EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52012HB0009
Recommendation of the European Central Bank of 1 June 2012 to the Council of the European Union on the external auditors of Banka Slovenije (ECB/2012/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Ġunju 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2012/9)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 1 ta’ Ġunju 2012 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije (BĊE/2012/9)
ĠU C 161, 7.6.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta’ Ġunju 2012
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije
(BĊE/2012/9)
2012/C 161/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banka Slovenije ser jintemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2011. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012. |
(3) |
Banka Slovenije għażel lil Deloitte revizija d.o.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2012 sa 2014, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat illi Deloitte revizija d.o.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banka Slovenije għas-snin finanzjarji 2012 sa 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI