Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju

Aħna impenjati li nindirizzaw id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju. Mill-ibbaġitjar u t-tfaddil għax-xiri u l-investiment, il-fatt li tkun taf kif jaħdmu l-flus jista’ jagħtik is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet infurmati fil-ħajja ta’ kuljum.

Huwa għalhekk li nistinkaw biex nagħmlu l-ekonomija aċċessibbli u faċli biex tinftiehem. F’din il-paġna, tista’ ssir taf dwar ir-rati tal-imgħax, l-inflazzjoni u kunċetti ekonomiċi oħra b’mod ċar u relatabbli, sabiex tkun tista’ tħossok kunfidenti dwar il-futur finanzjarju tiegħek. 

Wieħed minn kull ħames Ewropej għandu livell għoli ta’ litteriżmu finanzjarju.

Iżda 15 % biss tan-nisa jaqgħu f’din il-kategorija meta mqabbla ma’ 27 % tal-irġiel.

Xi tfisser din id-disparità bejn il-ġeneri għan-nisa?


In-nisa fl-Ewropa jaqilgħu medja ta’ 12.7 % inqas
In-nisa għandhom 80 % aktar ċans li jirtiraw fil-faqar
In-nisa huma inqas irrappreżentati fir-rwoli ta’ tmexxija
In-nisa huma inqas probabbli li jitolbu għal żieda
  1. Sors tal-infografika: Rhoades, A. (2024 Marzu 08). In-nisa u l-litteriżmu finanzjarju: Tnaqqis tad-disparità bejn il-ġeneri N26.Miksuba minn: https://n26.com/en-eu/blog/women-and-financial-literacy-closing-the-gender-gap

Ħu sehem fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa!

L-Eurosistema organizzat avveniment għall-Jum Internazzjonali tan-Nisa u sfida ta’ mixi biex tenfasizza d-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju u inti tista’ tipparteċipa!

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Avveniment tal-Jum Internazzjonali tan-Nisa

L-avveniment tal-BĊE sar fit-2 ta’ Marzu 2026. Il-President Lagarde u l-mistednin ta’ livell għoli ddiskutew id-disparità bejn il-ġeneri fil-litteriżmu finanzjarju, filwaqt li rriflettew dwar il-progress li sar fuq il-ħames impenji maqbula s-sena l-oħra u appellaw għal aktar azzjoni koordinata madwar l-Eurosistema.

Ara l-avveniment live

EuroSteps Walking Challenge

Lest(a) biex tittrasforma l-passi ta’ kuljum tiegħek fi vjaġġ ta’ skoperta finanzjarja? Flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali, nistednuk tissieħeb fl-EuroSteps Walking Challenge, inizjattiva eċċitanti biex tippromwovi l-litteriżmu finanzjarju fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro.

Irreġistra għal din l-inizjattiva

L-ekonomija u d-deċiżjonijiet finanzjarji tiegħek

Aħna ġbarna flimkien xi xenarji qosra biex jgħinuk tieħu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati. Dawn iħarsu lejn kwistjonijiet bħal għaliex il-prezzijiet jogħlew u għaliex l-iffrankar jista’ jitlef il-valur.

Ix-xokk tas-supermarket

Tmur fis-supermarket u tintebaħ li l-prezzijiet qed jiżdiedu. Għaliex qed jiġri dan?

Dan minħabba l-inflazzjoni. Il-prezzijiet jogħlew meta jiżdiedu l-ispejjeż tal-enerġija, tat-trasport jew tal-produzzjoni.

Fil-BĊE, naħdmu biex inżommu l-inflazzjoni taħt kontroll sabiex il-prezzijiet jinżammu stabbli.

Il-valur tat-tfaddil tiegħek

Int qed tfaddal il-flus, iżda tħoss li t-tfaddil tiegħek qed jitlef il-valur. Għaliex dan?

Ir-rati tal-imgħax jiddettaw kemm jiżdied malajr it-tfaddil. Jekk l-inflazzjoni hija ogħla mir-rata tal-imgħax, il-flus tiegħek jitilfu l-poter tax-xiri maż-żmien. Dan ifisser li ma tistax tixtri daqs kemm kont tixtri bl-istess ammont ta’ flus.

Ixtri issa, ħallas aktar tard

Qed taħseb jekk tixtrix mowbajl ġdid permezz ta’ pjan ta’ ħlas li jħallik tħallas ammont żgħir kull xahar.

Iżda jekk għandek ħafna minn dawn id-djun żgħar – u speċjalment jekk għandek xi djun akbar ukoll – tista’ ssib ruħek f’diffikultajiet finanzjarji. L-ibbaġitjar bir-reqqa jista’ jgħinek tkun taf jekk tistax taffordja xi ħaġa. 

Tħalli lis-sieħeb/sieħba tiegħek tieħu ħsieb il-Finanzi tiegħek?

Is-sieħeb/sieħba tiegħek timmaniġġja l-flus tiegħek u inti m’intix involut(a) f’deċiżjonijiet finanzjarji.

Jekk il-ġestjoni tal-flus u l-kwistjonijiet finanzjarji jitħallew f’idejn il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba tiegħek – jew xi ħadd ieħor – dan jista’ jpoġġik f’pożizzjoni vulnerabbli. Din is-sitwazzjoni tista’ saħansitra twassal għal abbuż ekonomiku. Il-ġestjoni tal-finanzi tiegħek stess hija forma ta’ protezzjoni u awtonomizzazzjoni!

Isma’ l-episodji tal-podcast tagħna dwar id-disparità bejn il-ġeneri

Il-paġni kollha f’din it-taqsima