EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea
Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 52012AB0095
Opinion of the European Central Bank of 27 November 2012 on various draft regulatory and implementing technical standards submitted by the European Securities and Markets Authority to the Commission to be adopted by means of Commission delegated and implementing regulations supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories (CON/2012/95)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 27 ta’ Novembru 2012 dwar diversi abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni biex jiġu adottati permezz ta’ regolamenti ta’ delega u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (CON/2012/95)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas- 27 ta’ Novembru 2012 dwar diversi abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni biex jiġu adottati permezz ta’ regolamenti ta’ delega u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (CON/2012/95)
ĠU C 60, 1.3.2013, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 60/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-27 ta’ Novembru 2012
dwar diversi abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni ppreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-Kummissjoni biex jiġu adottati permezz ta’ regolamenti ta’ delega u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet
(CON/2012/95)
2013/C 60/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-8 ta’ Novembru 2012, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni għal opinjoni dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR” u l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddien l-“abbozz tal-STI”) ippreżentati mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) lill-Kummissjoni u li għandhom jiġu adottati skont l-Artikoli 10 sa 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (1) permezz ta:
(a) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-arranġamenti tal-ikklerjar indiretti, l-obbligu tal-ikklerjar, ir-reġistru pubbliku, l-aċċess għal ċentru tan-negozjar, kontropartijiet nonfinanzjarji, tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskji għal kuntratti tad-derivattivi OTC mhux ikklerjati minn CCP (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar l-obbligu tal-ikklerjar u l-mitigazzjoni tar-riskji”); |
(b) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali”); |
(c) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar rekwiżiti għall-kontropartijiet ċentrali”); |
(d) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet”); |
(e) |
regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STR dwar id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta”); |
(f) |
regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru …/… li jistipula standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (minn hawn ’il quddiem l-“abbozz tal-STI dwar il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet”) |
(kollettivament imsejħa l-“abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni”).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, billi l-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni fihom dispożizzjonijiet li jeffettwaw, b’mod partikolari, il-kompitu tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) li tippromwovi l-ħidma bla ostakli ta’ sistemi ta’ ħlas, kif ukoll il-kontribut tagħha għat-tmexxija bla ostakli ta’ politiki relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, it-tmexxija tagħha ta’ operazzjonijiet ta’ kambju barrani u l-pussess u l-ġestjoni tar-riżervi barranin uffiċjali tal-Istati Membri, kif imsemmi fl-Artikolu 127(2) u (5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1. |
Fit-13 ta’ Jannar 2011, il-BĊE ippubblika l-Opinjoni CON/2011/1 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet (2) li fiha emfasizza, inter alia, illi l-banek ċentrali għandhom rwol statutorju u r-responsabbiltà li jħarsu l-istabbiltà finanzjarja kif ukoll għas-sigurtà u l-effiċenza ta’ infrastrutturi finanzjarji. It-test finali ta’ Regolament (UE) Nru 648/2012 bl-istess mod emfasizza l-irwol tas-SEBĊ fil-promozzjoni tal-operat mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u jitlob li l-AETS tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ (3). |
1.2. |
Il-BĊE kien involut mill-qrib ħafna fix-xogħol tal-AETS fuq l-istandards tekniċi fir-rigward ta’ kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet u jilqa’ l-kooperazzjoni tal-AETS fil-kunsiderazzjoni tal-parti l-kbira tal-kummenti tal-BĊE fl-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni. Ġeneralment, il-BĊE jappoġġa l-abbozz finali tal-istandards tekniċi tal-AETS u jqishom bħala bbilanċati sew u konformi mal-Prinċipji tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (4). Madankollu, il-BĊE jixtieq jikkummenta dwar u jissuġġerixxi emendi fir-rigward ta’ uħud mill-kwistjonijiet l-aktar kruċjali, inkluż il-kwistjonijiet relevanti għall-BĊE fejn ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma jitlobx li s-SEBĊ tkun involuta fix-xogħol ta’ tħejjija tal-AETS. |
2. Osservazzjonijiet speċifiċi
2.1. |
Il-BĊE jilqa’ d-dispożizzjoni tal-abbozz tal-STR dwar l-obbligu tal-ikklerjar u l-mitigazzjoni tar-riskji (5) li tispeċifika l-elementi li l-AETS għandha tikkunsidra sabiex tevalwa l-grad ta’ standardizzazzjoni tal-kundizzjonijiet kuntrattwali u l-proċessi operattivi tal-klassi relevanti ta’ derivati OTC suġġetti għall-ikklerjar. Tassew, din id-dispożizzjoni iżżid iċ-ċarezza fil-kunċett ta’ ‘standardizazzjoni’ nnifsu. Dan huwa essenzjali biex tittejjeb it-trasparenza tas-swieq tad-derivati OTC, jitnaqqas ir-riskju sistemiku u tittejjeb l-istabbiltà finanzjarja, kif imħeġġeġ mill-mexxejja tal-G20 (6). Minkejja dan, huwa importanti li jiġi żgurat illi l-fokus fuq l-istandardizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet kuntrattwali ma joffrix inċentivi għall-parteċipanti fis-suq biex iżommu lura mill-proċess ta’ standardizzazzjoni kuntrattwali, sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ obbligu tal-ikklerjar obbligatorju. F’dan ir-rigward, il-BĊE jemfasizza wkoll il-mandat tal-AETS biex: (a) timmonitorja l-attività fid-derivati li mhumiex eliġibbli għall-ikklerjar, sabiex tidentifika każijiet fejn klassi partikolari ta’ derivati tista’ toħloq riskju sistemiku, u (b) tipprevjeni l-arbitrage regolatorju bejn tranżazzjonijiet ta’ derivati ikklerjati u mhux ikklerjati (7). |
2.2. |
Barra minn dan, il-BĊE jinnota illi l-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jistipula illi r-Regolament m’għandux japplika għal: (a) membri tas-SEBĊ, (b) korpi oħra tal-Istati Membri li jaqdu funzjonijiet simili, u (c) korpi pubbliċi oħrajn tal-Unjoni inkariga bi jew li jintervjenu fil-ġestjoni tad-dejn pubbliku li jinkludi l-obbligi tal-ikklerjar kif ukoll tar-rapportar (8). Madankollu, li l-kontropartijiet tal-membri tas-SEBĊ jintalbu jirrapportaw id-dejta kollha dwar it-tranżazzjonijiet tagħhom fir-repożitorji ta’ dejta dwar it-tranżazzjonijiet jillimita l-effettività tal-eżenzjoni fuq imsemmija. Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinżamm milli jillimita s-setgħa tal-membri tas-SEBĊ biex iwettqu l-kompiti tagħhom li huma ta’ interess komuni, huwa kruċjali illi, b’mod partikolari, il-kotba tal-membri tas-SEBĊ jiġu protetti u li s-sinjalazzjoni bbażata fuq l-operazzjonijiet tal-banek ċentrali tibqa’ effettiva. Dan jista’ jkun żgurat bl-aktar mod effettiv jekk mhux biss il-membri tas-SEBĊ jkunu eżenti mill-obbligu li jirrapportaw fuq it-tranżazzjonijiet tad-derivati tagħhom, iżda wkoll il-kontropartijiet tal-membri tas-SEBĊ f’dawk it-tranżazzjonijiet. |
2.3. |
Il-BĊE jinnota illi d-depożiti ta’ flus kontanti li jsiru permezz ta’ faċilitajiet ta’ depożitu permanenti jew ta’ mezzi paragonabbli oħrajn forniti minn bank ċentrali jistgħu jkunu denominati jew fil-munita maħruġa minn dak il-bank ċentrali (jiġifieri “flus tal-bank ċentrali”) jew f’munita oħra li mhix maħruġa minn dak il-bank ċentrali (jigifieri “flus ta' bank kummerċjali”) u għalhekk jistgħu jkollhom profil ta' riskju differenti. Dan il-fatt għandu jkun rifless fil-politika tal-investiment ta’ kontroparti ċentrali permezz tat-trattament differenti ta’ dawn id-depożiti u jistgħu jkunu jridu jiġu kkunsidrati meta jseħħ ir-rieżami li jmiss tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. |
Fejn il-BĊE jirrakkomanda li jiġu emendati l-abbozzi tal-istandards regolatorji u ta’ implimentazzjoni, proposti speċifiċi tal-abbozzat qed jiġu stipulati fl-Anness għal dan il-għan flimkien ma’ test spjegattiv.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Novembru 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) GU L 331, 15.12.2010, p. 84.
(3) Ara l-premessa 11 u l-Artikoli 26(9), 34(3), 41(5), 42(5), 44(2), 45(5), 46(3), 47(8), 49(4), 54(4), 81(5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(4) Disponsibbli fuq il-websajt tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq http://www.bis.org
(5) Artikolu 6.
(6) Ara, b’mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tas-Samit ta’ Toronto tal-G20 tas-26-27 ta’ Ġunju 2010, disponibbli fuq http://canadainternational.gc.ca
(7) Artikoli 11(13) u 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.
(8) Artikolu 1(4) tar-Regolament (EU) Nru 648/2012.
ANNESS
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar kulleġġi għal kontropartijiet ċentrali
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE (1) |
||||||
Emenda 1 |
|||||||
Preambolu |
|||||||
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tiegħu,” |
“Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-dejta dwar it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(6) tiegħu, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), |
||||||
Spjegazzjoni Skont l-Artikolu 296 tat-Trattat, li jistipula illi atti legali għandhom jirriferu għal kwalunkwe opinjoni prevista fit-Trattati, l-emenda proposta hija neċessarja sabiex tirrifletti l-fatt illi l-abbozz tar-regolament ta’ delega jiġi adottat skont l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet fihom l-obbligu li l-BĊE jiġi kkonsultat fuq kull att propost tal-Unjoni li jaqa’ fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu (3). |
|||||||
Emenda 2 |
|||||||
Artikolu 8 (ġdid) |
|||||||
L-ebda test |
“Ġestjoni ta’ Kriżi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza Il-proċeduri biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza għandhom jirriflettu r-responsabbiltajiet u l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni mill-membri ta’ kulleġġ u għandhom jinkludu l-għodod neċessarji biex titħalla ssir komunikazzjoni f’waqtha, proporzjonata u effettiva matul proċess ta' ġestjoni ta' kriżi. Bħala parti mill-proċeduri għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, awtorità kompetenti ta’ CCP għandha tiżgura illi l-kulleġġ iqis it-twaqqif tal-għodod li ġejjin:
|
||||||
Spjegazzjoni Id-Dokument konsultattiv tal-AETS (ESMA/2012/379) kien jinkludi xi lingwaġġ fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta' emerġenza. Skont ir-Responsabbiltà E “Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn” tal-Prinċipji għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju tas-CPSS-IOSCO, arranġamenti ta’ kooperazzjoni fost l-awtoritajiet iridu jkunu effettivi mhux biss f'ċirkostanzi normali, imma wkoll matul perijodi ta' stress fis-suq u sitwazzjonijiet ta' kriżi. |
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar id-dettalji minimi tad-dejta li trid tiġi rrapportata lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
||||||||
Emenda 3 |
|||||||||
Anness, Tabella 2, daħħal taqsima ġdida dwar derivati ta’ kreditu wara l-partita 54 |
|||||||||
L-ebda test |
|
||||||||
Spjegazzjoni Minn perspettiva ta’ analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u tar-riskju sistemiku, huwa kruċjali li tinkiseb informazzjoni fir-rigward tat-tip ta’ klawżoli għar-ristrutturar tal-kuntratti pendenti ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu (CDS). Din l-informazzjoni tħalli lill-awtoritajiet janalizzaw l-impatt ta’ avveniment kreditizju fuq l-iskoperturi tas-CDS ta’ parteċipanti fis-suq b’mod aktar preċiż u jifhmu liema tipi ta’ avvenimenti kreditizji japplikaw għal ċerti pożizzjonijiet tas-CDS. Għalhekk, in-nuqqas ta' din l-informazzjoni xxekkel l-analiżi tar-riskju sistemiku relatata ma' avvenimenti kreditizji. |
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STR dwar id-dejta li trid tiġi ppubblikata u li għandha tkun disponibbli minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet u standards operazzjonali biex tiġi aggregata, imqabbla u aċċessata d-dejta
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
Emenda 4 |
|
Artikolu 2(10) |
|
“10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ aċċess għal dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta' derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru.” |
“10. Repożitorju tat-tranżazzjonijiet jipprovdi lil membru rilevanti tas-SEBĊ b’aċċess għal dejta f’livell ta’ tranżazzjoni kif ukoll b’dejta tal-pożizzjoni għal kuntratti ta' derivattivi fil-munita maħruġa minn dak il-membru. Jekk l-ebda waħda mill-kontropartijiet tal-kuntratt ta’ derivat ma tinsab fil-ġuriżdizzjoni ta’ dan il-membru tas-SEBĊ, ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jista’ jipprovdi din id-dejta f’livell ta’ tranżazzjoni mingħajr ma jidentifika l-kontropartijiet tad-derivat.” |
Spjegazzjoni L-abbozz preżenti jipprovdi biss għal aċċess għal “dejta tal-pożizzjoni” għall-bank ċentrali li joħroġha. Sabiex iwettaq il-mandat tiegħu taħt l-Atrikolu 127(2) u (5) tat-Trattat, b’mod partikolari fir-rigward tal-politika monetarja, il-funzjonament mingħajr xkiel ta’ sistemi ta’ ħlas u l-istabbiltà finanzjarja, il-BĊE jeħtieġ aċċess għal dejta f'livell ta' tranżazzjoni fir-rigward ta' kuntratti ta' derivati denominati f'euro. F’dan ir-rigward, il-BĊE għandu interess li: (a) jimmonitorja l-flussi ta’ ħlasijiet aggregati jew individwali li jeffettwaw is-sistemi ta' ħlas u saldu; (b) jimmonitorja l-likwidità tal-euro; u (c) jimmonitorja għal attività ta' spekukazzjoni f'dik il-munita. Dan ser ikun utli speċjalment biex jiġu evalwati il-pressjonijiet potenzjali fuq il-likwidità li jistgħu jkollhom impatt fuq l-implimentazzjoni tal-politika monetarja. Dejta tal-pożizzjoni ser tipprovdi biss dejta dwar ammonti pendenti (“stokks”), iżda mhux fuq il-flussi, li huma meħtieġa biex issir analiżi fuq il-likwidità. Barra minn dan, l-ikklerjar mandatorju ser ikollu impatt sinifikanti fuq il-likwidità tas-suq u l-flussi tal-ħlas. L-aċċess għad-dejta f’livell ta’ tranżazzjoni huwa għalhekk meħtieġ ukoll sabiex jinftiehmu l-istruttura tas-suq u r-reżiljenza tal-likwidità tas-suq tad-derivati OTC. L-Eurosistema ser tkun teħtieġ ukoll aċċess għal dejta f’livell ta’ tranżazzjoni fid-dawl tal-irwol tagħha bħala membru ta’ kulleġġi CCP li jirrappreżentaw il-bank ċentrali tal-ħruġ. Peress illi l-euro hija żgur l-aktar munita importanti fl-Unjoni fir-rigward ta’ kuntratti ta’ derivati, il-BĊE jistenna illi l-Eurosistema tkun membru ta’ numru kbir ta’ kulleġġi CCP. |
Proposti tal-abbozzar għall-abbozz tal-STI dwar il-format u l-frekwenza tar-rapporti tan-negozju lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet
Test ippreżentat lill-Kummissjoni mill-AETS |
Emendi proposti mill-BĊE |
||||||||
Emenda 5 |
|||||||||
Anness, Tabella 2, daħħal taqsima ġdida dwar derivati ta’ kreditu wara l-partita 54 |
|||||||||
L-ebda test |
|
||||||||
Spjegazzjoni Minn perspettiva ta’ analiżi tal-istabbiltà finanzjarja u tar-riskju sistemiku, huwa kruċjali li tinkiseb informazzjoni fir-rigward tat-tip ta’ klawżoli għar-ristrutturar tal-kuntratti pendenti tas-CDS. Din l-informazzjoni tħalli lill-awtoritajiet janalizzaw l-impatt ta’ avveniment kreditizju fuq l-iskoperturi tas-CDS ta’ parteċipanti fis-suq b’mod aktar preċiż u jifhmu liema tipi ta’ avvenimenti kreditizji japplikaw għal ċerti pożizzjonijiet tas-CDS. Għalhekk, in-nuqqas ta' din l-informazzjoni jxekkel l-analiżi tar-riskju sistemiku relatata ma' avvenimenti kreditizji. |
(1) It-tipa skura fil-korp tat-test tindika fejn il-BĊE qed jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE qed jipproponi t-tħassir ta’ test.
(2) ĠU C X, xx.xx.201x, p.xx.”
(3) Il-BĊE jinnota illi kull abbozz ta’ STR u kull abbozz ta' STI, li għalih jiġu proposti emendi f’din l-opinjoni, għandu jirreferi għal din l-opinjoni.
(4) Jekk jogħgbok innota li t-taqsimiet u l-partiti sussegwenti jridu jiġu numerati mill-ġdid.”
(5) Jekk jogħgbok innota li t-taqsimiet u l-partiti sussegwenti jridu jiġu numerati mill-ġdid.”