EUR-Lex Aċċess għal-liġi tal-Unjoni Ewropea

Lura għall-paġna ewlenija ta' EUR-Lex

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 32001D0006(01)

Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta' Lulju 2001 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/1998/4 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2001/6)

ĠU L 201, 26.7.2001, p. 25–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven: Kapitolu 01 Volum 003 P. 343 - 343
Edizzjoni speċjali bil-Kroat: Kapitolu 01 Volum 004 P. 21 - 21

Status legali tad-dokument Fis-seħħ

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/566/oj

32001D0566



Official Journal L 201 , 26/07/2001 P. 0025 - 0025


Id-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew

tal-5 ta' Lulju 2001

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/1998/4 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg tal-persunal tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2001/6)

(2001/566/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-sistema Ewropea ta' banek ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ l-"Istatut") u b'mod pafrtikolari l-Artikolu 36.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Esekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal- BĊE,

Billi:

(1) L-Istatut jattribwixxi lill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Bord Eżekuttiv tal- BĊE, il-kompitu li jistabbilixxi u, fejn meħtieġ, jemenda l-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-BĊE (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa l-"kondizzjonijiet ta' l-impieg").

(2) Id-Deċiżjoni BĊE/1998/4 tad-9 ta' Ġunju 1998 dwar l-adozzjoni tal-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendata fil-31 ta' Marzu 1999 [1] (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa d-"Deċiżjoni BĊE/1998/4"), fiha r-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet ta' l-impieg bejn il-BĊE u l-impjegati tiegħu.

(3) Skond il-politika ta' trasparenza segwita mill-BĊE, il-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-impjegati tal-BĊE għandhom jintgħamlu disponibbli għall-partijiet kollha interessati.

(4) L-aċċess pubbliku għall-kondizzjonijiet ta' l-impieg jkun sinjifikament faċilitat billi jintgħamlu disponibbli fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.int),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

"Għall-informazzjoni tal-partijiet kollha interessati, il-kondizzjonijiet ta' l-impieg ta' l-Impjegati tal-BĊE għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq il-website tal-BĊE (http://www.ecb.int)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Frankfurt am Main, fil-5 ta' Lulju 2001.

Il-President tal- BĊE

Willem F. Duisenberg

[1] ĠU L 125, tad-19.05.99, p. 32.

--------------------------------------------------

Fuq