EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 01999R2157-20171206
European Central Bank Regulation (EC) No 2157/1999 of 23 September 1999 on the powers of the European Central Bank to impose sanctions (ECB/1999/4)
Test konsolidat: Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4)
Ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4)
01999R2157 — MT — 06.12.2017 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 2157/1999 tat-23 Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 264 12.10.1999, p. 21) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
IR-REGOLAMENT (KE) Nru 985/2001 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW, ta‘ l-10 ta' Mejju, 2001, |
L 137 |
24 |
19.5.2001 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 469/2014 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tas-16 ta’ April 2014 |
L 141 |
51 |
14.5.2014 |
|
REGOLAMENT (UE) 2017/2095 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW tat-3 ta' Novembru 2017 |
L 299 |
22 |
16.11.2017 |
Ikkoreġut b'
IR-REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (KE) Nru 2157/1999
tat-23 Settembru 1999
dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
(BĊE/1999/4)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-kliem “bank ċentrali nazzjonali kompetenti” ifisser il-bank ċentrali nazzjonali tal-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu seħħ il-ksur allegat jew, għall-ksur fil-qasam tas-sorveljanza ta' sistemi ta' ħlas sistemikament importanti, ifisser il-bank ċentrali tal-Eurosistema li ġie identifikat bħala l-awtorità kompetenti fit-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/28) ( 1 ). Termini oħrajn għandhom l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2532/98.
Artikolu 1a
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għas-sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti tal-bank ċentrali li mhumiex superviżorji. M'għandux japplika għal kwalunkwe sanzjonijiet li jistgħu jiġu imposti mill-BĊE fl-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji tiegħu.
Artikolu 1b
Unità investigattiva indipendenti
1. Għall-finijiet li jiddeċiedi jekk jibdiex proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 2 u jeżerċita l-poteri mniżżla fl-Artikolu 3, il-BĊE għandu jistabbilixxi unità investigattiva indipendenti interna (iktar 'il quddiem “unità investigattiva”) komposta minn uffiċjali investigattivi li għandhom iwettqu l-funzjonijiet investigattivi tagħhom b'mod indipendenti mill-Bord Eżekuttiv u l-Kunsill Governattiv, u m'għandhomx jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord Eżekuttiv u tal-Kunsill Governattiv. L-unità investigattiva għandha tinkludi uffiċjali investigattivi b'firxa ta' għarfien, ħiliet u esperjenza rilevanti.
1a. Għall-investigazzjoni ta' ksur tar-Regolament (UE) Nru 795/2014 (BĊE/2014/28), il-BĊE jista' jaħtar bħala uffiċjali investigattivi: (i) membri tal-persunal tal-BĊE jew ta' bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru, sakemm il-ħatra tiġi aċċettata mill-bank ċentrali nazzjonali rilevanti; jew (ii) esperti esterni li jaġixxu abbażi ta' mandat xieraq. Il-BĊE ma jistax jaħtar bħala uffiċjali investigattivi membri tal-Kumitat tal-Infrastruttura tas-Suq u tal-Ħlasijiet jew membri tal-persunal tal-BĊE jew ta' bank ċentrali nazzjonali ta' Stat Membru li kienu involuti direttament fl-attivitajiet ta' grupp ta' valutazzjoni li wettqu l-valutazzjoni ta' sorveljanza inizjali li tidentifika ksur jew raġunijiet għal suspett li kien hemm ksur.
2. Fejn il-BĊE iqis illi hemm raġuni għal suspett li wieħed jew iktar mill-infrazzjoni qegħdin jitwettqu jew ġew imwettqa, il- kwistjoni trid tiġi riferita lill-Bord Eżekuttiv.
3. Fejn il-Bord Eżekuttiv iqis illi s-sanzjoni applikabbli tista' taqbeż il-limitu stipulat fl-Artikolu 10(1), il-proċedura ssimplifikata stabbilita fl-Artikolu 10 m'għandhiex tapplika u l-Bord Eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-unità investigattiva. L-unità investigattiva għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk tibdiex proċedura ta' infrazzjoni jew le.
4. Kull referenza għall-BĊE fl-Artikoli 2 sa 4, l-Artikolu 5(1) sa (3) u l-Artikolu 6 għandu jinqara bħala referenza għall-unità investigattiva tal-BĊE jew, fejn tapplika l-proċedura ssimplifikata skont l-Artikolu 10, lill-Bord Eżekuttiv.
5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti biex jibda proċedura ta' infrazzjoniu jagħmel investigazzjoni skont dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-bidu tal-proċedura ta' infrazzjoni
1. Ma għandhiex tinbeda iktar minn proċedura waħda ta' infrazzjoni kontra l-istess impriża bbażata fuq l-istess fatti. Għal dan il-għan, ma għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni tittieħed mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti dwar jekk tinbediex jew le proċedura ta' infrazzjoni, sakemm ikunu infurmaw u kkonsultaw wieħed ma' xulxin.
2. Qabel deċiżjoni tal-bidu ta' proċedura ta' infrazzjoni, il-BĊE u/jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti jistgħu jitolbu mingħand l-impriża interessata kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-infrazzjoni allegata.
3. Il- BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, skont il-każ, għandhom, fuq talba, ikunu ntitolati biex jassistu u jikkoperaw ma' xulxin fit-twettiq tal-proċedura ta' infrazzjoni, partikolarment billi jittrasmettu kull tagħrif li jitqies rilevanti.
4. Jekk ma jkunx miftiehem xorta oħra bejn il-partijiet interessati, kull komunikazzjoni bejn il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, u l-impriża interessata għandha ssir fil-lingwa uffiċjali tal-Komunità (jew f'xi waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità) ta' l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu tkun seħħet l-infrazzjoni allegata.
Artikolu 3
Poteri tal-BĊE u tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti
1. Il-poteri mogħtija bir-Regolament tal-Kunsill lill-BĊE u lill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti fil-kors tat-twettieq ta' l-inkjesta għandhom jinkludu, għall-iskop li jinkiseb kull tagħrif li għandu x'jaqsam ma' l-infrazzjoni allegata, id-dritt tat-tfittxija ta' kull oġġett ta' informazzjoni u d-dritt li jagħmlu tfittxija mingħajr ma jinnotifikaw minn qabel lill-impriża interessata.
2. Il-membri tal-persunal tal-BĊE jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, li jkunu awtorizzati, bi qbil mar-regoli interni rispettivi tagħhom, li jfittxu tagħrif fil-bini ta' l-impriża interessata, għandhom jeżerċitaw il-poteri tagħhom mal-preżentazzjoni ta' awtorizzazzjoni formali bil-miktub maħruġa bi qbil mar-regoli interni rispettivi tagħhom.
3. Kull talba magħmula lill-impriża interessata fuq il-bażi tal-poteri mogħtija lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għandha tispeċifika s-suġġett u l-iskop ta' l-investigazzjoni.
Artikolu 4
Għajnuna mill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri
1. L-għajnuna ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri tista' tintalab mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, bħala miżura prekawzjonarja.
2. L-ebda awtorita ta' Stat Membru ma tista' taġixxi bħala sostitut tal-BĊE jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għall-istima tal-ħtieġa ta' l-investigazzjonijiet.
Artikolu 5
Notifika ta' oġġezzjonijiet
1. Il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għandhom jinnotifikaw lill-impriża interessata bil-miktub bir-riżultati fattwali ta' kull inkjesta mwettqa u bl-oġġezzjonijiet imqajjma kontra l-impriża interessata qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-imposizzjoni ta' sanzjoni.
2. Il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għandhom, meta jagħtu notifika ta' oġġezzjonijiet, jiffissaw limitu ta' żmien li fih l-impriża interessata tista' tinforma bil-miktub lill-BĊE jew lill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, bil-veduti tagħha dwar l-oġġezzjonijiet imqajma, mingħajr preġudizzju għall-possibbilità li dawn il-veduti jkunu żviluppati f'seduta orali, jekk dan ikun mitlub fil-kummenti bil-miktub tagħha. Dan il-limitu ta' żmien ma għandux ikun inqas minn 30 jum ta' xogħol u għandu jibda jgħodd minn meta tkun irċevuta n-notifika imsemmija fil-paragrafu 1.
3. Barra t-tweġiba rċevuta mill-impriża interessata, il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għandhom jiddeċiedu jekk iwettqux iktar inkjesti sabiex jirrisolvu xi kwistjonijiet pendenti. Notifika addizzjonali ta' oġġezzjonijiet konformi mal-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-impriża interessata biss jekk ir-riżultat ta' iktar investigazzjonijiet magħmula mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, ikun dak li jitqiesu fatti ġodda kontra l-impriża interessata jew li tinbidel l-evidenza dwar l-infrazzjonijiet kontestati.
4. Il-BĊE għandu, fid-deċiżjoni tiegħu li jimponi sanzjoni, jittratta biss dawk l-oġġezzjonijiet li kienu notifikati fil-manjiera deskritta fil-paragrafu 1 u li fir-rigward tagħhom l-impriża interessata tkun ingħatat l-opportunità li tagħti l-veduti tagħha.
Artikolu 6
Drittijiet u obbligi ta' l-impriża interessata
1. L-impriża interessata għandha tikkopera mal-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, fl-istadju ta' inkjesta fil-proċedura ta' infrazzjoni. B'mod partikolari, l-impriża interessata għandha jkollha d-dritt li tissottometti kull dokument, ktieb jew reġistru jew kopja tagħhom jew siltiet minnhom, u li tagħti kull spjegazzjoni bil-kitba jew bil-fomm.
2. It-tfixkil, in-nuqqas ta' konformità jew in-nuqqas ta' osservanza mill-impriża interessata tad-dmirijiet imposti mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, fl-eżerċizzju tal-poteri tagħhom skond il-proċedura ta' infrazzjoni jistgħu jipprovdu raġunijiet biżżejjed sabiex tinfetaħ il-proċedura ta' infrazzjoni skond it-termini ta' dan ir-Regolament u jagħtu lok għall-imposizzjoni ta' pagamenti perjodiċi ta' penalità.
3. L-impriża interessata għandha jkollha d-dritt għal rappreżentanza legali matul il-proċedura ta' infrazzjoni.
4. Ġaladarba tkun notifikata skond l-Artikolu 5(1), l-impriża interessata għandha jkollha d-dritt għall-aċċess għad-dokumenti u tal-materjali kollha miġbura mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, li jservu bħala bażi għall-evidenza ta' infrazzjoni allegata.
5. Jekk l-impriża interessata titlob fil-kummenti tagħha bil-miktub li tkun mismugħa wkoll f'seduta orali, din is-seduta għandha ssir, fid-data fissata, mill-persuni maħtura għal dan l-iskop mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ. Seduti orali għandhom isiru fil-bini tal-BĊE jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti. Seduti orali ma għandhomx ikunu miftuħa għall-pubbliku. Persuni għandhom ikunu mismugħa separatament jew fil-preżenza ta' persuni oħra msejjħa biex jattendu. L-impriża interessata tista' tipproponi, f'limiti raġjonevoli, li l-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, jisimgħu persuni li jistgħu jikkorroboraw kull aspett tal-kummenti bil-miktub tagħha.
6. Il-kontenut essenzjali tad-dikjarazzjonijiet magħmula minn kull persuna mismugħa għandu jkun reġistrat f'minuti li għandhom jinqraw u jkunu approvati minn din il-persuna biss f'dak li għandu x'jaqsam mad-dikjarazzjonijiet tagħha.
7. Informazzjoni u talbiet għall-attendenza f'seduti orali mill-BĊE jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif ikun il-każ, għandhom jintbagħtu lil min hu indirizzatt, b'posta reġistrata b'rikonoxximent li jkunu riċevuti, jew jitwasslu bl-idejn fejn għandha tingħata rċevuta.
Artikolu 7
Kunfidenzjalità fil-proċedura ta' infrazzjoni
1. Proċedura ta' infrazzjoni għandha titwettaq bla ħsara għall-prinċipji tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), l-impriża interessata ma għandhiex ikollha aċċess għal dokumenti jew materjali oħra fil-pussess tal-BĊE jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti li jkunu meqjusa kunfidenzjali għal dak li għandu x'jaqsam ma' partijiet terzi jew mal-BĊE jew mal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti. Dawn għandhom jinkludu, partikolarment, dokumenti jew materji oħra li jikkonsistu f'tagħrif li għandu x'jaqsam ma' interessi kummerċjali ta' impriżi oħra, jew dokumenti interni tal-BĊE, tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Komunità, jew ta' banek ċentrali nazzjonali oħra, bħalma huma noti, abbozzi u dokumenti ta' ħidma oħra.
Artikolu 7a
Sottomissjoni ta' proposta lill-Bord Eżekuttiv
1. Jekk l-unità investigattiva jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, iqisu, wara t-tmiem tal-proċedura ta' infrazzjoni, li għandha tiġi imposta sanzjoni fuq l-intrapriża kkonċernata, huma għandhom jippreżentaw proposta lill-Bord Eżekuttiv li tiddetermina li l-intrapriża kkonċernata kkommettiet infrazzjoni u li tispeċifika l-ammont tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta.
2. L-unità investigattiva jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, għandhom jibbażaw il-proposta tagħhom biss fuq fatti u oġġezzjonijiet li fuqhom l-intrapriża kkonċernata kellha l-opportunità li tikkummenta.
3. Jekk il-Bord Eżekuttiv iqis li l-fajl sottomess mill-unità investigattiva jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, mhuwiex komplut, jista' jirritorna l-fajl, flimkien ma' talba rraġunata għal informazzjoni addizzjonali, lill-unità investigattiva jew lill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti.
4. Jekk il-Bord Eżekuttiv, fuq il-bażi ta' fajl komplut, jaqbel mal-proposta tal-unità investigattiva jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, li jimponi sanzjoni fuq l-intrapriża kkonċernata, huwa għandu jadotta deċiżjoni skont il-proposta ppreżentata mill-unità investigattiva jew mill-bank ċentrali nazzjonali kompetenti.
5. Jekk il-Bord Eżekuttiv, fuq il-bażi ta' fajl komplut, iqis li l-fatti deskritti fil-proposta tal-unità investigattiva jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, ma jidhrux li jikkostitwixxu evidenza suffiċjenti ta' ksur, il-Bord Eżekuttiv jista' jadotta deċiżjoni biex jagħlaq il-każ.
6. Jekk il-Bord Eżekuttiv, fuq il-bażi tal-fajl komplut, jaqbel li l-intrapriża kkonċernata wettqet infrazzjoni, kif iddeterminat fil-proposta tal-unità investigattiva jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, infrazzjoniiżda ma taqbilx mas-sanzjoni proposta, huwa għandu jadotta deċiżjoni li tispeċifika s-sanzjoni li jikkunsidra bħala xierqa.
7. Jekk il-Bord Eżekuttiv, fuq il-bażi ta' fajl komplut, ma jaqbilx mal-proposta tal-unità investigattiva jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, iżda jikkonkludi li twettqer infrazzjoni differenti minn dik imwettqa mill-intrapriża kkonċernata, jew li hemm bażi fattwali differenti għall-proposta tal-unità investigattiva jew tal-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, kif applikabbli, huwa għandu jinforma lill-intrapriża kkonċernata bil-miktub dwar il-konklużjonijiet tiegħu u l-oġġezzjonijiet mqajma kontra l-intrapriża kkonċernata.
8. Il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta deċiżjoni li tiddetermina jekk l-intrapriża kkonċernata kkommettietx infrazzjoni jew le u tispeċifika, jekk ikun hemm, is-sanzjoni li trid tiġi imposta. Deċiżjonijiet adottati mill-Bord Eżekuttiv għandhom ikunu bbażati biss fuq fatti u oġġezzjonijiet li l-intrapriża kellha l-opportunità li tikkummenta dwarhom.
Artikolu 8
Reviżjoni tad-deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE
1. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista' jitlob lill-impriża interessata, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u/jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti sabiex jipprovdu tagħrif addizzjonali sabiex jirrevedi d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
2. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jiffissa limitu ta' żmien li fih it-tagħrif għandu jingħata, iżda dan ma għandux ikun inqas minn għaxart ijiem tax-xogħol.
3. Meta ssir din ir-reviżjoni, il-Kunsill Governattiv jista':
(a) jikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv,
(b) jemenda d-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv billi jiġi mmodifikat l-ammont tas-sanzjoni li għandha tiġi imposta u/jew ir-raġunijiet li jagħtu lok għal ksur;
(c) iwarrab id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv.
Artikolu 9
Infurzar tad-deċiżjoni
1. Ġaladarba d-deċiżjoni dwar l-imposizzjoni ta' sanzjoni tkun saret finali, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE, wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet rilevanti ta' sorveljanza nazzjonali, jista' jiddeċiedi li jippubblika d-deċiżjoni jew it-tagħrif li għandu x'jaqsam magħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Din id-deċiżjoni dwar il-pubblikazzjoni għandha tqis l-interess leġittimu ta' l-impriża interessata li tipproteġi l-interessi kummerċjali tagħha, kif ukoll kull interess individwali ieħor.
2. Id-deċiżjoni tal-BĊE għandha tistabilixxi f'liema manjiera għandu jsir il-ħlas tas-sanzjoni.
3. Il-BĊE jista' jitlob lill-bank ċentrali nazzjonali ta' l-Istat Membru li fil-ġurisdizzjoni tiegħu is-sanzjoni għandha tkun infurzata li jadotta l-miżuri kollha metieġa għal dak l-iskop.
4. Il-banek ċentrali nazzjonali għandhom jirrappurtaw lill-BĊE dwar l-infurzar tas-sanzjoni.
5. Il-bank ċentrali nazzjonali li jkollu x‘jaqsam jew il-BĊE, skond il-każ, għandu jaħżen it-tagħrif kollu relevanti għat-teħid u l-infurzar ta‘ sanzjonijiet f'inkartament li għandu jinżamm mill-inqas għal ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni għall-imposizzjoni ta‘ sanzjoni ssir finali. Il-bank nazzjonali ċentrali kompetenti għandu jgħaddi lill-BĊE kopji tad-dokumentazzjoni u materjal oriġinali li jkunu fil-pussess tiegħu u li kollhom x‘jaqsmu mal-proċedura dwar ksur.
Artikolu 10
Proċedura simplifikata għall-infrazzjonijiet minuri
1. Fil-kas ta' infrazzjoni minuri l-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jiddeċiedi li japplika proċedura simplifikata infrazzjoni. Is-sanzjoni li għandha tkun imposta taħt din il-proċedura ma għandhiex teċċedi EUR 25 000 .
2. Il-proċedura simplifikata għandha tinvolvi l-passi li ġejjin:
(a) il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jgħarraf lill-impriża interessata bl-allegata infrazzjoni;
(b) in-notifika għandu jkun fiha l-fatti kollha li jikkostitwixxu l-evidenza ta' l-allegata infrazzjoni u tas-sanzjoni korrespondenti;
(ċ) in-notifika għandha tinforma lill-impriża interessata bil-fatt li sejra tkun applikata l-proċedura simplifikata u bid-dritt tagħha li toġġezzjona għal din il-proċedura fi żmien għaxart ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi n-notifika; u
(d) jekk titqajjem oġġezzjoni qabel it-terminu perentorju, stabbilit f'(ċ) hawn fuq, il-proċedura ta' infrazzjoni għandha titqies bħala li nbdiet u l-limitu ta' 30 jum tax-xogħol li fih huwa possibbli li jkun eżerċitat id-dritt għas-smigħ għandu jibda minn meta jintemm it-terminu perentorju stabbilit f' (c) hawn fuq. Jekk ma titqajjem l-ebda oġġezzjoni qabel it-terminu perentorju f' (c) hawnfuq, id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE dwar l-imposizzjoni ta' sanzjoni ssir finali.
3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċedura applikabbli fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet ta' riservi minimi kif stipulat fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.
4. Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal sanzjonijiet għal ksur ta' regolamenti u deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam tas-sorveljanza ta' sistemi ta ħlas sistemikament importanti.
Artikolu 11
Proċedura fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-ħtiġiet ta' riservi minimi
1. Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità kif previst fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill dwar riservi minimi, l-Artikolu 2(1) u (3), l-Artikoli 3, 4 u 5 u l-Artikolu 6, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 3, ta' dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu applikabbli. Il-limitu ta' żmien previst fl-Artikolu 8(2), għandu jitnaqqas għal ħamest ijiem tax-xogħol.
2. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE jista' jispeċifika u jippubbliċizza l-kriterji ta' kif se japplika s-sanzjonijiet kif previsti fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill dwar riservi minimi. Dawn il-kriterji jistgħu ikunu pubblikati permezz ta' avviż fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
3. Qabel ma tkun imposta xi sanzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill dwar riservi minimi, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, jew, f'ismu, il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-impriża interessata bl-allegat nuqqas ta' konformità u bis-sanzjoni korrispondenti. In-notifika għandu jkollha l-fatti rilevanti kollha dwar l-allegat nuqqas ta' konformità u għandha wkoll tgħarraf lill-impriża interessata li, jekk ma tissottometti ebdax oġġezzjoni, is-sanzjoni għandha tkun meqjusa bħala imposta b'deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
4. Kif tirċievi din in-notifika, l-impriża interessata għandha tingħata ħamest ijiem tax-xogħol biex jew:
— tirrikkonoxxi l-allegat nuqqas ta' konformità u taċċetta li tħallas is-sanzjoni speċifikata, f'liema każ il-proċedura ta' infrazzjoni għandha titqies bħala mitmuma,
— jew
— tippreżenta kull tagħrif, spjegazzjonijiet jew oġġezzjonijiet miktuba li jistgħu jitqiesu rilevanti għal deċiżjoni dwar jekk għandiex tkun imposta sanzjoni jew le. L-impriża interessata tista' wkoll tehmeż kull dokument rilevanti bħala prova tal-kontentut tat-tweġiba tagħha. Il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti għandu mingħajr dewmien bla bżonn jgħaddi l-fajl lill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, li għandu mbagħad jiddeċiedi jekk jimponix sanzjoni jew le.
5. Jekk l-impriża interessata ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni bil-miktub fil-limitu ta' żmien stabbilit, is-sanzjoni għandha titqies bħala imposta b'deċiżjoni tal-Bord Eekuttiv tal-BĊE. Wara li d-deċiżjoni ssir finali bi qbil mad-disposizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill, l-impriża interessata għandha tkun tenuta tħallas l-ammont tas-sanzjoni speċifikat fin-notifika.
6. Fis-sitwazzjonijiet previsti fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 4, u fil-paragrafu 5, il-BĊE jew il-bank ċentrali nazzjonali kompetenti, f'isem il-BĊE, kif ikun il-każ, għandhom jinnotifikaw bil-miktub lill-awtoritajiet superviżorji rilevanti.
Artikolu 12
Limiti ta' żmien
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill, il-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament għandhom jibdew jgħoddu mill-jum ta' wara li komunikazzjoni tkun riċevuta jew mogħtija bl-idejn. Kull komunikazzjoni mill-impriża interessata għandha tkun riċevuta mill-indirizzat jew jew mibgħuta b'posta reġistrata qabel ma jgħaddi l-limitu ta' żmien rilevanti.
2. Fejn il-limitu ta' żmien jagħlaq nhar ta' Sibt, nhar ta' Ħadd jew fi btala pubblika, għandu jkun estiż sat-tmiem tal-jum tax-xogħol li jiġi wara.
3. Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, il-btajjel pubbliċi rilevanti għall-BĊE għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, fil-waqt li l-btajjel pubbliċi rilevanti għall-banek ċentrali nazzjonali għandhom ikunu dawk stabbiliti bil-liġi fiż-żona rispettiva ta' l-Istat Membru li fih tkun lokata l-impriża interessata. It-terminu “jum tax-xogħol” għandu jiġi interpretat skond dan. Il-BĊE għandu jaġġorna l-Anness ta' dan ir-Rergolament kull meta jinħtieġ.
ANNESS (Indikattiv)
Lista ta' btajjel pubbliċi (kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 12)
L-Ewwel tas-Sena |
l-1 ta' Jannar |
It-Tlieta tal-Karnival (nofs ta' nhar) |
id-data tvarja |
Il-Ġimgħa l-Kbira |
id-data tvarja |
It-Tnejn ta' wara l-Għid |
id-data tvarja |
Jum il-Ħaddiem |
l-1 ta' Mejju |
Anniversarju tad-Dikjarazzjoni ta' Robert Schuman |
id-9 ta' Mejju |
Jum Lapsi |
id-data tvarja |
Whit Monday |
id-data tvarja |
Corpus Christi |
id-data tvarja |
Il-Ġurnata ta' l-Unità tal-Ġermanja |
it-3 ta' Ottubru |
Jum il-Qaddisin Kollha |
l-1 ta'Novembru |
Lejlet il-Milied |
l-24 ta' Diċembru |
Il-Milied |
il-25 ta' Diċembru |
Is-26 ta' Diċembru |
is-26 ta' Diċembru |
Lejlet l-Ewwel tas-Sena |
il-31 ta' Diċembru |
( 1 ) Regolament (UE) Nru 795/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16).