EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52012HB0022

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 26 ta’ Settembru 2012 dwar il-qafas ta' mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (BĊE/2012/22)

ĠU C 339, 7.11.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Settembru 2012

dwar il-qafas ta' mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli

(BĊE/2012/22)

2012/C 339/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artiklu 5.1 u t-tielet inċiż ta’ l-Artiklu 34.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (CSDB – Centralised Securities Database) hija infrastruttura ta’ teknologija informatika waħda, li titħaddem b’mod konġunt mill-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), inklużi l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro fejn dawn il-BĊNi minn jeddhom jipparteċipaw fl-operat tas-CSDB. Is-CSDB taħżen id-dejta partita b’partita, b’mod partikolari, id-dejta dwar titoli, l-emittenti tagħhom u l-prezzijiet.

(2)

Id-dejta tinġabar minn sorsi varji, inkluż mingħand membri tas-SEBĊ, xi fornituri ta’ dejta kummerċjali, il-pubbliku u sorsi amministrattivi, u tiġi trasmessa lis-CSDB. Hemm riskju, madankollu, illi din id-dejta li tiddaħħal tista’ tkun mhux preċiża jew mhux kompleta. Is-sistema tas-CSDB tista’ tirrikonċilja parzjalment dejta inkonsistenti li tiddaħħal minn sorsi differenti, u tista' tidentifika dejta li mhijiex kompleta jew li hija nieqsa. Hija awtomatikament tgħaqqad id-dejta li tiddaħħal minn sorsi varji fejn hemm trikkib sa fejn huwa possibbli ġewwa rekord wieħed li huwa komplet u ta’ kwalità għolja.

(3)

Il-kwalità ġenerali ta’ dejta fis-CSDB tista’ tiġi vvalutata biss fil-livell tad-dejta li tinħareġ aktar milli fil-livell ta’ settijiet individwali ta’ dejta li tiddaħħal. Sabiex tiġi żgurata l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-konsistenza tad-dejta li tinħareġ, il-Linja Gwida BĊE/2012/21 dwar il-qafas ta' mmaniġġjar tal-kwalità tad-dejta għall-Bażi ta’ Dejta Ċentralizzata dwar it-Titoli (2) tistabbilixxi l-qafas għall-immaniġġjar tal-kwalità tad-dejta (DQM – data quality management) li għandu jiġi applikat lill-output feed data, subsett tad-dejta li tinħareġ li tista’ tintuża biex tappoġġa l-produzzjoni ta’ statistika jew għal użi oħra.

(4)

L-applikazzjoni effettiva tal-qafas tad-DQM tas-CSDB tiddependi fuq il-kooperazzjoni bejn il-membri kollha tas-SEBĊ li jipparteċipaw fl-operat tas-CSDB u fuq l-applikazzjoni ta’ standards ta’ kwalità ugwali minn dawn il-membri. BĊNi li mhumex fiż-żona tal-euro li jipparteċipaw fl-operat tas-CSDB għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, ma’ BĊNi li mhumiex fiz-zona tal-euro u mal-BĊE fl-applikazzjoni tal-qafas tad-DQM tas-CSDB b’konformità mal-Linja Gwida BĊE/2012/21,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-termini “CSDB”, “DQM” u “awtoritajiet kompetenti tad-DQM” għandhom ikollhom l-istess tifsira bħal dik stipulata fil-Linja Gwida BĊE/2012/21.

II.   Provvista ta' tagħrif statistiku

L-indirizzati ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom japplikaw il-qafas tad-DQM tas-CSDB u jikkonformaw b’mod tempestiv mal-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti tad-DQM kif stipulati f’Artikoli 2 sa 12 tal-Linja Gwida BĊE/2012/21.

III.   Dispożizzjoni finali

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, sa fejn huwa applikabbli.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Settembru 2012.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Fuq