EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32011Y0108(01)

Ftehim tat- 13 ta’ Diċembru 2010 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas- 16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja

ĠU C 5, 8.1.2011, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 10 Volum 007 P. 93 - 96

8.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/3


FTEHIM

tat-13 ta’ Diċembru 2010

bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jemenda l-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja

2011/C 5/04

1.

Българска народна банка (Bank Bulgaru Nazzjonali)

1, Knyaz Alexander I Sq.

1000 София/Sofia

БЪЛГАРИЯ/BULGARIA

Česká národní banka

Na Příkopě 28

115 03 Praha 1

ČESKÁ REPUBLIKA

Danmarks Nationalbank

Havnegade 5

1093 København K

DANMARK

Eesti Pank

Estonia pst. 13

15095 Tallinn

EESTI/ESTONIA

Latvijas Banka

K. Valdemara iela 2a

Rīga, LV-1050

LATVIJA

Lietuvos bankas

Totorių g. 4

LT-01121 Vilnius

LIETUVA/LITHUANIA

Magyar Nemzeti Bank

Budapest

Szabadság tér 8-9.

1054

MAGYARORSZÁG/HUNGARY

Narodowy Bank Polski

ul. Świętokrzyska 11/21

00-919 Warszawa

POLSKA/POLAND

Banca Națională a României

Str. Lipscani nr. 25, sector 3

030031 București

ROMÂNIA

Sveriges Riksbank

Brunkebergstorg 11

SE-103 37 Stockholm

SVERIGE

Bank of England

Threadneedle Street

London

EC2R 8AH

UNITED KINGDOM

u

2.

il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(minn hawn ’il quddiem il-“Partijiet”)

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Ġunju 1997 (minn hawn ’il quddiem “ir-Riżoluzzjoni”) qabel li jistabbilixxi mekkaniżmu għar-rata tal-kambju (minn hawn ’il quddiem “l-ERM II”) meta t-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja beda fl-1 ta’ Jannar 1999.

(2)

Skont it-termini tar-Riżoluzzjoni, l-ERM II huwa mfassal biex jgħin jiżgura li l-Istati Membri barra ż-żona euro li qed jipparteċipaw fl-ERM II jidderieġu l-politika tagħhom lejn l-istabbiltà, jinkoraġġixxu l-konverġenza u b’hekk jgħin lill-Istati Membri barra ż-żona euro fl-isforzi tagħhom biex jadottaw l-euro.

(3)

L-Estonja, bħala Stat Membru b’deroga, ilu jipparteċipa fl-ERM II mit-28 ta’ Ġunju 2004. Eesti Pank huwa parti mill-Ftehim tas-16 ta’ Marzu 2006 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri barra ż-żona euro li jistabbilixxi l-proċeduri operattivi għal mekkaniżmu tar-rata tal-kambju fit-tielet stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (1), kif emendat bil-Ftehim tal-21 ta’ Diċembru 2006 (2), bil-Ftehim tal-14 ta’ Diċembru 2007 (3) u bil-Ftehim tat-8 ta’ Diċembru 2008 (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II”).

(4)

Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/416/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 bi qbil mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja fl-1 ta’ Jannar 2011 (5) id-deroga favur l-Estonja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 hija rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. L-euro ser tkun il-munita tal-Estonja mill-1 ta’ Jannar 2011 u Eesti Pank m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett minn dik id-data.

(5)

Huwa għalhekk meħtieġ illi jiġi emendat il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II biex tiġi kkunsidrata r-revoka tad-deroga favur l-Estonja,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emenda tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II minħabba r-revoka tad-deroga tal-Estonja

Eesti Pank m’għandux jagħmel aktar parti mill-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 2

Sostituzzjoni tal-Annessi I u II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II

L-Anness II tal-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dan il-Ftehim jemenda l-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar l-ERM II b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011.

2.   Dan il-Ftehim għandu jitħejja bl-Ingliż u debitament iffirmat mir-rappreżentanti awtorizzati tal-Partijiet. Il-BĊE, li għandu jżomm il-Ftehim oriġinali, għandu jibgħat kopja ċċertifikata tal-Ftehim oriġinali lil kull bank ċentrali nazzjonali taż-żona euro kif ukoll lil dawk barra ż-żona euro. Dan il-Ftehim għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, fit-13 ta’ Diċembru 2010.

Għal

Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru

Għal

Česká národní banka

Għal

Danmarks Nationalbank

Għal

Eesti Pank

Għal

Latvijas Banka

Għal

Lietuvos bankas

Għal

Magyar Nemzeti Bank

Għal

Narodowy Bank Polski

Għal

Banca Națională a României

Għal

Sveriges Riksbank

Għall-

Bank of England

Għall-

Bank Ċentrali Ewropew


(1)  ĠU C 73, 25.3.2006, p. 21.

(2)  ĠU C 14, 20.1.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 319, 29.12.2007, p. 7.

(4)  ĠU C 16, 22.1.2009, pġ. 10.

(5)  ĠU L 196, 28.7.2010, p. 24.


ANNESS

“ANNESS II

LIMITI MASSIMI APPLIKABBLI GĦALL-AĊĊESS GĦALL-FAĊILITÀ TA’ FINANZJAMENT GĦAL ŻMIEN QASIR ĦAFNA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 8, 10 U 11 TAL-FTEHIM TAL-BANK ĊENTRALI DWAR L-ERMII

b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011

(miljuni f’EUR)

Banek ċentrali partijiet ta’ dan il-Ftehim

Limiti massimi (1)

Българска народна банка/Bank Nazzjonali Bulgaru

530

Česká národní banka

710

Danmarks Nationalbank

720

Latvijas Banka

340

Lietuvos bankas

380

Magyar Nemzeti Bank

690

Narodowy Bank Polski

1 800

Banca Națională a României

1 030

Sveriges Riksbank

960

Bank of England

4 840

Bank Ċentrali Ewropew

xejn


Banek ċentrali nazzjonali taż-żona euro

Limiti massimi

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

xejn

Deutsche Bundesbank

xejn

Eesti Pank

xejn

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

xejn

Bank of Greece

xejn

Banco de España

xejn

Banque de France

xejn

Banca d'Italia

xejn

Central Bank of Cyprus

xejn

Banque centrale du Luxembourg

xejn

Bank Ċentrali ta’ Malta

xejn

De Nederlandsche Bank

xejn

Oesterreichische Nationalbank

xejn

Banco de Portugal

xejn

Banka Slovenije

xejn

Národná banka Slovenska

xejn

Suomen Pankki

xejn”


(1)  L-ammonti indikati huma biss indikattivi għall-banek ċentrali li ma jipparteċipawx fl-ERM II.


Fuq