EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52013HB0042

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta’ Novembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka (BĊE/2013/42)

ĠU C 342, 22.11.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 342/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta’ Novembru 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka

(BĊE/2013/42)

2013/C 342/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE (1) l-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (2) hija mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

(3)

Skont l-Artikolu 43 tal-Liġi dwar il-Latvijas Banka, mill-1 ta’ Jannar 2014 id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-Latvijas Banka għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill.

(4)

L-awdituri esterni rrakkomandati hawn huma l-awdituri preżenti tal-Latvijas Banka, li nħatru għas-snin finanzjarji 2012 sal-2014,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi SIA Ernst & Young Baltic għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Latvijas Banka għas-sena finanzjarja 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta’ Novembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24).

(2)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.


Fuq