EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52009HB0008
Recommendation of the European Central Bank of 3 April 2009 to the Council of the European Union on the external auditors of De Nederlandsche Bank (ECB/2009/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2009/8)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 3 ta’ April 2009 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2009/8)
ĠU C 93, 22.4.2009, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
22.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 93/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta’ April 2009
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank
(BĊE/2009/8)
2009/C 93/01
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Fit-12 ta’ Lulju 2005, Josephus Andreas Nijhuis, accountant reġistrat u president tal-bord ta’ PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. (“PWC”), li aġixxa fil-kapaċità personali tiegħu, inħatar bħala l-awditur estern tad-De Nederlandsche Bank (DNB) mis-sena finanzjarja 2005 għal perijodu indefinit. |
(3) |
Josephus Andreas Nijhuis irriżenja minn PWC b’effett mill-1 ta’ Ottubru 2008. Għalhekk id-DNB jeħtieġ li jaħtar awdituri ġodda. |
(4) |
Id-DNB jixtieq jagħżel lil PWC bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li PricewaterhouseCoopers Accountants N.V. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2008 sa 2011.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 3 de Abril de 2009.
Il-President tal-BĊE
Jean Claude-TRICHET