V: Skeda tal-operat”

▼M3

2. L-Artikolu 3 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“1.  TARGET2 tipprovdi ħlas gross dak il-ħin stess għal ħlasijiet f'euro, bi ħlas fi flus tal-bank centrali fil-kontijiet PM.”

(b) il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“2.  L-ordnijiet ta' ħlas li ġejjin jiġu pproċessati f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż]:

(a)  ►M6  tranżazzjonijiet li jirriżultaw direttament minn jew magħmula b'konnessjoni ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema ◄ ;

(b) ħlas tal-parti euro tal-operazzjonijiet tal-kambju fi flus barranin li jinvolvu lill-Eurosistema;

(c) ħlas ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' netting ta' valur kbir transkonfinali

(d) ħlas ta' trasferimenti ta' euro li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet f'sistemi ta' ħlas bl-imnut f'euro ta' importanza sistemika; u

(e)  ►M6  kwalunkwe tranżazzjonijiet oħra f'euro indirizzati lil parteċipanti tat-TARGET2 ◄ .”

(c) jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   ►M6  Fl-interess taċ-ċarezza, għal raġunijiet tekniċi, parteċipanti bbażati fuq l-Internet m'għandhomx ikunu jistgħu jagħmlu ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità PM lil T2S DCA u lanqas ordnijiet ta' trasferiment ta' likwiditàPM lil TIPS DCA. ◄

(d) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“4.  Il-[daħħal isem il-BĊ] huwa l-fornitur tas-servizzi taħt dawn il-Kundizzjonijiet. L-azzjonijiet u l-ommissjonijiet tal-BĊNi li jipprovdu l-SSP u/jew tal-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni għandhom ikunu kkunsidrati bħala azzjonijiet u ommissjonijiet ta' [daħħal isem il-BĊ], li għalihom għandu jassumi r-responsabbiltà skont l-Artikolu 31 hawn taħt. Il-parteċipazzjoni skont dawn il-Kundizzjonijiet m'għandhiex toħloq relazzjoni kuntrattwali bejn il-parteċipanti u l-BĊi li jipprovdu l-SSP meta dawn tal-aħħar jaġixxu f'dik il-kapaċità. L-istruzzjonijiet, il-messaġġi jew l-informazzjoni li parteċipant jirċievi mingħand, jew jibgħat lil, l-SSP b'rabta mas-servizzi pprovduti taħt dawn il-Kundizzjonijiet huma meqjusin bħala li waslu mingħand, jew mibghuta lil, [daħħal isem il-BĊ].”; u

(e) Il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“6.  Il-parteċipazzjoni f'TARGET2 tidħol fis-seħħ permezz ta' parteċipazzjoni f'sistema ta' komponent ta' TARGET2. Dawn il-Kundizzjonijiet jiddeskrivu t-tariffi u l-obbligi reċiproċi tad-detenturi ta' kont PM f'TARGET2- [daħħal ir-referenza BĊ/pajjiż] u l-[daħħal isem il-BĊ]. Ir-regoli dwar l-ipproċessar tal-ordnijiet ta' ħlas (Titolu IV) jirreferu għall-ordnijiet ta' ħlas kollha sottomessi jew il-ħlasijiet li waslu għand detentur ta' kont PM u għandhom japplikaw bla ħsara għall-Anness V.”

▼B

3. L-Artikolu 4(2)(e) huwa mibdul b’li ġej:

“(e) istituzzjonijiet ta’ kreditu jew kull entità mit-tipi elenkati taħt is-subparagrafi (a) sa (c), fiż-żewġ każijiet fejn dawn huma stabbiliti f’pajjiż li miegħu l-Unjoni daħlet fi ftehim monetarju li jippermetti l-aċċess għal sistemi ta’ ħlas fl-Unjoni minn kull waħda minn dawn l-entitajiet, bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim monetarju u bil-patt li s-sistema legali relevanti li tapplika fil-pajjiż hija ekwivalenti għal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni.”

4. L-Artikolu 8 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1(a)(i) huwa mibdul b’li ġej:

“1.  Biex jifthu kont PM li huwa aċċessibbli permezz tal-Internet fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiz], il-parteċipanti applikanti għandhom:

(a) jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi li ġejjin:

(i) jinstallaw, jiġġestixxu, joperaw u jimmonitorjaw u jiżguraw is-sigurtà tal-infrastruttura tal-IT neċessarja għal konnessjoni mat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] u jissottomettulha ordnijiet għall-ħlas, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi fl-Appendiċi IA fl-Anness V. Meta jagħmlu dan, il-parteċipanti applikanti jistgħu jinvolvu lil terzi, iżda jibqgħu responsabbli huma, u”; u

(b) Il-paragrafu 1(c) li ġej huwa mizjud:

“c) jispeċifikaw illi jixtiequ jaċċedu għall-kont PM tagħhom permezz tal-Internet, u japplikaw għal kont PM separat fit-TARGET2 jekk jixtiequ ukoll li jkunu jistghu jaċċedu għat-TARGET2 permezz tal- ►M3  fornitur tas-servizz tan- netwerk ta' TARGET2 ◄ . L-applikanti għandhom jissottomettu applikazzjoni mimlija kif suppost għall-ħruġ taċ-ċertifikati elettroniċi meħtieġa biex jaċċedu għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.”.

5. L-Artikolu 9 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.  Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jitħallew biss jaraw id-direttorju tat-TARGET2 online u ma jistgħux iqassmuh kemm internament kif ukoll esternament.”; u

(b) Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’li ġej:

“5.  Il-parteċipanti jirrikonoxxu illi l-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħra jistgħu jippubblikaw l-ismijiet tal-parteċipanti u l-BICi.”

6. L-Artikolu 10 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafi 1 u 2 huma mibdulin b’li ġej:

“1.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu joffri l-aċċess ibbażat fuq l-Internet deskritt fl-Anness V. Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet jew mitlub mil-liġi, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu juża l-mezzi kollha raġjonevoli fis-setgħa tiegħu biex iwettaq l-obbligi tiegħu taħt dawn il-Kundizzjonijiet, mingħajr ma jiggrarantixxi rizultat.

2.  Il-parteċipanti li jużaw aċċess għat-TARGET2 ibbażat fuq l-Internet għandhom iħallsu d-drittijiet stabbiliti fl-Appendiċi IIA fl-Anness V.”; u

(b) Il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.  Il-parteċipanti għandhom jagħmlu ż-żewg affarijiet li ġejjin:

(a) jivverifikaw attivament, b’intervalli regolari matul kull jum tan-negozju, l-informazzjoni kollha għad-disposizzjoni tagħhom fuq l-ICM, partikolarment għal informazzjoni b’rabta ma’ żviluppi importanti fis-sistema (bħal messaġġi li jirrigwardaw is-saldu ta’ sistemi anċillari) u okkażjonijiet ta’ esklużjoni jew sospensjoni ta’ parteċipant. Il-[daħħal isem il-BĊ] m’għandux jinżamm responsabbli għal telf, dirett jew indirett, li jirriżulta min-nuqqas ta’ parteċipant li jagħmel dawn il-verifiki; u

(b) f’kull ħin jiżguraw kemm il-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sigurtà speċifikati fl-Appendiċi IA fl-Anness V, partikolarment fir-rigward tas-salvagwardja taċ-ċertifikati, u jħarsu r-regoli u l-proċeduri biex jiżguraw illi d-detenturi ta’ ċertifikat ikunu konxji tar-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-salvagwardja taċ-ċertifikati.”

7. L-Artikolu 11 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 5a li ġej huwa miżjud:

“5a.  Il-parteċipanti huma responsabbli għall-aġġornament f’waqtu ta’ formoli għall-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi meħtieġa għall-aċċess għat-TARGET2 permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet u għas-sottomissjoni ta’ formoli ġodda għall-ħruġ ta’ dawn iċ-ċertifikati elettroniċi lill-[daħħal isem il-BĊ]. Il-parteċipanti huma responsabbli biex jivverifikaw l-eżattezza ta’ informazzjoni dwarhom li tiddaħħal fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiz] mill-[daħħal isem il-BĊ].”

(b) Il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’li ġej:

“6.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jitqies li huwa awtorizzat biex jikkomunika lill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni kull informazzjoni dwar il-parteċipanti li tista’ tkun mehtiega mill-awtoritajiet għaċ-ċertifikazzjoni.”

8. L-Artikolu 12(7) huwa sostitwit b’li ġej:

“7.  Il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jagħmel disponibbli rendikont ta’ kuljum lil kull parteċipant li għażel li jkollu dan is-servizz.”

▼M3

9. L-Artikolu 13 huwa mibdul b' li gej:

“Dawn li ġejjin huma kklassifikati bħala ordnijiet ta' ħlas għall-finijiet ta' TARGET2:

(a) ordnijiet ta' trasferiment ta' kreditu;

(b) istruzzjonijiet ta' dejn dirett irċevuti taħt awtorizzazzjoni ta' dejn dirett. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m'għandhomx ikunu jistgħu jibagħtu struzzjonijiet ta' dejn dirett mill-kont PM tagħhom;

(c) ordnijiet ta' trasferiment ta' likwidità.”

▼B

10. L-Artikolu 14(1)(b) huwa mibdul b’li ġej:

“(b) il-messaġġ għall-ħlas huwa konformi mar-regoli u l-kundizzjoni tat-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] dwar l-ifformattjar u jgħaddi mill-verifika doppja deskritta fl-Appendiċi IA fl-Anness V;”

11. L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b’li ġej:

“2.  Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet m’għandhomx jitħallew jużaw il-funzjonalità tal-grupp AL fir-rigward tal-kont PM tagħhom aċċessibbli permezz tal-Internet, jew jikkombinaw dak il-kont PM aċċessibbli permezz tal-Internet ma’ xi kont TARGET2 ieħor li tiegħu huma detenturi. Il-limiti jistgħu jiġu stabbiliti biss b’rabta ma’ grupp AL kollu. Il-limiti m’għandhomx jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ kont PM wieħed ta’ membru ta’ grupp AL.”

12. L-Artikolu 18(3) huwa sostitwit b’li ġej:

“3.  Meta jintuża l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, l-ordni għall-ħlas aċċettata għandha tintbagħat lura bħala mhux issaldat jekk ma jistax ikun issaldat sal-ħin tad-debitu indikat. 15-il minuta qabel il-ħin tad-debitu definit, il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni għandu jkun informat permezz tal-ICM, u mhux tintbagħatlu notifika awtomatika permezz tal-ICM. Il-parteċipant li jagħti l-istruzzjoni jista’ juża ukoll l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu bħala indikatur ta’ avviz biss. F’każijiet bħal dawn, l-ordni għall-ħlas ikkonċernata m’għandhiex tintbagħat lura.”

13. L-Artikolu 21(4) huwa ssostitwit b’li ġej:

“4.  Fuq talba tal-pagatur, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jiddeċiedi li jbiddel il-pożizzjoni fil-kju ta’ ordni għall-ħlas li hija urġenti ħafna (ħlief għal ordnijiet għall-ħlas li huma urġenti ħafna fil-kuntest ta’ proċeduri tas-saldu 5 u 6) sakemm din il-bidla ma taffettwax is-saldu bla xkiel minn sistemi anċillari fit-TARGET2 jew ma jwassalx mod ieħor għal riskju sistemiku.”

▼M7

14. L-Artikolu 28 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1. Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jimplimentaw verifiki tas-sigurtà adegwati, partikolarment dawk speċifikati fl-Appendiċi IA għall-Anness V, biex jipproteġu s-sistemi tagħhom kontra l-aċċess u l-użu mhux awtorizzat. Il-partecipanti ghandhom ikunu responsabbli esklussivament ghall-protezzjoni adegwata tal-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tas-sistemi taghhom.”;

(b) il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4. Il-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jipprovdu [daħħal l-isem tal-BĊ] permezz tal-awtoċertifikazzjoni TARGET2 tagħhom.”; u

(c) jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6. Il-parteċipanti li jużaw l-aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jinformaw lil [daħħal isem il-BĊ] immedjatament b’kull okkorrenza li tista’ taffettwa l-validità taċ-ċertifikati, partikolarment dawk l-okkorrenzi speċifikati fl-Appendiċi IA tal-Anness V, inkluż, mingħajr limitazzjoni, kull telf jew użu mhux xieraq.”

▼B

15. L-Artikolu 29 huwa mibdul b’li ġej:

“Artikolu 29

Użu tal-ICM

1.  L-ICM:

(a) iħalli lill-parteċipanti jdaħħlu l-ħlasijiet;

(b) iħalli lill-parteċipanti jaċċedu għall-informazzjoni li tirrigwarda l-kontijiet tagħhom u jiġġestixxu l-likwidità;

(c) jista’ jintuża biex jibda ordnijiet għat-trasferiment tal-likwidità; u

(d) iħalli l-parteċipanti jaċċedu għal messaġġi tas-sistema.

2.  Aktar dettalji tekniċi dwar l-ICM li għandu jintuża b’konnessjoni mal-aċċess ibbażat fuq l-Internet jinsabu fl-Appendiċi IA fl-Anness V.”.

16. L-Artikolu 32 huwa mmodifikat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’li ġej:

“1.  Sakemm mhux ipprovdut mod iehor f’dawn il-Kundizzjonijiet, il-messaġġi kollha marbutin mal-ħlas u l-ipprocessar tal-ħlas b’rabta mat-TARGET2, bħall-konfermi tad-debiti jew il-krediti, jew messaġġi ta’ prospetti, bejn il-[daħħal isem il-BĊ] u l-parteċipanti għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipant fuq l-ICM.;” u

(b) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.  Jekk konnessjoni ta’ parteċipant tfalli, il-parteċipant għandu juża mezzi alternattivi ta’ trażmissjoni ta’ messaġġi stabbiliti fl-Appendiċi IV fl-Anness II. F’dawn il-każijiet, il-verżjoni ssevjata jew stampata tal-messaġġ prodotta mill-[daħħal isem il-BĊ] għandha tiġi aċċettata bħala evidenza.”.

17. L-Artikolu 34(4)(c) huwa mibdul b’li ġej:

“(c) Ladarba messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponibbli għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbazat fuq l-Internet, dawk il-parteċipanti għandhom jitqiesu li huma informati bit-terminazzjoni/- sospensjoni tal-parteċipazzjoni ta’ parteċipant fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiz] jew sistema ta’ komponent ieħor tat-TARGET2. Il-parteċipanti għandhom ibatu kull telf li jirriżulta mis-sottomissjoni ta’ ordni għall-ħlas lill-parteċipanti li l-parteċipazzjoni tagħhom ġiet sospiża jew itterminata jekk din l-ordni għall-ħlas tkun iddaħħlet fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] wara li l-messaġġ imxandar mill-ICM ikun sar disponibbli.”.

18. L-Artikolu 39(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.  Il-parteċipanti għandhom ikunu meqjusa li jafu dwar, u li ser jikkonformaw ma’, l-obbligi kollha tagħhom marbutin mal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, attivitajiet nukleari sensittivi għall-proliferazzjoni u l-iżvilupp ta’ sistemi għall-kunsinna ta’ armi nukleari, partikolarment bħala implimentazzjoni ta’ miżuri xierqa li jikkonċernaw kwalunkwe ħlasijiet iddebitati minn jew ikkreditati fil-kontijiet PM tagħhom. Qabel ma jidħlu f’relazzjoni kuntrattwali ma’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet, parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom ikunu mgħarrfa bil-politka dwar l-irkupru tad-dejta ta’ min jipprovdi s-servizz tal-Internet.”.

19. L-Artikolu 40(1) huwa sostitwit b’li ġej:

“1.  Ħlief fejn ipprovdut mod ieħor f’dawn il-Kundizzjonijiet, l-avviżi kollha meħtiega jew permessi skont dawn il-Kundizzjoni għandhom jintbagħtu permezz tal-posta rreġistrata, faksimile jew bil-miktub mod iehor. Avviżi lil [daħħal isem il-BĊ] għandhom ikunu sottomessi lill-kap tal-[daħħal d-dipartiment għas-servizzi ta’ pagament jew it-taqsima relevanti tal-BĊ] ta’ [daħħal isem il-BĊ], [inkludi l-indirizz rilevanti tal-BĊ] jew lil [daħħal l-indirizz BIC tal-BĊ]. Avviżi lill-parteċipant għandhom jintbaghtulu fl-indirizz, numru ta’ faks jew indirizz BIC tiegħu li l-parteċipant jista’ minn żmien għal żmien jinnotifika bihom lil [daħħal isem il-BĊ].”

20. L-Artikolu 45 huwa mibdul b’li ġej:

“Artikolu 45

Separabbiltà

Jekk xi dispożizzjoni f’dawn il-Kundizzjonijiet jew fl-Anness V hija jew issir invalida, dan m’għandux jippreġudika l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn il-Kundizzjonijiet jew tal-Anness V.”.




Appendiċi IA

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦALL-IPPROĊESSAR TA’ ORDNIJIET GĦALL-ĦLAS GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Minbarra l-Kundizzjonijiet għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas permezz ta’ aċċess ibbazat fuq l-Internet:

1.    Rekwiżiti tekniċi għall-parteċipazzjoni fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] fir-rigward tal-infrastruttura, in-netwerk u l-formati.

(1) Kull parteċipant li juża aċċess ibbażat fuq l-Internet għandu jqabbad mal-ICM tat-TARGET2 bl-użu ta’ klijent lokali, sistema operattiva u brawżer tal-Internet kif speċifikat fl-Anness “Parteċipazzjoni bbażata fuq l-Internet – Rekwiżiti tas-sistema għall-aċċess tal-Internet” tal-Ispeċifikazzjonijiet Funzjonali Dettaljati għall-Utent (UDFS), bil-programmazzjonijiet definiti Il-kont PM ta’ kull parteċipant għandu jkun identifikat permezz ta’ BIC bi tmien jew ħdax-il ċifra Barra minn hekk, kull parteċipant għandu jgħaddi sensiela ta’ testijiet biex jipprova l-kompetenza teknika u operattiva tiegħu qabel ma jkun jista’ jipparteċipa fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż].

(2) Għas-sottomissjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas u l-iskambju ta’ messaġġi ta’ ħlas fil-PM għandha tintuża l-pjattaforma TARGET2 BIC TRGTXEPMLVP bħala l-mittent/riċevitur tal-messaġġ. Ordnijiet għall-ħlas mibgħutin lil parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant riċevitur fil-qasam għall-istituzzjoni benefiċjarja. Ordnijiet għall-ħlas li jsiru minn parteċipant permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jidentifikaw lil dak il-parteċipant bħala l-istituzzjoni li qed tagħti l-ordni.

(3) Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet għandhom jużaw servizzi ta’ infrastruttura kif speċifikat fil-“Manwal tal-Utent: Aċċess għas-servizz ta’ ċertifikazzjoni tal-kodiċi pubbliku”.

2.    Tipi ta’ messaġġi ta’ ħlas

(1) Parteċipanti b’aċċess ibbażat fuq l-Internet jistgħu jagħmlu t-tipi ta’ ħlasijiet li ġejjin:

(a) ħlasijiet mill-klijent, jigifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji,

(b) ħlasijiet mill-klijent STP, jiġifieri trasferimenti ta’ kreditu li għalihom il-klijent li qed jordna u/jew benefiċjarju mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji, eżegwiti b’metodu ta’ pproċessar kontinwu mill-bidu sat-tmiem,

(c) trasferimenti minn bank għal bank biex jintalab il-moviment ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji,

(d) ħlasijiet ta’ kopertura biex jintalab il-moviment ta’ fondi bejn istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta ma’ trasferiment sottostanti ta’ kreditu ta’ klijent.

Barra minnhekk, parteċipanti li jużaw aċċess għal kont PM ibbażat fuq l-Internet jistgħu jirċievu ordnijiet ta’ debitu dirett.

(2) Il-parteċipanti għandhom jikkonformaw mal-ispecifikazzjonijiet tal-oqsma kif definiti fil-Kapitolu 9.1.2.2 tal-UDFS, Ktieb 1.

(3) Il-kontenut għandu jkun ivvalidat fil-livell tat-TARGET2-[daħħal referenza għall-pajjiż/BĊ] skont ir-rekwiżiti tal-UDFS. Il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-kontenut tal-oqsma. Madankollu, fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-pajjiż/BĊ] m’għandu jkun hemm ebda verifiki speċifiċi dwar jekk parteċipanti jikkonformawx ma’ regoli bħal dawn.

(4) Parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet jistgħu jagħmlu ħlasijiet ta’ kopertura permezz tat-TARGET2, jiġifieri ħlasijiet li jsiru minn banek korrispondenti biex ikun hemm sald ta’ (ikopru) messaġġi ta’ trasferiment ta’ kreditu li huma sottomessi lil bank ta’ klijent b’mezz ieħor, li huwa aktar dirett. Id-dettalji tal-klijent inklużi f’dawn il-ħlasijiet ta’ kopertura m’għandhomx jintwerew fl-ICM.

3.    Verifika ta’ entrata doppja

(1) L-ordnijiet għall-ħlas kollha għandhom jgħaddu minn verifika ta’ entrata doppja, li l-għan tagħha huwa li tirrifjuta ordnijiet għall-ħlas li ġew sottomessi aktar minn darba bi żball.

(2) L-oqsma li ġejjin tat-tipi ta’ messaġġ għandhom jigu vverifikati:



Dettalji

Parti tal-messaġġ

Qasam

Mittent

Intestatura Bazika

Indirizz BIC

Tip ta’ Messaġġ

Intestatura tal-Applikazzjoni

Tip ta’ Messaġġ

Riċevitur

Intestatura tal-Applikazzjoni

Indirizz tad-Destinazzjoni

Numru ta’ Referenza tat-Tranżazzjoni (TRN)

Blokk tat-Test

:20

Referenza Relatata

Blokk tat-Test

:21

Data tal-Valur

Blokk tat-Test

:32

Ammont

Blokk tat-Test

:32

(3) Jekk l-oqsma kollha deskritti fis-subparagrafu 2 fir-rigward ta’ ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa huma identiċi għal dawk fir-rigward ta’ ordni għall-ħlas li diġà ġiet aċċettata, l-ordni għall-ħlas ġdida li ġiet sottomessa għandha tintbagħat lura.

4.    Kodiċijiet li jidentifikaw żball

Jekk ordni għall-ħlas tiġi rrifjutata, notifika ta’ abort għandha tiġi pprovduta permezz tal-ICM biex tindika r-raġuni għar-rifjut permezz ta’ kodiċijiet li jidentifikaw żball. Il-kodiċijiet li jidentifikaw żball huma definiti fil-Kapitlu 9.4.2 tal-UDFS.

5.    Ħinijiet predeterminati għas-saldu

(1) Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Ewwel Debitu, għandha tintuża l-kelma kodiċi “/FROTIME/”.

(2) Għal ordnijiet għall-ħlas li jużaw l-Indikatur tal-Ħin tal-Aħħar Debitu, għandhom ikunu disponibbli żewġ għażliet.

(a) Il-kelma kodiċi “/REJTIME/”: jekk ma jistax ikun hemm saldu tal-ordni għall-ħlas sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas għandu jintbagħat lura.

(b) Il-kelma kodiċi “/TILTIME/”: jekk ma jistax isir saldu tal-ordni għall-ħlas sal-ħin tad-debitu indikat, l-ordni għall-ħlas m’għandux jintbagħat lura iżda għandu jinżamm fil-kju relevanti.

Taħt iż-żewġ għażliet, jekk ma jkunx hemm saldu ta’ ordni għall-ħlas b’Indikatur tal-Ħin għall-Aħħar Debitu sa 15-il minuta qabel il-ħin indikat fiha, għandha tiġi pprovduta awtomatikament notifika permezz tal-ICM.

(3) Jekk tintuża l-kelma kodiċi “/CLSTIME/”, il-ħlas għandu jiġi ttrattat bl-istess mod bħall-ordni għall-ħlas li għaliha hemm referenza fis-subparagrafu 2(b)

6.    Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fl-entry disposition

(1) Verifiki ta’ bilanċ u, jekk xieraq, verifiki ta’ bilanċ estiżi (iż-żewġ kelmiet hekk kif definiti fil-paragrafi 2 u 3) għandhom isiru fuq ordnijiet għall-ħlas mdaħħlin fil-entry disposition sabiex jipprovdu saldu gross ta’ ordnijiet għall-ħlas li huwa veloċi u jiffranka l-likwidità.

(2) Verifika ta’ bilanċ għandha tiddetermina jekk l-ordnijiet għall-ħlas ta’ min għandu jirċievi l-ħlas li jinsabu fuq quddiem ta’ dawk li huma urġenti hafna jew, jekk dan ma japplikax, il-kju urġenti, humiex disponibbli biex ikunu bbilanċati kontra l-ordni għall-ħlas tal-pagatur (minn hawn ’il quddiem “ordnijiet għall-ħlas ta’ bilanċ”). Jekk ordni għall-ħlas ta’ bilanċ ma tipprovdix fondi suffiċjenti għall-ordni tal-ħlas tal-pagatur tal-ħlas rispettiv fil-entry disposition, għandu jiġi determinat jekk hemmx likwidità disponibbli biżżejjed fil-kont PM tal-pagatur.

(3) Jekk il-verifika ta’ bilanċ tfalli, il-[daħħal isem il-BĊ] jista’ jagħmel verifika ta’ bilanċ estiża. Verifika ta’ bilanċ estiża tiddetermina jekk ordnijiet għall-ħlas ta’ bilanċ humiex disponibbli f’waħda mill-kjuwijiet ta’ min qed jirċievi l-ħlas irrispettivament minn meta ngħaqdu mal-kju. Madankollu, jekk fil-kju ta’ min qed jirċievi l-ħlas hemm ordnijiet għall-ħlas ta’ prijorità ogħla indirizzati lil parteċipanti TARGET2 oħrajn, il-prinċipju FIFO jista’ jinkiser biss jekk is-saldu ta’ din l-ordni għall-ħlas ta’ bilanċ jirriżulta f’żieda fil-likwidità għal min qed jirċievi l-ħlas.

7.    Saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-kju

(1) It-trattament ta’ ordnijiet għall-ħlas imqiegħda fi kjuwijiet jiddependi fuq il-klassi ta’ prijorità li magħha ġiet abbinata mill-parteċipant li qed jaghti l-istruzzjoni.

(2) Ordnijiet għall-ħlas fil-kjuwijiet urġenti ħafna u urġenti għandu jsir saldu tagħhom permezz tal-verifiki ta’ bilanċ deskritti fil-paragrafu 6, u jibdew bl-ordni għall-ħlas fuq quddiem tal-kju f’każijiet fejn hemm żieda fil-likwidità jew hemm intervent f’livell ta’ kju (bidla tal-pożizzjoni fil-kju, il-ħin jew il-prijorità tas-saldu, jew revoka tal-ordni għall-ħlas).

(3) Ordnijiet għall-ħlas fil-kju normali għandu jsir saldu tagħhom fuq bażi kontinwa inklużi l-ordnijiet għall-ħlas urgenti hafna u urgenti li għadu ma sarx saldu tagħhom. Jintuzaw mekkaniżmi ta’ ottimizzazzjoni (algoriżmi) differenti. Jekk algoriżmu jirnexxi, l-ordnijiet għall-ħlas inkluzi għandu jsir saldu tagħhom; jekk algorizmu ma jirnexxix, l-ordnijiet għall-ħlas jibqgħu fil-kju. Tliet algoriżmi (1 sa 3) għandhom jiġu applikati sabiex jibbilanċjaw il-flussi tal-pagament. Permezz ta’ Algoriżmu 4, il-proċedura tas-saldu 5 (kif definita f’Kapitolu 2.8.1 tal-UDFS) għandha tkun disponibbli għall-istruzzjonijiet għas-saldu tal-ħlas ta’ sistemi anċillari. Biex jigi ottimizzat is-saldu ta’ tranżazzjonijiet tas-sistema anċillari li huma urġenti ħafna fis-subkontijiet tal-parteċipanti, għandu jintuza algoriżmu speċjali (Algoriżmu 5).

(a) Taħt l-Algoriżmu 1 (“kollox-jew-xejn”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu, kemm għal kull relazzjoni li fir-rigward tagħha ġie stabbilit limitu bilaterali kif ukoll għas-somma totali ta’ relazzjonijiet li għalihom ġie stabbilit limitu multilaterali:

(i) jikkalkula l-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM ta’ parteċipant fit-TARGET2 billi jistabbilixxi jekk l-aggregat tal-ordnijiet għall-ħlas ħerġin u deħlin li huma pendenti fil-kju huwiex negattiv jew pożittiv u, jekk huwa negattiv, jivverifika jekk jeċċedix il-likwidità disponibbli ta’ dak il-parteċipant (il-pożizzjoni tal-likwidità totali għandha tikkostitwixxi l-“pożizzjoni tal-likwidità totali”); u

(ii) jivverifika jekk il-limiti u r-riżervi stabbiliti minn kull parteċipant TARGET2 fir-rigward ta’ kull kont PM rilevanti humiex irrispettati.

Jekk l-eżitu ta’ dawn il-kalkoli u verifiki huwa pożittiv għal kull kont PM relevanti, il-[daħħal isem il-BĊ] u BĊi oħrajn involuti għandhom jagħmlu sald tal-ħlasijiet kollha fl-istess ħin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati.

(b) Taħt l-Algoriżmu 2 (“parzjali”) il-[daħħal isem tal-BĊ] għandu:

(i) jikkalkula u jivverifika l-pożizzjonijiet tal-likwidità, il-limiti u r-riżervi ta’ kull kont PM rilevanti skont l-Algoriżmu 1; u

(ii) jekk il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kont PM wieħed relevanti jew aktar huwa negattiv, joħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm il-pożizzjoni tal-likwidità totali ta’ kull kont PM rilevanti tkun pożittiva.

Minn hemm ’il quddiem, il-[daħħal isem il-BĊ] u l-BĊi oħrajn involuti għandhom, sakemm ikun hemm fondi suffiċjenti, għandhom jagħmlu saldu tal-ħlasijiet kollha li jkun għad baqa’ (ħlief għall-ordnijiet għall-ħlas maħrugin) fl-istess hin fuq il-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkoncernati.

Meta jkunu qed joħorġu ordnijiet għall-ħlas, il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jibda mill-kont PM tal-parteċipant fit-TARGET2 bl-ogħla pożizzjoni ta’ likwidità totali negattiva u mill-ordni għall-ħlas fl-aħħar tal-kju bl-aktar prijorità baxxa. Il-proċess tal-għazla għandu jgħaddi biss għal żmien qasir, li għandu jigi ddeterminat minn [daħħal isem il-BĊ] fid-diskrezzjoni tiegħu.

(c) Taħt l-Algoriżmu 3 (“multiplu”) il-[daħħal isem il-BC] għandu:

(i) iqabbel pari ta’ kontijiet PM ta’ parteċipanti fit-TARGET2 sabiex jiddetermina jekk ordnijiet għall-ħlas fil-kju jistax isir saldu tagħhom fil-likwidità disponibbli fil-kontijiet taż-żewġ parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati u fil-limiti stabbiliti minnhom (billi jibda mill-par ta’ kontijiet PM bl-anqas differenza bejn l-ordnijiet għall-ħlas indirizzati lil xulxin), u l-BĊi involuti għandhom jirreġistraw dawk il-ħlasijiet simultanjament fiż-żewġ kontijiet PM tal-parteċipanti tat-TARGET2; u

(ii) jekk, b’rabta ma’ par kontijiet PM kif deskritti taħt il-punt (i), il-likwidità mhijiex biżżejjed biex tiffinanzja l-pożizzjoni bilaterali, joħroġ ordnijiet għall-ħlas individwali sakemm ikun hemm likwidità biżżejjed. F’dan il-kaz il-BĊi involuti għandhom jagħmlu s-saldu tal-ħlasijiet li jibqghu, ħlief għal dawk maħruġin, simultanjament fuq il-kontijiet PM taż-żewg parteċipanti tat-TARGET2.

Wara li jkun wettaq il-verifiki speċifikati taħt is-subparagrafi (i) sa (ii), il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jivverifika l-pożizzjonijiet multilaterali għas-saldu (bejn kont PM ta’ parteċipant u kontijiet PM ta’ parteċipanti oħra fit-TARGET2 li b’rabta magħhom ġie stabbilit limitu multilaterali). Għal dan il-għan, il-procedura deskritta taħt is-subparagrafi (i) sa (ii) għandha tapplika mutatis mutandis.

(d) Taħt l-Algoriżmu 4 (“saldu parzjali u anċillari tas-sistema”) il-[daħħal isem il-BC] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal tal-Algoriżmu 2, iżda mingħajr ma joħrog ordnijiet għall-ħlas b’rabta mas-saldu ta’ sistema anċillari (li tagħmel saldu fuq bażi simultanja u multilaterali).

(e) Taħt l-Algoriżmu 5 (“saldu ta’ sistema anċillari permezz ta’ subkontijiet”) il-[daħħal isem il-BĊ] għandu jsegwi l-istess proċedura bħal tal-Algoriżmu 1, bla ħsara għall-modifika li l-[daħħal isem il-BĊ] għandu jibda l-Algoriżmu 5 permezz tal-Interfaċċa tas-Sistema Anċillari u għandu jivverifika biss jekk hemmx fondi suffiċjenti fis-subkontijiet tal-parteċipanti. Barra minn hekk, ebda limiti u riżervi m’għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. L-Algoriżmu 5 għandu jithaddem ukoll matul saldu li jsir bil-lejl.

(4) Ordnijiet għall-ħlas imdaħħlin fl-entry disposition wara l-bidu ta’ xi wieħed mill-Algoriżmi 1 sa 4 jista’ madankollu jsir saldu tagħhom immedjatament fl-entry disposition jekk il-pożizzjonijiet u l-limiti tal-kontijiet PM tal-parteċipanti fit-TARGET2 ikkonċernati huma kompatibbli kemm mas-saldu ta’ dawn l-ordnijiet għall-ħlas kif ukoll mas-saldu ta’ ordnijiet għall-ħlas fil-proċedura ta’ ottimizzazzjoni kurrenti. Madankollu, żewg algoriżmi m’għandhomx jitħaddmu simultanjament.

(5) Fl-ipproċessar ta’ matul il-jum l-algoriżmi għandhom jitħaddmu sekwenzjalment. Sakemm ma jkunx hemm pendenti ebda saldu multilaterali simultanju ta’ sistema anċillari, is-sekwenza għandha tkun kif ġej:

(a) l-algoriżmu 1,

(b) jekk l-algoriżmu 1 ma jirnexxix, imbagħad l-algoriżmu 2,

(c) jekk l-algoriżmu 2 ma jirnexxix, imbagħad l-algoriżmu 3, jew jekk l-algoriżmu 2 jirnexxi, irrepeti algoriżmu 1.

Meta jkun pendenti saldu multilaterali simultanju (“proċedura 5”) fil-konfront ta’ sistema anċillari, għandu jitħaddem l-Algorizmu 4.

(6) L-algoriżmi għandhom jitħaddmu b’mod flessibbli billi jistabbilixxu pawsa ta’ zmien pre-definit bejn l-applikazzjoni ta’ algoriżmi differenti sabiex jiġi żgurat intervall minimu bejn it-tħaddim taż-żewg algoriżmi. Is-sekwenza tal-ħin għandha tiġi kkontrollata awtomatikament. L-intervent manwali għandu jkun possibbli.

(7) Filwaqt li huwa inkluż f’algoriżmu li qed jaħdem, ordni għall-ħlas m’għandux jigi ordnat mill-gdid (bidla tal-pożizzjoni fil-kju) jew irrevokat. Talbiet għal ordni mill-ġdid jew revoka ta’ ordni għall-ħlas għandhom jitpoġġew fil-kju sakemm l-algoriżmu jlesti. Jekk isir saldu tal-ordni għall-ħlas ikkonċernat sakemm ikun qed jaħdem l-algoriżmu, kull talba għal ordni mill-ġdid jew revoka għandha tiġi miċħuda. Jekk ma jsirx saldu tal-ordni għall-ħlas, it-talbiet tal-parteċipanti għandhom jittiehdu inkunsiderazzjoni immedjatament.

8.    Użu tal-ICM

(1) L-ICM jista’ jintuża biex jiddaħħlu ordnijiet għall-ħlas.

(2) L-ICM jista’ jintuża biex tinkiseb l-informazzjoni u għall-ġestjoni tal-likwidità.

(3) Bl-eċċezzjoni ta’ ordnijiet għall-ħlas maħżuna u informazzjoni statika, hija biss id-dejta b’rabta mal-jum tan-negozju kurrenti li hija disponibbli permezz tal-ICM. L-iskrins għandhom ikunu offruti bl-Ingliz biss.

(4) L-informazzjoni għandha tkun offruta f’modalità “pull”, li jfisser li kull parteċipant għandu jitlob li tingħatalu l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom jikkontrollaw l-ICM regolarment matul il-jum tan-negozju biex jaraw waslux messaġġi importanti.

(5) Huwa biss il-modalità user-to-application (U2 A) li għandha tkun disponibbli għall-parteċipanti li jużaw aċċess ibbażat fuq l-Internet. L-U2 A tippermetti l-komunikazzjoni diretta bejn parteċipant u l-ICM. L-informazzjoni tintwera fi brawżer li jaħdem fuq PC. Aktar dettalji huma spjegati fil Manwal għall-Utent ICM.

(6) Kull parteċipant għandu jkollu mill-anqas kompjuter wieħed bl-aċċess għall-Internet sabiex jaċċedi għall-ICM permezz tal-U2 A.

(7) Drittijiet ta’ aċċess għall-ICM għandhom jingħataw permezz ta’ ċertifikati, li l-użu tagħhom huwa deskritt b’mod aktar komplet fil-paragrafi 10 sa 13.

(8) Il-parteċipanti jistgħu jużaw ukoll l-ICM sabiex jittrasferixxu l-likwidità.

(a) [daħħal jekk applikabbli] mill-kont PM tagħhom għall-kont tagħhom barra l-PM;

(b) bejn il-kont PM u s-subkontijiet tal-parteċipant; u

▼M5

(c) mill-kont PM sal-kont tekniku ġestit mis-sistema anċillari bl-użu tal-proċedura ta' saldu 6 f'ħin reali.

▼B

9.    L-UDFS, il-Manwal għall-Utent ICM u “l-Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku”

Aktar dettalji u eżempji li jispjegaw ir-regoli ta’ hawn fuq jinsabu fil-UDFS u fil-Manwal għall-Utent ICM, kif emendat minn żmien għal żmien u ppubblikat fuq il-websajt ta’ [daħħal isem il-BĊ] u l-websajt tat-TARGET 2 bl-Ingliż, u fil-“Manwal għall-Utent: Aċċess bl-Internet għas-Servizz ta’ Ċertifikazzjoni tal-Kodiċi Pubbliku”.

10.    Ħruġ, sospensjoni, rijattivazzjoni, revoka u tiġdid ta’ ċertifikati

(1) Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [daħħal isem il-BĊ] il-ħrug ta’ certifikati li jħallulhom aċċess għat-TARGET2 [daħħal referenza għall-BĊ/pajjiz] permezz ta’ aċċess ibbażat fuq l-Internet.

(2) Il-parteċipant għandu jitlob mingħand [daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] is-sospensjoni u r-rijattivazzjoni ta’ ċertifikati, kif ukoll ir-revoka u t-tiġdid ta’ ċertifikati, meta detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jixtieq aktar li jkollu aċċess għat-TARGET2 jew jekk il-parteċipant iwaqqaf l-attivitajiet tiegħu fit-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] eż. bħala riżultat ta’ għaqda jew akkwist.

(3) Il-parteċipant għandu jadotta kull prekawzjoni u miżura organizzattiva sabiex jiżgura illi ċ-ċertifikati jintużaw biss f’konformità mal-Kundizzjonijiet Armonizzati,

(4) Il-parteċipant għandu jinnotifika mill-ewwel lill-[daħħal isem il-BĊ] b’kull bidla materjali għall-informazzjoni li tinsab fil-formoli ppreżentati lil [daħħal isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.

11.    L-użu ta’ ċertifikati mill-parteċipant

(1) Il-parteċipant għandu jiżgura s-salvagwardja taċ-ċertifikati kollha u jadotta miżuri organizzattivi u tekniċi b’saħħithom sabiex jevita ħsara lil terzi u jiżgura illi kull ċertifikat jintuża biss mid-detentur taċ-ċertifikat speċifiku li lilu jkun inħareġ.

(2) Il-parteċipant għandu jipprovdi fil-pront kull informazzjoni mitluba minn [daħħal isem il-BĊ] u jiggarantixxi l-affidabbiltà ta’ dik l-informazzjoni. Il-parteċipanti għandhom, f’kull ħin, jibqgħu kompletament responsabbli għall-eżattezza tal-informazzjoni kollha mogħtija lil [daħħal isem il-BĊ] b’rabta mal-ħruġ ta’ ċertifikati.

(3) Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat kollha tiegħu jżommu ċ-ċertifikati assenjati separati mill-kodiċi sigriet PIN u PUK.

(4) Il-parteċipant għandu jassumi responsabbiltà sħiħa sabiex jiżgura illi ebda wieħed mid-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu ma juża ċ-ċertifikati għal funzjonijiet jew finijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom iċ-ċertifikati jkunu nħarġu.

(5) Il-parteċipant għandu jinforma immedjatament lil [daħħal isem il-BĊ] b’kull talba u raġuni għal sospensjoni, rijattivazzjoni, revoka jew tiġdid ta’ ċertifikati.

(6) Il-parteċipant għandu jitlob immedjatament lil [daħħal isem il-BĊ] sabiex jissospendi kull ċertifikat, jew il-kodiċijiet li hemm fihom, li huma difettużi jew li m’għadhomx aktar fil-pussess tad-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu.

(7) Il-parteċipant għandu jinnotifika immedjatament lil [daħħal isem il-BĊ] b’kull telf jew serq ta’ ċertifikati.

12.    Rekwiżiti tas-Sigurtà

(1) Is-sistema tal-kompjuter li parteċipant juża sabiex ikollu aċċess għat-TARGET2 bl-Internet għandha tinsab fi proprjetà ta’ jew mikrija mill-parteċipant. L-aċċess għat-TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] għandu jkun permess biss minn din il-proprjetà, u, sabiex jiġi evitat kull dubju, ebda aċċess minn barra m’għandu jkun permess.

(2) Il-parteċipant għandu jħaddem is-softwer kollu fuq sistemi tal-kompjuter li huma installati u magħmulin apposta skont standards internazzjonali kurrenti għas-sigurtà fl-IT, li bħala minimu għandhom jinkludu r-rekwiżiti spjegati fil-paragrafi 12(3) u 13(4). Il-parteċipant għandu jistabbilixxi miżuri xierqa, inkluż b’mod partikolari protezzjoni anti-virus u kontra l-malware, miżuri kontra l-phishing, hardening, u proċeduri ta’ patch management. Il-miżuri u l-proċeduri kollha bħal dawn għandhom ikunu aġġornati regolarment mill-parteċipant.

(3) Il-parteċipant għandu jistabbilixxi link ta’ komunikazzjoni bil-kodiċi ma’ TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] għall-aċċess bl-Internet.

(4) Il-profili tal-utenti tal-kompjuters tal-parteċipant m’għandux ikollhom privileġġi amministrattivi. Il-privileġġi għandhom jiġu assenjati skont il-principju tal-“anqas privilegg”.

(5) Il-parteċipant għandu dejjem jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter użati għal aċċess bl-Internet għal TARGET2-[daħħal BC/referenza għall-pajjiz] kif ġej:

(a) Huma għandhom jipproteġu s-sistemi tal-kompjuters u l-kompjuters minn aċċess fiżiku u għan-netwerk li mhuwiex awtorizzat, billi f’kull ħin jużaw firewall sabiex jipproteġi s-sistemi tal-kompjuter u l-kompjuters minn traffiku tal-Internet li jkun dieħel, u l- kompjuters minn aċċess mhux awtorizzat permezz tan-netwerk intern. Huma għandhom jużaw firewall li jipproteġi kontra t-traffiku li jkun dieħel, kif ukoll firewall fuq kompjuters biex jiġi żgurat li huma biss il-programmi awtorizzati li jikkomunikaw mal-estern.

(b) Il-parteċipanti għandhom ikunu awtorizzati biss sabiex fuq il-kompjuters jinstallaw is-softwer li huwa mehtieg għall-aċċess għat-TARGET2 u li huwa awtorizzat taħt il-politika dwar is-sigurtà interna tal-parteċipant.

(c) Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jiżguraw illi l-applikazzjonijiet kollha tas-softwer li jaħdmu fuq il-kompjuters ikunu aġġornati regolarment u pprogrammati bl-aktar verżjoni riċenti. Dan japplika b’mod partikolari fir-rigward tas-sistema operativa, il-brawżer tal-Internet u l-plug-ins.

(d) Il-parteċipanti għandhom f’kull ħin jillimitaw it-traffiku li jkun ħiereġ mill-kompjuters għal siti li jkunu ta’ sensittività għolja għan-negozju, kif ukoll għal siti meħtieġa għall-aġġornamenti tas-softwer li huma legittimi u raġjonevoli.

(e) Il-parteċipanti għandhom jiżguraw illi l-flussi kritiċi interni lejn jew mill-kompjuters ikunu protetti kontra l-kxif u l-tibdil malizzjuż, speċjalment jekk fajls ikunu ttrasferiti permezz ta’ netwerk.

(6) Il-parteċipant għandu jiżgura illi d-detenturi ta’ ċertifikat tiegħu jsegwu f’kull ħin prattiċi tal-browsing siguri, li jinkludu:

(a) li ċerti kompjuters jinżammu biss għall-aċċess ta’ siti tal-istess livell ta’ sensittività u biex ikollhom aċċess biss għal dawk is-siti minn dawk il-kompjuters;

(b) li dejjem tinbeda mill-ġdid is-sessjoni tal-brawżer qabel u wara li jkun sar l-aċċess għal TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] bl-Internet;

(c) ikun hemm il-verifika tal-awtentiċità taċ-ċertifikat tal-SSL ta’ kull server kull darba li wieħed jaqbad ma’ TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] bl-Internet;

(d) is-suspett dwar emejls li jidhru li huma mingħand TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż], u li ma tingħata qatt il-password taċ-ċertifikat jekk mitlub għal dik il-password, peress illi TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż] qatt ma jitlob il-password ta’ ċertifikat f’emejl jew mod ieħor.

(7) Il-parteċipant għandu, f’kull ħin jimplimenta l-prinċipji ta’ tmexxija li ġejjin sabiex inaqqas ir-riskji għas-sistema tiegħu:

(a) jistabbilixxi prattici ta’ tmexxija għall-utent li jizguraw illi huma biss l-utenti awtorizzati li jinħolqu u jibqgħu fis-sistema u li tinżamm lista aġġornata u preċiża tal-utenti awtorizzati;

(b) ikun hemm ir-rikonċiljazzjoni tat-traffiku ta’ kuljum tal-pagament sabiex jiġi identifikat in-nuqqas ta’ qbil bejn it-traffiku ta’ kuljum tal-pagament awtorizzat u dak attwali, kemm mibgħut kif ukoll irċevut;

(c) li jiżgura illi detentur ta’ ċertifikat ma jkunx jista’ jara xi sit tal-Internet ieħor fl-istess ħin li jkollu aċċess għal TARGET2-[daħħal referenza għall-BĊ/pajjiż].

13.    Rewiżiti għas-sigurtà addizzjonali

(1) Il-parteċipant għandu f’kull ħin jiżgura permezz ta’ miżuri organizzattivi u/jew tekniċi xierqa illi ma jsirx abbuż ta’ IDs tal-utent li jinkixfu għall-finijiet ta’ verifika tad-drittijiet ta’ aċċess (Verifika tad-Dritt ta’ Aċċess), u, b’mod partikolari, illi ebda persuna li ma hijiex awtorizzati ma tikseb tagħrif dwarhom.

(2) Il-parteċipant għandu jkollu proċess amministrattiv għall-utent stabbilit sabiex jiżgura t-tħassir immedjat u permanenti tal-ID tal-utent relatat f’każ li impjegat jew utent ieħor ta’ sistema fil-post ta’ parteċipant iħalli l-organizzazzjoni tal-parteċipant.

(3) Il-parteċipant għandu jkollu fis-seħħ proċess amministrattiv għall-utent u għandu b’mod immedjat u permanenti jinblokka IDs tal-utent li huma b’xi mod kompromessi, inkluż f’każijiet fejn ċertifikati ntilfu jew insterqu, jew fejn password ġiet phished.

(4) Jekk parteċipant ma jkunx jista’ jelimina nuqqasijiet marbutin mas-sigurtà jew żbalji fil-konfigurazzjoni eż. li jirriżultaw minn sistemi infettati minn malware, wara tliet okkażjonijiet, il-BĊi li jipprovdu l-SSP jistgħu jinblukkaw b’mod permanenti l-IDs kollha tal-utent tal-parteċipant.




Appendiċi IIA

SKEDA GĦAD-DRITTIJIET U L-ĦRUĠ TA’ FATTURI GĦALL-AĊĊESS IBBAŻAT FUQ L-INTERNET

Drittijiet għal parteċipanti diretti

1. Id-dritt ta’ kull xahar għall-ipproċessar ta’ ordnijiet għall-ħlas fit-TARGET2-[daħħal ir-referenza għall-BĊ/pajjiż] għal parteċipanti diretti għandha tkun ta’ EUR 70 bħala dritt għall-aċċess bl-Internet għal kull kont PM flimkien ma’ EUR 100 għal kull kont PM flimkien ma’ dritt fiss ta’ EUR 0,80 għal kull tranżazzjoni (reġistrata bħala debitu);

2. Għandu jkun hemm dritt addizzjonali ta’ kull xahar ta’ EUR 30 għal kull kont għal parteċipanti diretti li ma jixtiqux li l-BIC tal-kont tagħhom jiġi ppubblikat fid-direttorju TARGET2.

▼M4

3. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu joħroġ u jżomm sa ħames ċertifikati attivi bla ħlas għal kull parteċipant għal kull kont PM. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimponi dritt ta' EUR 120 għall-ħruġ ta' sitt ċertifikat attiv u kull wieħed ieħor addizzjonali sussegwenti. Il-[daħħal l-isem tal-BĊ] għandu jimponi dritt ta' manteniment annwali ta' EUR 30 għas-sitt ċertifikat attiv u kull wieħed ieħor addizzjonali sussegwenti. Ċertifikati attivi għandhom ikunu validi għal ħames snin.

▼B

Ħruġ ta’ fatturi

▼M6

4. Fil-każ ta' parteċipanti diretti, japplikaw ir-regoli li ġejjin għall-ħruġ ta' fatturi. Il-parteċipant dirett għandu jirċievi l-fattura għax-xahar preċedenti li tispeċifika d-drittijiet li għandhom jitħallsu, sa mhux aktar tard mill-ħames jum tan-negozju tax-xahar ta' wara. Il-ħlasijiet għandhom isiru sa mhux aktar tard mill-14-il jum tan-negozju ta' dan ix-xahar lill-kont speċifikat mill-[daħħal l- isem tal-BĊ] u għandhom ikunu debitati minn kont speċifikat mill-parteċipant.

▼B




ANNESS VI

LINJA TA’ GWIDA MĦASSRA BL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2 (ĠU L 237, 30.10.2007, p. 1)

Linja Gwida BĊE/2009/9 (ĠU L 123, 19.5.2009, p. 94)

Linja ta’ Gwida BĊE/2009/21 ĠU L 260, 3.10.2009, p. 31

Linja ta’ Gwida BĊE/2010/12 ĠU L 261, 5.10.2010, p. 6

Linja ta’ Gwida BĊE/2011/2 (ĠU L 86, 1.4.2011, p. 75)

Linja ta’ Gwida BĊE/2011/15 (ĠU L 279, 26.10.2011, p. 5)




ANNESS VII



TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Linja ta’ Gwida BĊE/2007/2

Din il-Linja ta’ Gwida

Artikoli 1 - 4

Artikoli 1 - 4

Artikoli 5 - 6

Artikolu 5

Artikolu 7

Artikolu 6

Artikolu 8

Artikoli 9 - 11

Artikolu 7

Artikolu 12

Artikolu 8

Artikolu 13

Artikolu 9

Artikolu 14

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikoli 17 - 24

Artikolu 12

Artikolu 25

Artikolu 14

Artikolu 26

Artikolu 15

Artikolu 27

Artikolu 16

Artikolu 28

Annessi I - V

Annessi I - V



( 1 ) Linja gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3) (Linja gwida dwar id-Dokumentazzjoni Ġenerali).

( 2 ) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: “speċifikazzjoni ta' sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro” tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema, verżjoni riveduta ta' Lulju 2016.

( 3 ) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 5 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 6 ) ĠU L 237, 8.9.2007, p. 71.

( 7 ) Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19).

( 8 ) Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

( 9 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2238/2004 tad-29 ta’ Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-IFRS 1, l-IASs Nri 1 sa 10, 12 sa 17, 19 sa 24, 27 sa 38, 40 u 41 u s-SIC Nri 1 sa 7, 11 sa 14, 18 sa 27, 30 sa 33 (ĠU L 348M, 24.12.2008, p. 42-45 (MT).

( 10 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.

( 11 ) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' “sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro” tal-20 ta' Novembru 2008; (e) Il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema ta' Lulju 2016.

( 12 ) Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

( 13 ) ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7.

( 14 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

( 15 ) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 1.

( 16 ) ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.

( 17 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

( 18 ) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

( 19 ) Is-CET iqis il-bidla għas-Central European Summer Time.

( 20 ) Tibda 15-il minuta aktar tard fl-aħħar jum tal-perijodu ta’ manutenzjoni ta’ riżerva tal-Eurosistema.

( 21 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.

( 22 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107-112.

( 23 ) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).

( 24 ) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

( 25 ) Is-CET iqis il-bidla għas-Central European Summer Time [Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali].

( 26 ) Is-CET iqis il-bidla għas-Central European Summer Time [Ħin tas-Sajf tal-Ewropa Ċentrali].

( 27 ) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma kollha ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar sistemi ta' ħlas u saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) Il-linja tal-politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar tal-kontropartijiet ċentrali tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar fejn jinsabu u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) Il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi għas-saldu ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas iddenominati f'euro: speċifikazzjoni ta' “sitwati legalment u operazzjonalment fiż-żona tal-euro” tal-20 ta' Novembru 2008; (e) il-politika tal-qafas ta' sorveljanza tal-Eurosistema, verżjoni riveduta 2016.

( 28 ) Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).

( 29 ) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).

( 30 ) Is-CET jieħu inkunsiderazzjoni l-bidla għas-Central European Summer Time.

( 31 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 27-29.

( 32 ) Il-politika kurrenti tal-Eurosistema għal fejn jinsabu infrastrutturi hija stabbilita fid-dikjarazzjonijiet li ġejjin, li huma disponibbli fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu: (a) id-dikjarazzjoni tal-politika dwar is-sistemi ta' ħlas u ta' saldu tal-euro li jinsabu barra ż-żona tal-euro tat-3 ta' Novembru 1998; (b) il-linja ta' politika tal-Eurosistema fir-rigward tal-konsolidazzjoni fl-ikklerjar ċentrali tal-kontroparti tas-27 ta' Settembru 2001; (c) il-prinċipji tal-politika tal-Eurosistema dwar il-post u t-tħaddim ta' infrastrutturi li jirrisolvu tranżazzjonijiet ta' ħlas denominati fl-euro tad-19 ta' Lulju 2007; (d) il-prinċipji tal-politika tal-Ewrosistema dwar il-lok u l-operat ta' infrastrutturi li jirrisolvu tranżazzjonijiet ta' ħlas denominati fl-euro: speċifikazzjoni ta' “legalment u operazzjonalment lokalizzata fiż-żona euro” ta 'l-20 ta' Novembru 2008; (e) il-qafas tal-politika tas-sorveljanza tal-Eurosistema, verżjoni riveduta ta 'Lulju 2016.

( 33 ) http://www.ecb.int/paym/coll/coll/ssslinks/html/index.en.html

Fuq