EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32009X0122(01)

Ftehim tat- 8 ta' Diċembru 2008 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta' Marzu 2006 , bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja

ĠU C 16, 22.1.2009, p. 10–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 65 - 70

22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/10


FTEHIM

tat-8 ta' Diċembru 2008

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006, bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja

(2009/C 16/02)

(1)

Българска народна банка (Bank Bulgaru Nazzjonali)

1, Kynaz Alexander 1 Sq.

BG-Sofia-1000

Česká národní banka

Na Příkopě 28

CZ-115 03 Praha 1

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

DK-1093 Copenhagen K

Eesti Pank

Estonia pst. 13

EE-15095 Tallinn

Latvijas Banka

K. Valdemara iela 2a

LV-1050 Riga

Lietuvos bankas

Totoriu g. 4

LT-01121 Vilnius

Magyar Nemzeti Bank

Szabadság tér 8/9

H-1054 Budapest

Narodowy Bank Polski

ulica Świętokrzyska 11/21

PL-00-919 Warsaw

Banca Națională a României

Strada Lipscani nr. 25, sector 3

RO-030031 Bucharest,

Národná banka Slovenska

Imricha Karvaša 1

SK-813 25 Bratislava

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

S-103 37 Stockholm

Bank of England

Threadneedle Street

London EC2R 8AH

United Kingdom

u

(2)

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn issa 'l quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew qabel fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Ġunju 1997 (minn issa 'l quddiem 'ir-Riżoluzzjoni') biex iwaqqaf mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (minn issa 'l quddiem 'l-ERM II') meta t-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta' Jannar 1999.

(2)

Skond it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro imma li qed jipparteċipaw fl-ERM II, jidderieġu l-politika tagħhom għall-istabbilta`, jinkoraġġixi l-konverġenza u b'hekk igħin lill-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

(3)

Is-Slovakja, bħala Stat Membru b'deroga, ipparteċipa fl-ERM II sa mit-2 ta' Novembru 2005. In-Národná banka Slovenska huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta' Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta' Diċembru 2006 (2) u bil-Ftehim ta' l-14 ta' Diċembru 2007 (3) (minn issa 'l quddiem imsejħin flimkien bħala 'l-“Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

(4)

Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta' Lulju 2008, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-munita waħda mis-Slovakja fl-1 ta' Jannar 2009 (4), id-deroga favur is-Slovakja msemmija fl-Artikolu 4 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni 2003 hija rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2009. L-euro ser ikun il-munita tas-Slovakja mill-1 ta' Jannar 2009 u n- Národná banka Slovenska m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett minn dik id-data.

(5)

L-arranġamenti ta' bħalissa għall-għall-intervenzjoni tal-ERM II fil-marġins huma stabbiliti fil-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II.

(6)

L-arranġamenti ta' bħalissa għall-intervenzjoni tal-ERM II jeħtieġu aktar aġġornament u reviżjoni sabiex iqisu l-impożizzjoni ta' kriterju ġdid fuq kontropartijiet eliġibbli biex iwettqu intervenzjonijiet fil-marġins u biex jirfinaw kriterju eżistenti dwar l-eliġibbilta`.

(7)

Hemm bżonn li jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-derogi favur is-Slovakja u t-tibdiliet tal-kriterji ta' l-eliġibbilta' għall-intervenzjoni ta' l-ERM II fil-marġins,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tas-Slovakja

In-Národná banka Slovenska m'għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

Artikolu 2

Sostituzzjoni ta' Annessi I u II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

2.1   L-Anness I mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ma' dan il-Ftehim.

2.2   L-Anness II mal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

3.1   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

3.2   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro kif ukoll lil dawk ta' barra ż-żona ta' l-euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-8 ta' Diċembru 2008.

Българска народна банка/Għall-Bank Nazzjonali Bulgaru

…………………………...

Għaċ-Česká národní banka

…………………………...

Għad-Danmarks Nationalbank

…………………………...

Għall-Eesti Pank

…………………………...

Għal-Latvijas Banka

…………………………...

Għal-Lietuvos bankas

…………………………...

Għall-Magyar Nemzeti Bank

…………………………...

Għan-Narodowy Bank Polski

…………………………...

Għall-Banca Națională a României

…………………………...

Għan-Národná banka Slovenska

…………………………...

Għall-iSveriges Riksbank

…………………………...

Għall-Bank of England

………………………….......

Għall-Bank Ċentrali Ewropew

…………………....................


(1)  ĠU Ċ 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU Ċ 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU Ċ 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.


ANNESS I

“ANNESS I

KONVENZJONI TA' KWOTAZZJONI GĦAL VALUTI PARTEĊIPANTI FL-ERM II U L-PROĊEDURA TA' ĦLAS WARA ĦLAS FIL-KAŻ TA' INTERVENZJONI FIL-MARĠINS

A.   Konvenzjoni ta' Kwotazzjoni

Għall-valuti kollha ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II, ir-rata tal-kambju għar-rata ċentrali bilaterali fil-konfront ta' l-euro għandha tkun ikkwotata bl-użu ta' l-euro bħala l-valuta bażi. Ir-rata tal-kambju għandha titfisser bħala l-valur ta' E1 bl-użu ta' sitt figuri sinifikanti għall-valuti kollha.

L-istess konvenzjoni għandha tiġi applikata fil-kwotazzjoni tar-rati l-għolja u dawk baxxi ta' intervenzjoni fil-konfront ta' l-euro tal-valuti ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II. Ir-rati ta' intervenzjoni għandhom ikunu ddeterminati billi tiżdied jew titnaqqas il-bandwidth miftiehma, imfissra bħala perċentwali, mar- jew mir-rati ċentrali bilaterali. Ir-rati riżultanti għandhom jitqarrbu għal sitt figuri sinifikanti.

B.   Proċedura ta' ħlas wara ħlas

Għandha tiġi applikata proċedura ta' ħlas wara ħlas minn kemm il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro (BĊNi) fil-każ ta' intervenzjoni fil-marġins. Il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II għandhom japplikaw il-proċedura ta' ħlas wara ħlas meta jaġixxu bħala korrispondenti tal-BĊNi taż-żona ta' l-euro u l-BĊE skond dan l-Anness; il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, jadottaw l-istess proċedura ta' ħlas wara ħlas meta jħallsu xi intervenzjoni fil-marġins li dawk il-BĊNi jkunu wettqu f'isimhom.

(i)   Prinċipji ġenerali

Il-proċedura ta' ħlas wara ħlas għandha tiġi applikata meta sseħħ intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II bejn l-euro u l-valuti ta' l-Istati Membri barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II.

Biex ikunu eliġibbli għall-intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II, il-kontropartijiet għandhom jintalbu jkollhom kont mal-BĊN rispettiv u jżommu indirizz tas-SWIFT. Il-Kontropartijiet għandhom, bħala kriterju addizzjonali ta' eliġibbiltá, jintalbu wkoll jagħtu minn qabel lill-BĊN rispettiv, l-istruzzjonijiet standard tagħhom tas-settlement fil-valuti ta' l-ERM II u kull aġġornamenti oħra lil dawn l-istruzzjonijiet. Il-kontropartijiet eliġibb/li jistgħu jintalbu jagħtu lill-BĊE jew lill-BĊNi d-dettalji ta' kuntatt kif speċifikat mill-BĊE u l-BĊNi rispettivi minn żmien għal żmien.

Il-kontropartijiet eliġibbli għall-intervenzjoni fil-marġins fl-ERM II jistgħu jwettqu wkoll din l-intervenzjoni direttament mal-BĊE, salv li huma jkollhom ukoll l-istatus ta' kontropartijiet eliġibbli biex jeżegwixxu tranżazzjonijiet tar-rati tal-kambju mal-BĊE skond il-Linja Gwida BĊE/2008/5 ta' l-20 ta' Ġunju 2008 dwar l-immaniġġjar ta' l-assi barranin ta' riżerva tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali u d-dokumentazzjoni legali għall-operazzjonijiet li jinvolvu dawn l-assi (1).

Il-BĊNi barra ż-żona ta' l-euro parteċipanti fl-ERM II għandhom jaġixxu bħala l-korrispondenti tal-BĊNi taż-żona ta' l-euro euro u l-BĊE.

Meta ssir intervenzjoni fil-marġins, il-BĊN rispettiv jew il-BĊE għandu jirrilaxxa biss il-ħlas tiegħu għal tranżazzjoni partikolari wara li jkun irċieva konferma mill-korrispondent tiegħu li l-ammont dovut ikun ġie kkreditat lill-kont tiegħu. Il-Kontropartijiet għandhom jintalbu jħallsu fil-ħin sabiex il-BĊNi u l-BĊE ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' ħlas rispettivi tagħhom. Konsegwentament, il-kontropartijiet għandhom jintalbu jħallsu qabel skadenza ddefinita minn qabel.

(ii)   Skadenza għal meta għandhom jaslu l-fondi minn kontropartijiet

Il-Kontropartijiet għandhom iħallsu ammonti ta' intervenzjoni mhux aktar tard mis-1 p.m. CET fid-data tal-valur.”


(1)  ĠU L 192, 19.7.2008, p. 63.


ANNESS II

“ANNESS II

LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITA' TA' FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERMII

b'effett mill-1 ta' Jannar 2009

(miljuni f'EUR)

Banek Ċentrali partijiet ta' dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru

520

Česká národní banka

690

Danmarks Nationalbank

700

Eesti Pank

310

Latvijas Banka

340

Lietuvos bankas

380

Magyar Nemzeti Bank

670

Narodowy Bank Polski

1 750

Banca Naţională a României

1 000

Sveriges Riksbank

940

Bank of England

4 700

Bank Ċentrali Ewropew

Nil


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona ta' l-euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d'Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Banque centrale du Luxembourg

xejn

Bank Ċentrali ta' Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn”


(1)  Għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II l-ammonti indikati huma biss indikattivi.


Fuq