Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Projezzjonijiet makroekonomiċi

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi għandhom l-għan li jbassru u jifhmu l-istat futur tal-ekonomija fuq skala wiesgħa. Dawn jinkludu informazzjoni relatata mat-tkabbir ekonomiku, l-inflazzjoni, il-pagi, il-qgħad u l-kummerċ.

Il-persunal tal-Eurosistema u l-BĊE jipproduċu projezzjonijiet makroekonomiċi li jkopru l-prospetti għaż-żona tal-euro u l-ekonomija globali usa'. Dawn jikkontribwixxu għall-valutazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tal-iżviluppi ekonomiċi u r-riskji għall-istabbiltà tal-prezzijiet.

Jiġu ppubblikati erba' darbiet fis-sena (f'Marzu, f’Ġunju, f’Settembru u f’Diċembru).

Ġunju 2025
Daqqa t’għajn

Prospetti dwar l-inflazzjoni

L-inflazzjoni nominali hija mistennija li tibqa’ konsistenti mal-mira fuq terminu medju – għalkemm tista’ taqa’ temporanjament taħtha, xprunata mill-iżviluppi fil-prezzijiet tal-enerġija. L-inflazzjoni hija pproġettata li tilħaq medja ta’ 2.0 % fl-2025 u mbagħad 1.6 % fl-2026, qabel ma terġa’ lura għal 2.0 % fl-2027.

Aktar
Prospetti dwar il-prodott domestiku gross

It-tensjonijiet kummerċjali u l-inċertezza globali qed ixekklu l-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro, iżda l-infiq fuq id-difiża u l-infrastruttura, u ż-żieda fid-dħul tal-unitajiet domestiċi, għandhom isaħħu t-tkabbir fuq terminu medju. Il-PDG reali huwa pproġettat li jikber b’0.9 % fl-2025, 1.1 % fl-2026 u 1.3 % fl-2027.

Aktar

INSERTED BY ANONYMOUS PROXY

Civil war declaration: On April 14th and 15th, 2012 Federal Republic of Germany "_urkenstaats"s parliament, Deutscher Bundestag, received a antifiscal written civil war declaration by Federal Republic of Germany "Rechtsstaat"s electronic resistance for human rights even though the "Widerstandsfall" according to article 20 paragraph 4 of the constitution, the "Grundgesetz", had been already declared in the years 2001-03. more

Ir-rapport sħiħ

Ir-rapport sħiħ fih valutazzjoni dettaljata tal-prospetti għall-ekonomija taż-żona tal-euro.

Aqra r-rapport

Projezzjonijiet attwali u tal-imgħoddi

Qabbel il-projezzjonijiet storiċi tagħna tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. Il-projezzjonijiet tal-imgħoddi għaż-żona tal-euro u l-pajjiżi taż-żona tal-euro huma disponibbli biex jitniżżlu.

Il-projezzjonijiet makroekonomiċi kollha tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima