EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52010AB0067

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad- 9 ta’ Awwissu 2010 dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (CON/2010/67)

ĠU C 252, 18.9.2010, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/1


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-9 ta’ Awwissu 2010

dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97

(CON/2010/67)

2010/C 252/01

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-13 ta’ Lulju 2010, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar standards minimi għall-kwalità tal-ippeżar HICP u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/97 (minn hawn ‘il quddiem l-‘abbozz tar-regolament’).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 127(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u fuq l-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (1) (minn hawn ‘il quddiem ir-‘Regolament HICP’). Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Skont l-abbozz tar-regolament, l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsumatur (HICP) ser ikunu bbażati fuq ippeżar ta’ prodotti bil-għan li jirrifletti x-xejra tal-ispiża tas-sena ta' qabel, jiġifieri t-1, fi Stat Membru rispettiv. Il-BĊE jilqa’ l-għan tal-abbozz tar-regolament li jissikka l-istandards minimi ta’ kwalità li magħhom l-ippeżar ta’ prodotti sottostanti għall-HICP irid ikun konformi. L-implimentazzjoni tal-abbozz tar-regolament ser tagħmel lill-HICP fl-Istat Membru indiċi tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres verament imqabbad ta’ kull sena u li jirrikonoxxi illi l-konsumaturi jistgħu jbiddlu l-imġiba tagħhom f’dak li jirrigwarda l-ispiża fuq perjodu ta’ żmien iqsar.

1.2.

Il-BĊE jinnota illi l-istandards minimi aġġornati għall-kwalità ta’ HICP speċifikati fl-abbozz tar-regolament se jwasslu għal kejl tal-inflazzjoni li huwa aktar relevanti u preċiż u mistennija li jsaħħu kemm il-komparabbiltà fost l-Istati Membri kif ukoll l-affidabbiltà tad-dejta HICP.

2.   Proposti għall-abbozzar

Fejn il-BĊE jirrikkmanda illi l-abbozz tar-regolament jiġi emendat, proposti speċifiċi għall-abbozzar huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-għan flimkien ma’ test ta’ spjega.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fid-9 ta’ Awwissu 2010.

Il-Viċi President tal-BĊE

Vítor CONSTÂNCIO


(1)  ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1.


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

(ċitazzjoni ġdida proposta)

“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,”

“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 t’Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, b’mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,’

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,”

Spjegazzjoni:

It-tieni ċitazzjoni tal-abbozz tar-regolament tirreferi għall-bażi legali għall-abbozz ta’ leġiżlazzjoni. Meta jagħmel dan, jirreferi għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament HICP, skont liema l-Kummissjoni għandha (i) tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà ta’ HICPs sabiex tinżamm u titjieb l-affidabbiltà u r-relevanza tagħhom, u (ii) titlob lill-BĊE sabiex jagħti opinjoni dwar dawn il-miżuri li qed tipproponi li tissottometti lill-Kumitat. Huwa, għalhekk, għall-Artikolu 5(3) tar-Regolament HICP, u mhux l-Artikolu 3 tar-Regolament HICP li jikkonċerna l-firxa tal-applikazzjoni tiegħu li għandha ssir referenza fit-tieni ċitazzjoni tal-abbozz tar-regolament.

Peress illi huwa meħtieġ illi l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament skont l-Artikolu 127(4) tat-Trattat, għal dan il-għan għandha tiddaħħal ċitazzjoni fl-abbozz tar-regolament skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 tat-Trattat, skont liema atti legali għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet li fuqhom huma bbażati u għandhom jirreferu għal, fost oħrajn, opinjonijiet meħtieġa mit-Trattati.

Emenda 2

(emenda proposta tal-premessa 1)

“(1)

Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huma miżuri ta’ inflazzjoni armonizzati meħtiega mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. HICPs huma intiżi biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali tal-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti għall-ġestjoni tal-politika monetarja.”

“(1)

Indiċijiet Armonizzati tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (HICP) huma miżuri ta’ inflazzjoni armonizzati meħtiega mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 140 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. HICPs huma intiżi biex jiffaċilitaw il-paraguni internazzjonali tal-inflazzjoni fil-prezzijiet tal-konsumatur. Huma jservu bħala indikaturi importanti użati mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-twettiq tal-politika monetarja skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”

Spjegazzjoni:

Is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali tuża l-HICP mhux biss għar-raġuni msemmija fl-Artikolu 140 tat-Trattat, iżda wkoll għall-ġestjoni tal-politika monetarja tagħha skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat.

Emenda 3

(emenda proposta tal-premessa 4)

“(4)

L-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeżiġi biex l-HICPs jkunu indiċijiet tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres. Meta l-prezzijiet relattivi ta’ oġġetti u servizzi differenti jinbidlu, il-modi tan-nefqa tal-konsumaturi jistgħu jinbidlu tali li jagħmluha neċessarju biex il-piżijiet tal-gruppi korrispondenti tan-nefqa, u b’mod partikolari l-kwantitajiet bażi tagħhom, jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata r-relevanza tagħhom.”

“(4)

L-Artikolu tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 jeżiġi biex l-HICPs jkunu indiċijiet tal-prezzijiet tat-tip Laspeyres. Meta l-kundizzjonijiet ekonomiċi jinbidlu, il-modi tan-nefqa tal-konsumaturi jistgħu jinbidlu tali li jagħmluha neċessarju biex il-piżijiet tal-gruppi korrispondenti tan-nefqa, , jiġu aġġornati sabiex tiġi żgurata r-relevanza tagħhom.”

Spjegazzjoni:

Tibdil fil-piżijiet tal-gruppi tan-nefqa jistgħu jseħħu mhux biss minħabba tibdil fil-prezzijiet relattivi ta’ oġġetti u servizzi differenti imma wkoll minħabba tibdil fil-kundizzjonijiet ekonomiċi.

Emenda 4

(emenda proposta tal-premessa 8)

“(8)

Dan ir-Regolament m’għandux jobbliga lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġat ġodda statistiċi jew biex iwettqu stħarriġat dwar l-estimi tal-familja aktar frekwenti minn darba f’ħames snin, meta wieħed iqis li l-Istati Membri huma mitluba jikkumpilaw kontijiet nazzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 1995)7 u li l-piżijiet tal-pajjiżi, li jinħtieġu biex jiġu prodotti l-aggregati taż-żona tal-euro, tal-UE u tal-HICP, huma bbażati skont dejta tal-kontijiet nazzjonali.”

“(8)

Dan ir-Regolament m’għandux jobbliga lill-Istati Membri biex iwettqu stħarriġat ġodda statistiċi jew biex iwettqu stħarriġat dwar l-estimi tal-familja aktar frekwenti minn darba f’ħames snin, meta wieħed iqis li l-Istati Membri jistgħu jkunu f’qagħda li jaġġornaw ir-riżultati minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja abbażi ta’ informazzjoni oħra eżistenti jew li jkollhom rikors għal dejta tal-kontijiet nazzjonali kkumpilata skont is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA 1995)7 u li l-piżijiet tal-pajjiżi, li jinħtieġu biex jiġu prodotti l-aggregati taż-żona tal-euro, tal-UE u tal-HICP, huma bbażati skont dejta tal-kontijiet nazzjonali.”

Spjegazzjoni:

Bil-għan li jiġi evitat it-twettiq ta’ stħarriġat statistiċi addizzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-Istati Membri jistgħu jaġġornaw ukoll ir-riżultati minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja abbażi ta’ informazzjoni oħra eżistenti.

Emenda 5

(revoka tal-premessa 10)

“(10)

Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95.”

Spjegazzjoni:

Peress illi huwa meħtieġ li l-BĊE jiġi kkonsultat dwar l-abbozz tar-regolament skont it-Trattat, ċitazzjoni għal dan il-għan għandha tiddaħħal fl-abbozz tar-regolament skont l-Artikolu 296 tat-Trattat u l-premessa 10 għandha titħassar.

Emenda 6

(emenda proposta tal-Artikolu 3(2))

“2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrevedu u jaġġornaw il-piżijiet tas-sub-indiċi tal-HICP b’kunsiderazzjoni tad-dejta preliminari tal-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2 , ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali u motivati kif jixraq, kif ukoll ta’ kull informazzjoni disponibbli u rilevanti minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja u sorsi oħra ta’ dejta li ta’ min wieħed joqgħod fuqhom b’mod suffiċjenti għall-iskopijiet tal-HICP.”

“2.   Kull sena, l-Istati Membri għandhom għalhekk jirrevedu u jaġġornaw il-piżijiet tas-sub-indiċi tal-HICP b’kunsiderazzjoni tad-dejta preliminari tal-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2 , ħlief f’każijiet fejn informazzjoni rilevanti minn stħarriġat dwar l-estimi tal-familja u sorsi oħra ta’ dejta tkun disponibbli għas-sena t-2 u titqies aktar xierqa għall-iskopijiet tal-HICP.”

Spjegazzjoni:

L-għażla ta’ kliem tal-Artikolu 3(2) għandha tiġi emendata. Billi s-sorsi ta’ dejta, minbarra dejta preliminari dwar il-kontijiet nazzjonali rigward il-modi tal-konsum tas-sena t-2, jistgħu juru li huma aktar ta’ min jogħqod fuqhom, għandu jiġi ċċarat li din l-informazzjoni oħra tista’ tintuża fejn titqies aktar xierqa għall-iskopijiet tal-HICP.


(1)  Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.


Fuq