EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52013HB0032

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Settembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (BĊE/2013/32)

ĠU C 264, 13.9.2013, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 264/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Settembru 2013

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España

(BĊE/2013/32)

2013/C 264/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de España ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Il-Banco de España għażel lil KPMG Auditores, S.L. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sal-2017,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi KPMG Auditores, S.L. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2013 sal-2017.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Settembru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


Fuq