EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52011AB0012
Opinion of the European Central Bank of 16 February 2011 on a proposal for a directive of the European Parliament and of the Council on deposit guarantee schemes (recast) and on a proposal for a directive amending Directive 97/9/EC of the European Parliament and of the Council on investor-compensation schemes (CON/2011/12)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) u dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (CON/2011/12)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 16 ta’ Frar 2011 dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) u dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (CON/2011/12)
ĠU C 99, 31.3.2011, p. 1–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta’ Frar 2011
dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (riformulazzjoni) u dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur
(CON/2011/12)
2011/C 99/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-22 ta’ Settembru 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni) (1) (minn hawn ’l quddiem “il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva”). Fit-30 ta’ Settembru 2010 il-BĊE irċieva talba mingħand il-Kunsill għal opinjoni dwar proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 97/9 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (2) (minn hawn ’l quddiem “il-proposta għal direttiva li temenda”).
Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva u l-proposta għal direttiva li temenda fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Procedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet ġenerali
1. |
Il-BĊE jilqa’ l-għan tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva biex tipprovdi qafas komprensiv u aktar armonizzat għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti (SGD). Il-BĊE japprezza illi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva ser tinkorpora ħafna mir-rakkomandazzjonijiet magħmulin fi: (a) Opinjoni tal-BĊE CON/2008/70 (3) fuq proposta li saret aktar kmieni għal emendi lid-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta' garanzija għal depożiti (4); u (b) il-kontribuzzjoni tal-Eurosistema għall-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-reviżjoni ta' Direttiva 94/19/KE (5). Il-BĊE japprezza l-inkorporazzjoni fil-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva tar-rakkomandazzjonijiet tagħha biex: (a) jiġu armonizzati aktar il-kriterji tal-eliġibbiltà u l-livelli ta’ kopertura għal garanziji tad-depożiti (6); (b) jissaħħu r-rekwiżiti tal-informazzjoni imposti fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu li jikkonċernaw il-firxa tal-protezzjoni tad-depożitu mogħtija permezz ta’ SGD rilevanti (7); u (ċ) jiddaħħlu arranġamenti ta’ finanzjament parzjali ex ante għall-SGDi kollha (8). Il-BĊE jikkunsidra lil dawk l-elementi tal-qafas regolatorju tal-SGD bħala kruċjali minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja. |
2. |
Il-BĊE jinnota wkoll illi r-Rapport mill-Kummissjoni Ewropea li jakkumpanja l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva (9) jikkunsidra l-iżvilupp ta’ aktar ftehim f’livell ta’ Unjoni għall-koordinazzjoni ta’ garanziji tad-depożiti wara li jkun intlaħaq il-livell immirat speċifikat għall-fondi tagħhom. Fl-istess ħin, il-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni dwar qafas tal-UE għall-immaniġjar tal-kriżijiet fis-settur finanzjarju (10) tirreferi għas-sinerġiji li jistgħu jiġu esplorati bejn l-SGD u l-fondi ta’ riżoluzzjoni ġodda li ġew stabbiliti għal istituzzjonijiet finanzjarji. L-Eurosistema għandha interess qawwi f’dan il-qasam ibbażat fuq ir-rwol tagħha fl-istabbiltà finanzjarja u ser issegwi l-progress ta’ dan ix-xogħol b’kooperazzjoni mal-Kummissjoni. |
3. |
Il-BĊE jirrikonoxxi illi l-proposta għal direttiva li temenda tintroduċi l-aġġornament ta’ Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (11) ser tkabbar l-armonizzazzjoni tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur fl-Unjoni fl-Unjoni. Filwaqt illi l-BĊE ma jipprovdix kummenti dettaljati dwar dan l-istrument leġiżlattiv, jidher li li huwa importanti illi l-qafas regolatorju tal-Unjoni jkompli jkun ibbażat fuq l-assunzjoni ta’ profili tar-riskju differenti għad-depożitant u għall-investituri. |
Osservazzjonijiet speċifiċi dwar l-SGD
Skop tal-kopertura
4. |
Il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva ser titlob illi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha jsiru membri ta’ SGDi u joffru garanziji tad-depożitu taħt kundizzjonijiet armonizzati (12) u li jkunu ffinanzjati, fil-prinċipju, minn kontribuzzjonijiet individwali ex ante tal-membri ta' SGD. Il-BĊE jqis illi dawn il-kundizzjonijiet armonizzati huma meħtieġa sabiex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi fil-kuntest tas-suq waħdieni tal-Unjoni għas-servizzi finanzjarji. Il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja (BCBS) ukoll jappoġġja sħubija possibbilment wiesgħa ta’ SGD (13). Fl-istess waqt, il-BĊE jirrikonoxxi il-funzjonament b’suċċess ta’ skemi reċiproċi u volontarji li dejjem kien hemm f’xi Stati Membri, li jiksbu protezzjoni tad-depożitu permezz ta’ arranġamenti oħrajn li mhumiex garanziji tad-depożiti pre-definiti, eż. permezz ta’ arranġamenti ta’ salvataġġ finanzjarju reċiproku. Il-BĊE jifhem illi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva mhijiex intiża biex tillimita l-kapaċità kontinwata tal-iskemi reċiproċi u volontarji biex joffru protezzjoni lill-istituzzjonijiet membri tagħhom b’mod karatteristiku għal dawn l-iskemi, li tkun ipprovduta b'mod parallel għall-garanziji tad-depożiti illi jiġu offruti lil klijenti ta’ dawn l-istituzzjonijiet membri skont il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. F’dan il-kuntest, il-BĊE jilqa’ l-perijodu ta’ għaxar snin biex fuqu jinkiseb gradwalment il-livell immirat ta' finanzjament ex ante stabbilit fil-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva bil-għan li jitħaffef il-piż fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li qabel ma kinux obbligati jħallsu kontribuzzjonijiet għall-SGD (14). |
5. |
Il-BĊE jirrakkomanda (15) illi l-esklużjoni ta’ depożiti miżmumin minn awtoritajiet pubbliċi mis-sistema tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva għandha tuża il-lingwaġġ aktar preċiż u oriġinali tad-Direttiva 94/19/KE, u għalhekk għandha tirreferi għal “awtoritajiet tal-gvern u awtoritajiet ċentrali amministrattivi” u “awtoritajiet provinċjali, reġjonali, lokali u muniċipali” (16). |
Perijodu għar-rikumpens
6. |
Il-BĊE jilqa’ l-prinċipju ta’ aktar tnaqqis fil-perijodi għar-rikumpens għal depożiti garantiti (17). Minkejja dan, il-kisba tat-tnaqqis propost għal 7 ijiem jista’ jkun diffiċli peress illi jrid jiġi mdaħħal ftit wara t-tnaqqis oriġinali ta' 20 jum tax-xogħol, li kellu jiġi implimentat mill-Istati Membri sal-aħħar tal-2010 (18). Il-BĊE jirrakkomanda (19) illi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva tiġi emendata sabiex il-Kummissjoni (i) tħejji studju dwar l-implimentazzjoni tat-tnaqqis oriġinali għal 20 jum tax-xogħol; u (ii) abbażi tar-riżultati tal-istudju, tifformola proposti fir-rigward ta' tnaqqis addizzjonali possibbli jew tnaqqis tal-perijodu tar-rikumpens |
Finanzjament
7. |
Skont il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva, l-SGD għandha tikseb finanzjament ex ante fil-livell definit bħala persentaġġ tad-depożiti eliġibbli fuq perijodu gradwali ta’ 10 snin (20). Il-BĊE jilqa’ l-introduzzjoni ta’ livell immirat espliċitu ta’ finanzjament ex ante, li ssaħħaħ konsiderevolment l-istabbiltà finanzjarja u l-kundizzjonijiet ekwi billi ċċaqlaq il-piż tal-iffinanzjament tal-SGD għal fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma membri tagħha, jiġifieri għal fuq l-entitajiet li jikkontrollaw ir-riskji assigurati mill-SGD. Il-BĊE jifhem illi l-livell ta’ finanzjament ex ante huwa s-suġġett ta’ dibattitu mmexxi bħala parti mill-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni. Il-BĊE jirrakkomanda (21) illi dan il-livell ta’ finanzjament ex ante jkun iddefinit b’referenza għal ‘depożiti koperti’, jiġifieri depożiti eliġibbli li ma jeċċedux il-livell ta’ kopertura (22), billi d-depożiti koperti jirriflettu l-livell ta’ obbligazzjonijiet tal-SGDi b’mod aktar xieraq mid-depożiti eliġibbli. |
8. |
F'dak li jirrigwarda l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali ta’ membri tal-SGD, il-BĊE jilqa’ fil-prinċipju l-mudell propost ta’ kontribuzzjonijiet parzjali bbażati fuq ir-riskju, b’dispożizzjonijiet li jiżguraw il-paragunabbiltà tal-klassijiet ta’ assi varji (23). Dan il-mudell, li jsegwi r-rakkomandazzjonijiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (24), għandu l-għan li jżomm il-kalkolu sempliċi biżżejjed sabiex jippermetti l-paragunabbiltà ta’ kontribuzzjonijiet individwali, filwaqt illi japplika numru ta’ indikaturi rilevanti ewlenin (ibbażati fuq ir-riskju) u supplimentari (mhux ibbażati fuq ir-riskju). Il-BĊE jirrakkomanda (25) illi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva tipprovdi sabiex elementi dettaljati tal-metodoloġija tal-kalkolu jiġu speċifikati aktar permezz ta’ standards tekniċi u linji gwida żviluppati mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), abbażi ta’ dejta empirika verifikata u l-promozzjoni tat-trattament ugwali. |
9. |
Jekk il-finanzjament ex ante mhuwiex suffiċjenti biex jirrimborża lid-depożitanti, il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva tistabbilixxi tliet passi għal-finanzjament addizzjonali ex post. Il-BĊE għandu l-osservazzjonijiet li ġejjin f’dan ir-rigward:
|
10. |
Il-BĊE jifhem illi qed jiġi kkunsidrat jekk il-proposta oriġinali li jiġu imposti limiti fir-rigward tal-ammont akkumulat ta’ depożiti u investimenti ta’ SGD relatat ma’ korp wieħed (31) tistax tiġi rtirata. Il-BĊE jikkunsidra li kwalunkwe limiti potenzjali tal-investiment iridu jiġu vvalutati, inter alia, fil-kuntest tal-impatt illi jistgħu jkollhom fuq swieq għall-istrumenti tal-klassijiet tal-assi speċifiċi. F’dan ir-rigward, kunsiderazzjonijiet speċifiċi jistgħu japplikaw f’dak li jirrigwarda investimenti tas-SGD fi strumenti maħruġin minn entitajiet tas-settur pubbliku tal-Istati Membri. |
11. |
Finalment, il-BĊE jappoġġja minn perspettiva ta’ integrazzjoni finanzjarja d-dispożizzjoni tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva li taħtha istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jibqgħux membru ta’ skema u jingħaqdu ma’ skema oħra għandhom ikollhom l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-aħħar sitt xhur irrimborżati jew ittrasferiti lill-iskema l-ġdida (32). Din id-dispożizzjoni tista’ tiffaċilita r-riorganizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu transkonfinali. Madankollu, sabiex jiġi evitat kwalunkwe abbuż potenzjali, l-arranġament għandu jkun limitat għat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet imħallsin lill-iskema l-ġdida (bl-esklużjoni tal-possibbiltà tar-rimborż) u m’għandux jinkludi kontribuzzjonijiet straordinarji mħallsin sabiex ikopru r-riżorsi insuffiċjenti tal-SGD oriġinali (33). |
Superviżjoni
12. |
Il-BĊE jilqa’ l-fatt illi s-superviżjoni ta’ SGDi minn Stati Membri ser titqawwa permezz ta’ stress tests u li dawn ser ikunu suġġetti għal analiżi esperti li jsiru mill-ABE u mill-Forum Ewropew tal-Assiguraturi tad-Depożiti (34). Il-fatt illi l-ABE ser tirċievi informazzjoni mill-SGDi u l-awtoritajiet kompetenti, speċjalment fir-rigward tal-finanzjament ta’ SGDi u self transkonfinali bejn SGDi, jista’ jgħin biex jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jindirizza ftit mit-tħassib diskuss aktar ’il fuq b’rabta ma’ tali arranġamenti ta’ self transkonfinali. |
Proposti għall-abbozzar
Fejn il-BĊE jirrakkomanda illi l-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva tiġi emendata, qed jiġu stabbiliti għal dan il-għan fl-Anness proposti speċifiċi għall-abbozzar flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta’ Frar 2011.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) KUMM(2010) 368 finali.
(2) KUMM(2010) 371 finali.
(3) Opinjoni tal-BĊE CON/2008/70 dwar emendi lid-Direttiva dwar skemi ta’ garanzija ta’ depożitu fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u d-dewmien tal-ħlas (ĠU C 314, 9.12.2008, p. 1).
(4) ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5. Il-proposti ta’ emendar, li dwarhom saru kummenti f’Opinjoni CON/2008/70 ġew adottati bħala Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Direttiva 94/19/KE dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti fir-rigward tal-livell ta’ kopertura u taż-żmien għar-rimborż (ĠU L 68, 13.3.2009, p. 3).
(5) Ara “The Eurosystem’s stance on the Commission’s consultation document on the review of Directive 94/19/EC on deposit-guarantee schemes”, Awwissu 2009 (minn hawn ’il quddiem ‘il-kontribuzzjoni tal-Eurosistema tal-2009’), disponibbli fuq il-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu
(6) Ara pġ. 4 tal-kontribuzzjoni tal-Eurosistema tal-2009.
(7) Ara pġ. 12 tal-kontribuzzjoni tal-Eurosistema tal-2009.
(8) Ara pġ. 7 tal-kontribuzzjoni tal-Eurosistema tal-2009.
(9) Ara r-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill “Reviżjoni tad-Direttiva 94/19/KE dwar Skemi ta’ Garanzija għal (tad-)Depożiti” tat-12.7.2010, KUMM(2010) 369 finali, pġ. 4.
(10) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ċentrali Ewropew, ‘Qafas tal-UE għall-Immaniġġjar tal-Kriżijiet fis-Settur Finanzjarju’ tal-20.10.2010, KUMM(2010) 579 finali (minn hawn “il quddiem il-‘Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-immaniġġjar tal-kriżijiet”), Taqsima 5.2, pġ. 15; ara ukoll l-aħħar sentenza ta' premessa 22 dwar il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva u Taqsima 7.4, pġ. 8 tal-memorandum spjegattiv tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(11) ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22
(12) Ara l-Artikolu 3(1) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(13) Ara BCBS, “Core Principles for Effective Deposit Insurance Systems. A proposed methodology for compliance assessment”, dokument konsultattiv tal-25 ta’ Novembru 2010, maħruġ għall-kummenti sat-8 ta’ Diċembru 2010 (minn hawn ’il quddiem, id-“Dokument Konsultattiv tal-BCBS”, pġ. 15 (“Principle 8 — Compulsory membership”), disponibbli fil-websajt tal-BCBS fuq http://www.bis.org
(14) Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1) flimkien mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u Artikolu 2(1)(h) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva; ara wkoll Taqsima 7.4, pġ. 7 tal-memorandum spjegattiv tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva; ara wkoll premessa 16 tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva u Taqsima 7.5, pġ. 8 tal-memorandum spjegattiv tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(15) Ara l-emenda 2 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.
(16) Ara l-punti 3 u 4 ta’ Anness 1 għal Direttiva 94/19/KE.
(17) Ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(18) Ara l-Artikolu 10 ta’ Direttiva 94/19/KE, kif emendata mill-Artikolu 1(6)(a) flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/14/KE.
(19) Ara l-emenda 3 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.
(20) Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 14.
(21) Ara l-emenda 1 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.
(22) Artikolu 2(1)(ċ) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(23) Ara l-Artikolu 11 u l-Annessi I u II tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(24) Ċentru Konġunt għar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea (Ġunju 2009), “Possible Models for risk-based contributions to EU Deposit Guarantee Schemes”.
(25) Ara l-emenda 4 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.
(26) Ara l-Artikolu 9(3) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(27) Ara l-Artikolu 10(1) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(28) Ara l-Artikolu 10(1) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(29) Ara d-Dokunment Konsultattiv tal-BCBS, pġ. 33.
(30) Ara pġ. 11 tal-kontribuzzjoni tal-Eurosistema tal-2009.
(31) Artikolu 9(2) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(32) Ara l-Artikolu 12(3) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
(33) Ara l-emenda 5 proposta fl-Anness għal din l-Opinjoni.
(34) Ara l-Artikolu 3(6) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva.
ANNESS
Proposti għall-abbozzar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||
Emendi proposti mill-BĊE għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti (riformulazzjoni) |
|||||
Emenda 1 |
|||||
Artikolu 2(1)(h) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni Il-livell ta’ finanzjament ex ante għandu jkun iddefinit b’referenza għal “depożiti koperti”, jiġifieri depożiti eliġibbli li ma jeċċedux il-livell ta’ kopertura, billi d-depożiti koperti jirriflettu l-livell ta’ obbligazzjonijiet tas-SGD b’mod aktar preċiż mid-depożiti eliġibbli. |
|||||
Emenda 2 |
|||||
Artikolu 4(1)(j) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. |
|||||
|
|
||||
Spjegazzjoni L-esklużjoni tad-depożiti ta’ awtoritajiet pubbliċi għandha tkun ifformulata billi jintuża l-lingwaġġ aktar preċiż, oriġinarjament użat f’dan ir-rigward fid-Direttiva 94/19/KE. |
|||||
Emenda 3 |
|||||
Artikolu 7(1) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. |
|||||
“1. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 7 ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fiha awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii).” |
“1. L-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti għandhom ikunu f’qagħda li jħallsu lura depożiti li ma jkunux disponibbli fi żmien 20 jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu d-determinazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(i) jew li fiha awtorità ġudizzjarja tagħti s-sentenza kif imsemmija fl-Artikolu 2(1)(e)(ii). Sa [l-1 ta’ April 2012], il-Kummissjoni għandha tissotometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport, ibbażat fuq konsultazzjoni: (a) li tirrevedi l-implimentazzjoni tat-tnaqqis fil-perjodu tar-rikumpens għal 20 jum ta’ xogħol; u (b) abbażi tar-riżultati ta’ tali reviżjoni, tevalwa l-fattibilità ta’ kwalunkwe tnaqqis addizzjonali jew tnaqqis fil-perjodu tar-rikumpens.” |
||||
Spjegazzjoni Il-kisba tat-tnaqqis propost għal 7 ijiem jista’ jkun diffiċli peress illi għandu jiddaħħal ftit wara t-tnaqqis oriġinali għal 20 jum ta’ xogħol, li għalih l-iskadenza għall-implimentazzjoni kienet it-tmiem tal-2010. Il-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva għandha tipprevedi illi l-Kummissjoni tanalizza l-implimentazzjoni tat-tnaqqis oriġinali għal 20 jum ta’ xogħol u tipproponi l-perjodu ta’ żmien għat-tnaqqis addizzjonali jew it-tnaqqis fil-perjodu ta’ rikumpens, abbażi tar-riżultati ta’ tali analiżi. |
|||||
Emenda 4 |
|||||
Artikolu 11(3) sa (5) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. |
|||||
“3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 1(2). 4. Sabiex ikunu żgurati elementi speċifiċi tad-definizzjonijiet u l-metodi skont l-Anness II Parti A, qed jiġu ddelegati setgħat lill-Kummissjoni. Dawn l-abbozzi ta’ standards regolatorji għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 7 sa 7d ta’ [ir-Regolament ABE]. L-Awtorità Bankarja Ewropea tista’ tiżviluppa abbozzi ta’ standards regolatorji biex tissottomettihom lill-Kummissjoni. 5. Sal-31 ta’ Diċembru 2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-Anness II Parti B skont [l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-ABE].” |
“3. Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għall-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti msemmija fl-Artikolu 1(3). 4. Setgħat qed jiġu ddelegati lill-Kummissjoni sabiex tadotta standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw id-definizzjonijiet u l-metodi għall-kalkolu tal-indikaturi ewlenin tar-riskju skont l-Anness II Parti A, . Dawn l-istandards regolatorji tekniċi għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. B’mod partikolari l-Kummissjoni għandha tikkunsidra illi l-metodi tal-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju għandhom ikunu bbażati fuq dejta empirika vverifikata u għandhom jippromwovu t-trattament ugwali. 5. Sal-[31 ta’ Diċembru 2011], l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-indikaturi supplimentari tar-riskju taħt l-Anness II Parti B skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.” |
||||
Spjegazzjoni Il-metodu tal-kalkolu propost għall-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju lil SGD huwa s-suġġett ta’ dibattitu. L-assenjazzjoni lill-ABE tal-iżvilupp ta’ linji gwida u standards tekniċi f’dan ir-rigward għandu jippermetti li jiġi elaborat metodu adegwat, ibbażat fuq dejta teknika vverifikata, filwaqt li jippromwovi t-trattament ugwali. |
|||||
Emenda 5 |
|||||
Artikolu 12(3) tal-proposta għar-riformulazzjoni tad-direttiva. |
|||||
“3. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ skema u tingħaqad ma’ skema oħra, il-kontribuzzjonijiet imħallsin matul is-6 xhur li jippreċedu l-irtirar tas-sħubija għandhom ikunu rimborżati jew ittrasferiti lill-iskema l-oħra. Dan m’għandux japplika jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3).” |
“3. Jekk istituzzjoni ta’ kreditu ma tibqax membru ta’ skema u tingħaqad ma’ skema oħra, il-kontribuzzjonijiet, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe kontribuzzjonijiet straordinarji msemmijin fl-Artikolu 9(3), li kienu mħallsin matul is-6 xhur li jippreċedu l-irtirar tas-sħubija għandhom ikunu ttrasferiti lill-iskema l-oħra. Dan m’għandux japplika jekk istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet eskluża minn skema skont l-Artikolu 3(3).” |
||||
Spjegazzjoni Sabiex jiġi evitat kwalunkwe abbuż potenzjali, it-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet lil skema ġdida m’għandux jirrigwarda kontribuzzjonijiet straordinarji mħallsin sabiex ikopru r-riżorsi insuffiċjenti tal-SGD oriġinali, filwaqt li r-rimborż tal-kontribuzzjonijiet imħallsin għandu jiġi eskluż. |
(1) Il-grassett fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.