EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32014Y0121(01)

Ftehim tas- 6 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

ĠU C 17, 21.1.2014, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

21.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 17/1


FTEHIM

tas-6 ta’ Diċembru 2013

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja

2014/C 17/01

1.

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Knyaz Alexander I Sq. 1

1000 София/Sofija

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Hrvatska narodna banka

Trg hrvatskih velikana 3

HR-10002 Zagreb

HRVATSKA

Latvijas Banka

K. Valdemāra iela 2a

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Lietuvos bankas

Gedimino pr. 6

LT-01103 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Szabadság tér 8–9.

1054

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Narodowy Bank Polski

ul. Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA/POLAND

Banca Națională a României

Str. Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

SE-103 37 Stockholm

SVERIGE

Bank of England

Threadneedle Street

London

EC2R 8AH

UNITED KINGDOM

u

2.

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għal rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta beda t-tielet stadju ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxi l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona tal-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

(3)

Il-Latvja, bħala Stat Membru b’deroga, ilha tipparteċipa fl-ERM II mill-2005. Latvijas Banka huwa parti għall-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona tal-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3), bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4), bil-Ftehim tat-13 ta’ Diċembru 2010 (5) u bil-Ftehim tal-21 ta’ Ġunju 2013 (6) (minn hawn ’il quddiem imsejħin kollettivament “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

(4)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/387/UE tad-9 ta’ Lulju 2013 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Latvja fl-1 ta’ Jannar 2014 (7) id-deroga favur il-Latvja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. L-euro ser tkun il-munita tal-Latvja mill-1 ta’ Jannar 2014 u Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minn dik id-data.

(5)

Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur il-Latvja,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Latvja

Latvijas Banka m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II mill-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 2

Sostituzzjoni ta’ Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u jkun debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona tal-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Diċembru 2013.

Għal

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

Għal

Česká národní banka

Għal

Danmarks Nationalbank

Għal

Hrvatska narodna banka

Għal

Latvijas Banka

Għal

Lietuvos bankas

Għal

Magyar Nemzeti Bank

Għal

Narodowy Bank Polski

Għal

Banca Națională a României

Għal

Sveriges Riksbank

Għall-

Bank of England

Għall-

Bank Ċentrali Ewropew


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10.

(5)  ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3.

(6)  ĠU C 187, 29.6.2013, p. 1.

(7)  ĠU L 195, 18.7.2013, p. 24.


ANNESS

LIMITI MASSIMI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANEK ĊENTRALI DWAR L-ERM II

b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014

(miljuni f’EUR)

Banek ċentrali partijiet għal dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

520

Česká národní banka

760

Danmarks Nationalbank

720

Hrvatska narodna banka

440

Lietuvos bankas

380

Magyar Nemzeti Bank

690

Narodowy Bank Polski

1 870

Banca Națională a României

1 070

Sveriges riksbank

970

Bank of England

4 580

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Eesti Pank

xejn

Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d’Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Latvijas Banka

xejn

Banque centrale du Luxembourg

xejn

Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn


(1)  L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.


Fuq