EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009X0124(01)

Ftehim tal- 31 ta' Diċembru 2008 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU C 18, 24.1.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/3


FTEHIM

tal-31 ta' Diċembru 2008

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska rigward il-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2009/C 18/02)

IN-NÁRODNÁ BANKA SLOVENSKA U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta' Diċembru 2008, dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta' l-assi barranin ta' riżerva u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont aggregat ekwivalenti għall-euro ta' assi barranin ta' riżerva li n-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa 'l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta' EUR 443 086 155,98.

(2)

Skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, il-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska bi klejm iddenominata fl-euro ekwivalenti għall-ammont aggregat u ddenominat fl-euro tal-kontribuzzjoni tan-Národná banka Slovenska ta' assi barranin ta' riżerva, skond l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li jistabbilixxu l-klejm tan-Národná banka Slovenska għall-ammont ta' EUR 399 443 637,59, sabiex jiġi żgurat li l-proporzjon bejn l-ammont fl-euro tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u l-ammont aggregat iddenominat fl-euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta' l-Istati Membri li diġà adottaw l-euro (minn issa 'l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), ikun indaqs mal-proporzjon bejn il-piż tan-Národná banka Slovenska fl-iskema kapitali tal-BĊE u l-piż aggregat tal-BĊNi parteċipanti l-oħra f'din l-iskema.

(3)

Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fir-recitals 1 u 2 tirriżulta: (i) mill-applikazzjoni għall-valur ta' l-assi barranin ta' riżerva ttrasferiti diġà min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, tar-'rati tal-kambju kurrenti' msemmija fl-Artikolu 49.1 ta' l-Istatut tas-SEBĊ; u (ii) mill-effett fuq il-klejms skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ li l-BĊNi parteċipanti l-oħra kellhom, ta' l-aġġustamenti ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Jannar 2004 u l-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 29.3 ta' l-Istatut SEBĊ u t-tkabbir ta' l-iskema kapitali tal-BĊE fl-1 ta' Mejju 2004 u fl-1 ta' Jannar 2007, skond l-Artikolu 49.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Minħabba d-differenza hawn fuq imsemmija, il-BĊE u n-Národná banka Slovenska jaqblu li l-klejm tan-Národná banka Slovenska tista' titnaqqas billi jitpaċa kontriha l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, fil-każ li l-klejm tan-Národná banka Slovenska hija akbar mill-ammont ta' EUR 399 443 637,59.

(5)

Il-BĊE u n-Národná banka Slovenska għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħra għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska, waqt li jiġi kkunsidrat li, skond il-movimenti tar-rata tal-kambju, jista' jinħtieġ li l-klejm tiżdied aktar milli titnaqqas għall-ammont imsemmi fir-recital 2.

(6)

Il-Kunsill Governattiv approva li l-BĊE isir parti minn dan il-Ftehim, li jittratta deċiżjoni li għandha tittieħed skond l-Artikolu 30 ta' l-Istatut tas-SEBĊ, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 10.3 ta' l-Istatut SEBĊ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm tan-Národná banka Slovenska

1.   Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE għandu jikkredita lin-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 30.3 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 (minn issa 'l quddiem “il-klejm”) huwa akbar minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 399 443 637,59. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi, l-ammont li n-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE b'effett mill-1 ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, jitpaċa kontra l-klejm. L-ammont paċut għandu jkun ittrattat bħala kontribuzzjoni minn qabel għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2007/22, li għandha titqies li tkun saret fid-data ta' dik it-tpaċija.

2.   Jekk l-ammont li għandu jiġi kkontribwit min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skond l-Artikolu 49.2 ta' l-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 huwa anqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska u EUR 339 443 637,59, allura l-ammont tal-klejm għandu jitnaqqas għal EUR 339 443 637,59: (i) billi jitpaċa skond il-paragrafu 1 hawn fuq; u (ii) billi l-BĊE iħallas lin-Národná banka Slovenska ammont fl-euro daqs l-ammont tad-defiċit li jifdal wara din it-tpaċija. Kull ammont li jrid jitħallas mill-BĊE skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut b'effett mill-1 ta' Jannar 2009. Il-BĊE għandu, sadanittant, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta' dan l-ammont, u ta' l-imgħax nett akkumulat fuq dan l-ammont, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta' kalkulazzjoni “actual over 360-day” b'rata daqs ir-rata ta' l-imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta' finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.

3.   Jekk l-ammont tal-klejm tan-Národná banka Slovenska huwa anqas minn EUR 339 443 637,59 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi l-assi barranin ta' riżerva min-Národná banka Slovenska skond l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33, allura l-ammont tal-klejm għandu jiżdied f'dik id-data għal EUR 339 443 637,59 u n-Národná banka Slovenska għandu jħallas lill-BĊE ammont fl-euro daqs id-differenza. Kull ammont li għandu jitħallas min-Národná banka Slovenska skond dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta' Jannar 2009, u għandu jitħallas skond il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2009.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja f'żewġ kopji oriġinali u ffirmati bl-Ingliż. Il-BĊE u n- għandhom iżommu kopja oriġinali kull wieħed.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fil-31 ta' Diċembru 2008.

Għal Národná banka Slovenska

Ivan ŠRAMKO

Gvernatur

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Jean-Claude TRICHET

President


(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Fuq