EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52011HB0001

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 25 ta’ Frar 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique (BĊE/2011/1)

ĠU C 67, 2.3.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 67/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-25 ta’ Frar 2011

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

(BĊE/2011/1)

2011/C 67/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrikkmandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique ntemm wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2010. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2011.

(3)

In-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għażel lil Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’entreprises bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013, bil-possibbiltà ta’ tiġdid ta’ darba għas-snin finanzjarji 2014 sa 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrikkmandat illi Ernst & Young Bedrijfsrevisoren/Réviseurs d’entreprises jinħatru bħala l-awdituri esterni tan-Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique għas-snin finanzjarji 2011 sa 2013, bil-possibbiltà ta’ tiġdid ta’ darba għas-snin finanzjarji 2014 sa 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Frar 2011.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


Fuq