EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014Y0121(02)

Ftehim tal- 31 ta’ Diċembru 2013 bejn Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lill-Latvijas Banka mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

ĠU C 17, 21.1.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/5


FTEHIM

tal-31 ta’ Diċembru 2013

bejn Latvijas Banka u l-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-klejm ikkreditat lill-Latvijas Banka mill-Bank Ċentrali Ewropew taħt l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 17/02

LATVIJAS BANKA U L-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3(1) ta’ Deċiżjoni BĊE/2013/53 tal-31 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi ta’ riżerva barranija u kontribuzzjonijiet mill-Latvijas Banka lir-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), l-ammont totali ekwivalenti f’euro ta’ assi ta’ riżerva barranija li Latvijas Banka huwa mitlub jittrasferixxi lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”) huwa ta’ EUR 205 272 581,13.

(2)

Skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 il-BĊE huwa mitlub jikkredita lill-Latvijas Banka bi klejm iddenominata f'euro ekwivalenti għall-ammont totali f'euro tal-kontribuzzjoni ta’ Latvijas Banka ta’ assi ta’ riżerva barranija, suġġett għall-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-BĊE u Latvijas Banka jaqblu illi jistabbilixxu l-klejm ta’ Latvijas Banka għal EUR 163 479 892,24 sabiex jiżguraw illi l-proporzjon bejn l-ammont f’euro tal-klejm ta’ Latvijas Banka u l-ammont totali f’euro tal-klejms ikkreditati lill-banek ċentrali nazzjonali l-oħra ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem il-“BĊNi l-oħra”) ikun ugwali għall-proporzjon bejn il-ponderazzjoni ta’ Latvijas Banka fl-iskema tal-kapital tal-BĊE u l-ponderazzjoni totali tal-BĊNi l-oħra f’din l-iskema.

(3)

Id-differenza bejn l-ammonti msemmija fil-premessi 1 u 2 tirriżulta minn: (a) l-applikazzjoni lill-valur tal-assi ta' riżerva barranija diġà ittrasferiti mill-Latvijas Banka skont l-Artikolu 30.1 tal-Istatut tas-SEBĊ tar-“rati tal-kambju kurrenti” msemmija fl-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ; u (b) l-effett fuq il-klejms skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ miżmuma mill-BĊNi tal-aġġustamenti tal-iskema tal-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Jannar 2004, fl-1 ta’ Jannar 2009 u fl-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 29.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-espansjonijiet tal-iskema tal-kapital tal-BĊE fl-1 ta’ Mejju 2004, fl-1 ta’ Jannar 2007 u fl-1 ta’ Lulju 2013 skont l-Artikolu 48.3 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(4)

Minħabba d-differenza fuq imsemmija, il-BĊE u Latvijas Banka jaqblu illi l-klejm ta' Latvijas Banka tista' titnaqqas billi tiġi kkumpensata bl-ammont li Latvijas Banka huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, f'każ li l-klejm ta' Latvijas Banka hija akbar mill-ammont ta' EUR 163 479 892,24.

(5)

Il-BĊE u Latvijas Banka għandhom jaqblu dwar modalitajiet oħrajn sabex tiġi kkreditata l-klejm ta’ Latvijas Banka, billi jiġi kkunsidrat illi, skont iċ-ċaqlieq fil-kambju barrani, jista' jkun neċessarju illi tiżdied aktar milli titnaqqas il-klejm għall-ammont imsemmi fil-premessa 2.

(6)

Il-Kunsill Governattiv approva d-dħul tal-BĊE f’dan il-Ftehim, li jikkonċerna deċiżjoni li għandha tittieħed taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ, skont l-Artikolu 10.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-proċedura speċifikata fih.

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Modalitajiet għall-ikkreditar tal-klejm ta’ Latvijas Banka

1.   Jekk l-ammont tal-klejm li l-BĊE huwa mitlub jikkredita lil Latvijas Banka skont l-Artikolu 30.3 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53 (minn hawn ’il quddiem il-“klejm”) huwa akbar minn EUR 163 479 892,24 fi kwalunkwe dati tas-saldu li fihom il-BĊE jirċievi assi ta’ riżerva barranija mingħand Latvijas Banka skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas b'effett minn dik id-data għal EUR 163 479 892,24. Dan it-tnaqqis għandu jsir billi l-klejm tiġi paċuta bl-ammont li Latvijas Banka huwa mitlub jikkontribwixxi għar-riżervi u l-provvisti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53. L-ammont paċutt għandu jiġi ttrattat bħala kontribuzzjoni bil-quddiem għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, li għandha titqies li saret fid-data li fiha sseħħ it-tpaċija.

2.   Jekk l-ammont mitlub bħala kontribuzzjoni minn Latvijas Banka għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53 huwa ta’ anqas mid-differenza bejn l-ammont tal-klejm ta' Latvijas Banka u EUR 163 479 892,24, l-ammont tal-klejm għandu mbagħad jitnaqqas għal EUR 163 479 892,24: (a) billi ssir tpaċija skont paragrafu 1 hawn fuq; u (b) billi l-BĊE jħallas lil Latvijas Banka ammont f’euro ekwivalenti għall-ammont tad-defiċit li jkun baqa’ wara dan il-kumpens. Kull ammont mitlub bħala ħlas mill-BĊE skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut fl-1 ta’ Jannar 2014. Il-BĊE għandu, fiż-żmien propizju, jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment ta’ dan l-ammont, u tal-imgħax nett li jkun akkumula fuqu, permezz tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). L-imgħax akkumulat għandu jinħadem ta’ kuljum, permezz tal-metodu ta’ kalkolazzjoni actual over-360-day b’rata ekwivalenti għar-rata ta’ imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament l-aktar riċenti tagħha.

3.   Jekk l-ammont tal-klejm ta’ Latvijas Banka huwa ta’ anqas minn EUR 163 479 892,24 fid-data finali li fiha l-BĊE jirċievi assi ta’ riżervi barranin mingħand Latvijas Banka skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni BĊE/2013/53, l-ammont tal-klejm imbagħad jiżdied f'dik id-data għal EUR 163 479 892,24 u Latvijas Banka għandu jħallas lill-BĊE ammont f’euro li huwa ekwivalenti għad-differenza. Kull ammont li huwa mitlub li jitħallas minn Latvijas Banka skont dan il-paragrafu għandu jkun dovut mill-1 ta’ Jannar 2014, u għandu jitħallas skont il-proċeduri speċifikati fl-Artikolu 5(4) u (5) ta’ Deċiżjoni BĊE/2010/53.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja f’żewġ kopji oriġinali bl-Ingliż debitament iffirmati. Il-BĊE u Latvijas Banka għandhom iżommu kopja oriġinali ta’ dan kull wieħed.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-31 ta’ Diċembru 2013.

Għal Latvijas Banka

Ilmars RIMŠĒVIČS

Gvernatur

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

Mario DRAGHI

President


(1)  Għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Fuq